Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R2345

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2345 tal-14 ta' Diċembru 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 262/2009 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1079/2012 fir-rigward tar-referenzi għad-dispożizzjonijiet tal-ICAO (Test b'rilevanza għaż-ŻEE )

    C/2016/8299

    ĠU L 348, 21.12.2016, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/2345/oj

    21.12.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 348/11


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2345

    tal-14 ta' Diċembru 2016

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 262/2009 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1079/2012 fir-rigward tar-referenzi għad-dispożizzjonijiet tal-ICAO

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 dwar l-interoperabilità tax-Xibka Ewropea ta' Amministrazzjoni ta' Traffiku tal-Ajru (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(5) tiegħu,

    Wara li kkonsultat lill-Kumitat dwar l-Ajru Uniku,

    Billi:

    (1)

    L-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 262/2009 (2) jirreferi għad-diversi dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Volum III u fil-Volum IV tal-Anness 10 tal-Konvenzjoni ta' Chicago, u aktar speċifikament għall-Volum III, l-Ewwel Edizzjoni li tinkorpora l-Emenda Nru 79, u l-Volum IV, it-Tielet Edizzjoni li tinkorpora l-Emenda Nru 77. Mill-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 262/2009, l-ICAO emendat għadd ta' dispożizzjonijiet tal-Anness 10 tal-Konvenzjoni ta' Chicago, l-aktar reċenti l-Volum III, it-Tieni Edizzjoni li tinkorpora l-Emenda Nru 90, u l-Volum IV, il-Ħames Edizzjoni li tinkorpora l-Emenda Nru 89. Għalhekk, jenħtieġ li r-referenzi fir-Regolament (KE) Nru 262/2009 għall-Anness 10 tal-Konvenzjoni ta' Chicago jiġu aġġornati sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi legali internazzjonali tagħhom u jiżguraw konsistenza mal-qafas regolatorju internazzjonali tal-ICAO.

    (2)

    L-Anness II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1079/2012 (3) jirreferi għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Volum III tal-Anness 10 tal-Konvenzjoni ta' Chicago, u aktar speċifikament għall-Volum III, it-Tieni Edizzjoni li tinkorpora l-Emenda Nru 85. Mill-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1079/2012, l-ICAO emendat għadd ta' dispożizzjonijiet tal-Anness 10 tal-Konvenzjoni ta' Chicago, l-aktar reċenti kienet inkorporata l-Emenda Nru 90 fil-Volum III, it-Tieni Edizzjoni. L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1079/2012 jirreferi wkoll għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-PANS-ATM tal-ICAO (id-Dokument 4444), u aktar speċifikament għall-15-il edizzjoni tal-2007 li tinkorpora l-Emenda Nru 2. Mill-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1079/2012, l-ICAO emendat għadd ta' dispożizzjonijiet tad-Dokument 4444, u l-aktar reċenti kienet inkorporata l-Emenda Nru 6. Għalhekk, jenħtieġ li r-referenzi fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1079/2012 għall-Anness 10 tal-Konvenzjoni ta' Chicago u għad-Dokument 4444 jiġu aġġornati sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi legali internazzjonali tagħhom u jiżguraw konsistenza mal-qafas regolatorju internazzjonali tal-ICAO.

    (3)

    Ir-Regolament (KE) Nru 262/2009 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1079/2012 għalhekk jenħtieġ li jiġu emendati skont dan.

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    It-test tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 262/2009 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Id-dispożizzjonijiet tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Avjazzjoni Ċivili msemmija fl-Artikolu 3(1) u fl-Anness III punt (2)

    1.

    Il-Kapitolu 3 ‘Sistemi ta' sorveljanza’, it-Taqsima 3.1.2.5.2.1.2. ‘IC: Il-Kodiċi tal-interrogatur’ tal-Anness 10 tal-ICAO ‘Telekomunikazzjonijiet Ajrunawtiċi’, il-Volum IV ‘Sistemi ta' Sorveljanza u l-Evitar tal-Kolliżjoni’ (il-Ħames Edizzjoni, Lulju 2014, li tinkorpora l-Emenda Nru 89).

    2.

    Il-Kapitolu 5, ‘SSR Mode S Kollegament tad-Dejta bejn l-Ajru u l-Art’, it-Taqsima 5.2.9 ‘Ir-rapport fuq il-kapaċità tal-kollegament tad-dejta’ tal-Anness 10 tal-ICAO ‘Telekomunikazzjonijiet Ajrunawtiċi’, il-Volum III ‘Sistemi ta' Komunikazzjoni’ (it-Tieni Edizzjoni, Lulju 2007, li tinkorpora l-Emenda Nru 90)”.

    Artikolu 2

    It-test tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1079/2012 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Dispożizzjonijiet tal-ICAO msemmija fl-Artikoli 4 u 8

    1.

    Il-Kapitolu 2 ‘Servizz Mobbli Ajrunawtiku’, it-Taqsima 2.1 ‘Karatteristiċi tas-sistema ta' komunikazzjoni VHF mill-ajru għall-art’ u t-Taqsima 2.2 ‘Karatteristiċi tas-sistema tal-installazzjonijiet fuq l-art’ tal-Anness 10 tal-Konvenzjoni ta' Chicago, il-Parti 2 tal-Volum III (it-Tieni Edizzjoni — Lulju 2007 li tinkorpora l-Emenda Nru 90).

    2.

    Il-Kapitolu 2 ‘Servizz Mobbli Ajrunawtiku’, it-Taqsima 2.1 ‘Karatteristiċi tas-sistema ta' komunikazzjoni VHF mill-ajru għall-art’, it-Taqsima 2.3.1 ‘Funzjoni ta' trażmissjoni’ u t-Taqsima 2.3.2 ‘Funzjoni ta' riċeviment’ bl-esklużjoni tas-sottotaqsima 2.3.2.8 “VDL — Rendiment ta' Immunità għal Interferenza” tal-Anness 10 tal-Konvenzjoni ta' Chicago, il-Parti 2 tal-Volum III (it-Tieni Edizzjoni — Lulju 2007 li tinkorpora l-Emenda Nru 90).

    3.

    It-Taqsima 12.3.1.5 ‘Spazjar tal-kanali 8,33 kHz’ tad-Dokument 4444 PANS-ATM tal-ICAO (il-15-il Edizzjoni — 2007 li tinkorpora l-Emenda Nru 6).”

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Diċembru 2016.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 26.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 262/2009 tat-30 ta' Marzu 2009 li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-allokazzjoni koordinata u għall-użu ta' kodiċijiet tal-interrogatur Mode S għall-ajru uniku Ewropew (ĠU L 84, 31.3.2009, p. 20).

    (3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1079/2012 tas-16 ta' Novembru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti ta' spazjar bejn il-kanali ta' komunikazzjoni vokali għall-Ajru Uniku Ewropew (ĠU L 320, 17.11.2012, p. 14).


    Top