EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R2214

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2214 tat-8 ta' Diċembru 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 fir-rigward tal-lista ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni (Test b'rilevanza għaż-ŻEE )

C/2016/8406

ĠU L 334, 9.12.2016, p. 6–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/2214/oj

9.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 334/6


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2214

tat-8 ta' Diċembru 2016

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 fir-rigward tal-lista ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta' lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni ta' operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpanija tal-ajru li topera, u li tħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 (2) stabbilixxa l-lista ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għall-projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni, imsemmija fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

(2)

F'konformità mal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, ċerti Stati Membri u l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (“EASA”) għaddew l-informazzjoni rilevanti lill-Kummissjoni fil-kuntest tal-aġġornament ta' dik il-lista. L-informazzjoni rilevanti ġiet ikkomunikata wkoll minn pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali. Il-lista jenħtieġ li tiġi aġġornata abbażi ta' dik l-informazzjoni.

(3)

Il-Kummissjoni infurmat lill-kumpaniji tal-ajru kollha kkonċernati direttament jew permezz tal-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza regolatorja tagħhom, dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li jiffurmaw il-bażi għal deċiżjoni li timponilhom projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni jew li temenda l-kundizzjonijiet ta' projbizzjoni fuq l-operat imposta fuq kumpanija tal-ajru li tkun inkluża fil-lista.

(4)

Il-Kummissjoni tat l-opportunità lill-kumpaniji tal-ajru kkonċernati biex jikkonsultaw id-dokumenti pprovduti mill-Istati Membri, biex jissottomettu kummenti bil-miktub u biex jagħmlu preżentazzjoni bil-fomm lill-Kummissjoni u lill-Kumitat stabbilit permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/1991 (3) (il-“Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru”).

(5)

Il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru rċieva aġġornamenti mingħand il-Kummissjoni dwar il-konsultazzjonijiet konġunti li għaddejjin, fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 473/2006 (4), mal-awtoritajiet kompetenti u mal-kumpaniji tal-ajru tal-Afganistan, tal-Benin, tal-Indja, tal-Indoneżja, tal-Iran, tal-Każakistan, tar-Repubblika Kirgiża, tal-Libja, tal-Mozambique u tat-Tajlandja. Il-Kummissjoni pprovdiet ukoll informazzjoni lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar is-sitwazzjoni tas-sikurezza tal-avjazzjoni fil-Kamerun, fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, fir-Repubblika Dominicana, fl-Iraq, fil-Libanu, fin-Nepal, fil-Filippini u fis-Sudan u dwar il-konsultazzjonijiet tekniċi mal-Federazzjoni Russa.

(6)

L-EASA ppreżentat ir-riżultati tal-analiżi tar-rapporti tal-verifika li twettqu mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (“ICAO”) fil-qafas tal-Programm ta' Spezzjoni Universali għas-Sorveljanza tas-Sikurezza tal-ICAO lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru. F'dan il-kuntest, l-Istati Membri ġew mistiedna biex jagħtu prijorità lill-ispezzjonijiet fir-rampa ta' kumpaniji tal-ajru li ngħataw liċenzja minn Stati li għalihom l-ICAO identifikat Tħassib Sinifikanti dwar is-Sikurezza (“SSC”) jew li fir-rigward tagħhom l-EASA kkonkludiet li hemm nuqqasijiet sinifikanti fis-sistema tas-sorveljanza tas-sikurezza. Minbarra l-konsultazzjonijiet li għamlet il-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa se tippermetti l-akkwist ta' aktar informazzjoni fir-rigward tal-prestazzjoni tas-sikurezza tal-kumpaniji tal-ajru li ngħataw il-liċenzja f'dawk l-Istati.

(7)

L-EASA infurmat ukoll lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar ir-riżultati tal-analiżi tal-ispezzjonijiet fir-rampa li twettqu skont il-programm tal-Valutazzjoni tas-Sikurezza tal-Inġenji tal-Ajru Barranin (“SAFA”) f'konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 (5).

(8)

Barra minn hekk, l-EASA infurmat lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar il-proġetti ta' assistenza teknika li twettqu fi Stati milquta minn miżuri jew minn monitoraġġ skont ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005. L-Aġenzija pprovdiet informazzjoni dwar il-pjanijiet u t-talbiet għal aktar assistenza teknika u kooperazzjoni biex titjieb il-kapaċità amministrattiva u teknika tal-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili, bil-għan li jiġu solvuti n-nuqqasijiet ta' konformità mal-istandards applikabbli tal-avjazzjoni ċivili internazzjonali. L-Istati Membri ġew mistiedna jirrispondu għal talbiet bħal dawn fuq bażi bilaterali b'koordinazzjoni mal-Kummissjoni u mal-EASA. Dwar dan, il-Kummissjoni enfasizzat is-siwi tal-għoti ta' informazzjoni lill-komunità tal-avjazzjoni internazzjonali, b'mod partikolari permezz tal-bażi tad-dejta tas-“Safety Collaborative Assistance Network” (“SCAN”) tal-ICAO, dwar l-assistenza teknika li jagħtu l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha biex titjieb is-sikurezza tal-avjazzjoni madwar id-dinja.

(9)

Il-Eurocontrol aġġorna lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar il-qagħda tal-funzjoni ta' twissija tal-SAFA u dwar l-istatistika attwali għall-messaġġi ta' twissija għal kumpaniji tal-ajru pprojbiti.

Il-kumpaniji tal-ajru tal-Unjoni

(10)

Wara l-analiżi mill-EASA tal-informazzjoni li ħarġet minn spezzjonijiet fir-rampa li twettqu fuq inġenji tal-ajru ta' kumpaniji tal-ajru tal-Unjoni jew minn spezzjonijiet ta' standardizzazzjoni li twettqu mill-EASA, kif ukoll minn spezzjonijiet u verifiki speċifiċi li twettqu mill-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni, diversi Stati Membri ħadu ċerti miżuri ta' infurzar u infurmaw lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar dawk il-miżuri. Il-Greċja infurmat lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar l-azzjonijiet li kienet ħadet fir-rigward tal-kumpanija tal-ajru Olympus Airways.

(11)

L-Istati Membri tennew li kienu lesti jaġixxu kif meħtieġ jekk xi informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza tindika li hemm riskji imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta' konformità min-naħa tal-kumpaniji tal-ajru tal-Unjoni mal-istandards xierqa tas-sikurezza.

Il-kumpaniji tal-ajru mill-Afganistan

(12)

Bl-ittra tal-10 ta' Jannar 2016, l-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tar-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan (“ACAA”) infurmat lill-Kummissjoni dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-liġi tal-avjazzjoni tal-Afganistan, ir-regolamenti dwar l-ajru ċivili tal-Afganistan, l-organizzazzjoni tal-ACAA, inklużi r-reklutaġġ u t-taħriġ ta' spetturi, il-proċedura għaċ-ċertifikazzjoni tal-kumpaniji tal-ajru, ir-riżultati tal-attivitajiet ta' sorveljanza tas-sikurezza mwettqa fuq kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fl-Afganistan għas-snin 2014 u 2015 u r-rapporti dwar l-okkorrenzi marbuta mas-sikurezza u l-informazzjoni dwar l-investigazzjonijiet ta' aċċidenti li seħħew reċentement.

(13)

Din l-informazzjoni turi li fl-Afganistan ġiet stabbilita sistema ta' sorveljanza tas-sikurezza bażika, iżda li għad hemm bżonn ta' aktar żvilupp fl-implimentazzjoni attwali tal-istandards kollha tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili internazzjonali. L-informazzjoni pprovduta mill-ACAA dwar l-attivitajiet ta' sorveljanza tas-sikurezza hija superfiċjali. L-ACAA wriet li waqt l-awditjar u l-ispezzjonijiet isiru sejbiet u osservazzjonijiet, madankollu ma ġiet ipprovduta l-ebda evidenza dwar ir-riżoluzzjoni ta' dawk is-sejbiet, inklużi analiżi tal-kawżi ewlenin u segwitu xieraq mill-kumpaniji tal-ajru kkonċernati.

(14)

L-ACAA indikat li l-kumpanija tal-ajru Pamir Airlines ma għadx għandha ċertifikat tal-operatur tal-ajru u li l-kumpaniji tal-ajru li jġorru l-passiġġieri Afghan Jet International Airlines (AOC 008) u East Horizon Airlines (AOC 1013) ġew iċċertifikati mill-ACAA. L-ACAA ma pprovdietx evidenza li s-sorveljanza tas-sikurezza ta' dawk iż-żewġ kumpaniji tal-ajru hija żgurata f'konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza.

(15)

Għalhekk, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, ġie vvalutat li l-lista Komunitarja tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni jenħtieġ li tiġi emendata sabiex il-kumpanija tal-ajru Pamir Airlines titneħħa mill-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 u sabiex il-kumpaniji tal-ajru Afghan Jet International Airlines u East Horizon Airlines jiġu inklużi fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

Il-kumpaniji tal-ajru mill-Benin

(16)

Bl-ittra tal-20 ta' Lulju 2016, l-Agence Nationale de l'Aviation Civile ta' Benin (“ANAC Benin”) infurmat lill-Kummissjoni li ċ-ċertifikati tal-operaturi tal-ajru tal-kumpaniji tal-ajru Aero Benin, Benin Golf Air, Cotair, Royal Air Limited, Trans Air Benin, Alafia Jet, Benin Littoral Airways u Africa Airways ġew revokati.

(17)

Bl-ittra tat-18 ta' Novembru 2016, l-ANAC Benin infurmat lill-Kummissjoni li mill-aħħar aġġornament li kienet ipprovditilha ġiet iċċertifikata kumpanija tal-ajru ġdida, l-Air Taxi Benin (l-AOC Nru BEN 004 ATB-5). Madankollu, l-ANAC Benin ma pprovdiet l-ebda evidenza li s-sorveljanza tas-sikurezza ta' dik il-kumpanija tal-ajru hija żgurata f'konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza.

(18)

Għalhekk, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, ġie vvalutat li l-lista Komunitarja tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għall-projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni jenħtieġ li tiġi emendata sabiex l-Air Taxi Benin tiġi inkluża fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 u sabiex il-kumpaniji tal-ajru Aero Benin, Benin Golf Air, Cotair, Royal Air Limited, Trans Air Benin, Alafia Jet, Benin Littoral Airways u Africa Airways jitneħħew minn dak l-Anness.

Il-kumpaniji tal-ajru mill-Indja

(19)

Fit-8 ta' Novembru 2016 saru konsultazzjonijiet tekniċi bejn il-Kummissjoni, l-EASA, Stat Membru u r-rappreżentanti mid-Direttorat Ġenerali tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Indja (“id-DGCA Indjan”) u l-kumpanija tal-ajru Air India, iċċertifikata fl-Indja. Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 473/2006, dawk il-konsultazzjonijiet saru fil-kuntest tal-ftehim preċedenti mad-DGCA Indjan, li jitwettqu konsultazzjonijiet tekniċi regolari mal-Kummissjoni sabiex jiġu diskussi l-obbligi tad-DGCA Indjan fir-rigward taċ-ċertifikazzjoni u tas-sorveljanza tal-kumpaniji tal-ajru li ġew iċċertifikati minnu.

(20)

Matul dawk il-konsultazzjonijiet, id-DGCA Indjan ipprovda informazzjoni, li kienet tinkludi analiżi mill-unità apposta għall-ispezzjonijiet fir-rampa, dwar il-prestazzjoni tal-kumpaniji tal-ajru Indjani, fosthom l-Air India, skont il-programm SAFA. B'mod partikolari, id-DGCA Indjan ipprovda dettalji dwar l-interazzjoni tiegħu ma' Air India u ma' kumpaniji tal-ajru oħra ċċertifikati fl-Indja, fil-kuntest tal-obbligi tiegħu ta' ċertifikazzjoni u ta' sorveljanza. F'dan ir-rigward id-DGCA Indjan ipprovda stampa ġenerali tal-attivitajiet ta' sorveljanza, li kienet tinkludi sommarju tad-dejta għall-2015 u għall-2016. Id-DGCA Indjan ipprovda wkoll aġġornament dwar il-programm tiegħu dwar l-iżvilupp tal-ġestjoni tal-bażi tad-dejta.

(21)

L-Air India pprovdiet informazzjoni aġġornata fir-rigward tal-programm tagħha ta' ġestjoni tal-SAFA, inkluż tagħrif speċifiku dwar kif iġġesti l-informazzjoni rikorrenti dwar ix-xejriet tal-SAFA. Fir-rigward tas-sistema tagħha ta' ġestjoni tas-sikurezza u tal-kwalità, l-Air India rrapportat dwar il-laqgħat interni u l-istruttura organizzazzjonali tagħha, dwar kif tiġi mxerrda l-informazzjoni relatata mas-sikurezza tat-titjiriet u dwar l-impenn tagħha mal-partijiet ikkonċernati interni u esterni.

(22)

Matul dawk il-konsultazzjonijiet, il-Kummissjoni tenniet lid-DGCA Indjan għadd ta' elementi fir-rigward tal-obbligi tiegħu ta' ċertifikazzjoni u ta' sorveljanza. B'mod partikolari, filwaqt li jitqies il-mod trasparenti li bih id-DGCA Indjan ipprovda l-informazzjoni relatata mas-sikurezza lill-Kummissjoni, min-naħa tad-DGCA Indjan hemm ħtieġa kontinwa għal approċċ proattiv biex jiġu żviluppati iktar il-proċessi interni tiegħu fir-rigward taċ-ċertifikazzjoni u tas-sorveljanza, inkluż ir-rintraċċar u l-monitoraġġ tas-sorveljanza tas-sikurezza kif ukoll is-segwitu tas-sejbiet.

(23)

Fir-rigward tal-Air India, filwaqt li jitqies il-livell tad-dettall li l-Air India setgħet tipprovdi u l-mod trasparenti li bih għamlet dan, il-Kummissjoni tenniet li t-titjib sostenibbli skont il-programm tal-SAFA jrid jibqa' prijorità ewlenija.

(24)

Il-Kummissjoni ħadet nota tal-informazzjoni pprovduta mid-DGCA Indjan u mill-Air India. Abbażi tal-informazzjoni kollha disponibbli, inkluż l-informazzjoni dettaljata pprovduta mid-DGCA Indjan kif ukoll mill-Air India waqt il-laqgħa ta' konsultazzjoni teknika tat-8 ta' Novembru 2016, kif ukoll tal-għoti mill-EASA ta' awtorizzazzjonijiet ta' Operaturi ta' Pajjiżi Terzi (“TCO”) skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014 (6) lil diversi kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fl-Indja, inkluż l-Air India, jitqies li f'dan l-istadju ma hemmx raġunijiet għalfejn għandhom jiġu imposti projbizzjonijiet fuq l-operat jew restrizzjonijiet operazzjonali fuq il-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fl-Indja.

(25)

Għalhekk, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies li f'dan l-istadju ma hemmx raġunijiet biex tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għall-projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni billi jiġu inklużi l-kumpaniji tal-ajru mill-Indja.

(26)

Il-Kummissjoni biħsiebha tkompli l-konsultazzjonijiet uffiċjali tagħha mad-DGCA Indjan, skont id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 473/2006, b'mod partikolari sabiex jiġu diskussi fuq bażi regolari l-miżuri tas-sikurezza implimentati kemm mid-DGCA Indjan kif ukoll mill-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fl-Indja, inkluż l-Air India.

(27)

L-Istati Membri jridu jibqgħu jivverifikaw il-konformità effettiva mal-istandards rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jitwettqu fuq il-kumpaniji tal-ajru Indjani, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(28)

Jekk xi informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza tindika li hemm riskji imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta' konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni tista' tkun obbligata li tieħu azzjoni ulterjuri, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

Il-kumpaniji tal-ajru mill-Indoneżja

(29)

Il-konsultazzjonijiet mad-Direttorat Ġenerali tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Indoneżja (id-“DGCA Indoneżjan”) se jissoktaw bl-għan li jiġi ssorveljat il-progress tad-DGCA Indoneżjan biex ikun żgurat li s-sistema tas-sorveljanza tas-sikurezza tal-avjazzjoni fl-Indoneżja tkun konformi mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. F'dak il-kuntest, bl-ittra tal-15 ta' Novembru 2016, id-DGCA Indoneżjan ipprovda informazzjoni addizzjonali lill-Kummissjoni.

(30)

Dik l-ittra kienet tinkludi informazzjoni dwar id-deċiżjoni li ttieħdet fil-15 ta' Awwissu 2016 mill-Amministrazzjoni Federali tal-Avjazzjoni tal-Istati Uniti (il-“FAA”) biex l-istatus tal-Indoneżja jiġi aġġornat għall-kategorija 1 tal-Valutazzjoni tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni Internazzjonali tal-FAA. Id-DGCA Indoneżjan qed jistenna li fl-2017 titwettaq Missjoni ta' Validazzjoni Koordinata tal-ICAO biex jiġi vverifikat il-progress. Il-valutazzjoni mill-Kummissjoni tal-informazzjoni li kienet ipprovduta mid-DGCA Indoneżjan turi li l-implimentazzjoni effettiva tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza għadha f'livell baxx u d-DGCA Indoneżjan jeħtieġ ikompli jaħdem fuq l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet korrettivi.

(31)

Permezz ta' dik l-ittra d-DGCA Indoneżjan informa wkoll lill-Kummissjoni li erba' kumpanija tal-ajru ġodda kien ġew iċċertifikati mill-aħħar aġġornament li d-DGCA Indoneżjan ipprovda lill-Kummissjoni, jiġifieri: l-AOC Nru 135-037, li nħareġ għal Tri M.G. Intra Asia Airlines fil-11 ta' Novembru 2015; l-AOC Nru 135-054, li nħareġ għal AMA fid-29 ta' Diċembru 2015; l-AOC Nru 135-057, li nħareġ għal Indo Star Aviation fid-29 ta' Ġunju 2016; u l-AOC Nru 135-058, li nħareġ għal Spirit Aviation Sentosa fis-7 ta' Marzu 2016. Madankollu, id-DGCA Indoneżjan ma tax evidenza li s-sorveljanza tas-sikurezza ta' dawk il-kumpaniji tal-ajru hija żgurata f'konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza.

(32)

Għalhekk, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies li l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għall-projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni jenħtieġ li tiġi emendata biex tinkludi fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 l-kumpaniji tal-ajru Tri M.G. Intra Asia Airlines, AMA, Indo Star Aviation u Spirit Aviation Sentosa.

(33)

L-Istati Membri jridu jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva mal-istandards rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jitwettqu fuq il-kumpaniji tal-ajru li ġew iċċertifikati fl-Indoneżja, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

Il-kumpaniji tal-ajru mill-Iran

(34)

Bejn it-8 ta' Ottubru 2014 u s-16 ta' Diċembru 2015, l-EASA għarrfet bil-miktub lill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran (“CAO-IRI”) bit-tħassib dwar is-sikurezza relatat mar-riżultati tal-ispezzjonijiet fir-rampa tal-kumpanija tal-ajru Iran Aseman Airlines skont il-programm SAFA. Id-dejta tas-SAFA tirrifletti l-evidenza ta' għadd għoli ta' sejbiet rikorrenti li jaffettwaw il-prestazzjoni tas-sikurezza tal-Iran Aseman Airlines.

(35)

Fil-15 ta' Ottubru 2014, l-Iran Aseman Airlines applikat għal awtorizzazzjoni ta' TCO mingħand l-EASA. L-EASA vvalutat dik l-applikazzjoni f'konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014.

(36)

Filwaqt li wettqet il-valutazzjoni tagħha tas-sikurezza tal-Iran Aseman Airlines għal TCO, l-EASA esprimiet tħassib fundamentali dwar il-fatt li l-Iran Aseman Airlines naqsu milli juru konformità mar-rekwiżiti applikabbli. Għaldaqstant, l-EASA kkonkludiet li valutazzjoni ulterjuri ma kinitx se twassal għall-ħruġ ta' awtorizzazzjoni ta' TCO għall-Iran Aseman Airlines u li din ma kinitx tissodisfa r-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014. B'hekk, fit-3 ta' Awwissu 2016, minħabba raġunijiet ta' sikurezza l-EASA ċaħdet l-applikazzjoni ta' TCO.

(37)

Fit-8 ta' Novembru 2016, il-Kummissjoni talbet informazzjoni mingħand is-CAO-IRI dwar il-miżuri li ttieħdu wara ċ-ċaħda tal-applikazzjoni ta' TCO tal-Iran Aseman Airlines. Peress li t-tħassib dwar is-sikurezza ma ġiex solvut, kemm is-CAO-IRI kif ukoll l-Iran Aseman Airlines ingħataw l-opportunità ta' smigħ fit-22 ta' Novembru 2016 quddiem il-Kummissjoni u l-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

(38)

F'dik l-okkażjoni, is-CAO-IRI pprovdiet l-informazzjoni lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar l-iżvilupp tal-organizzazzjoni tagħha, l-implimentazzjoni ta' regolamenti ġodda, l-attivitajiet tas-sorveljanza tas-sikurezza u l-azzjonijiet ta' infurzar li ttieħdu fir-rigward ta' sejbiet kontra l-kumpaniji tal-ajru Iranjani inġenerali, u b'mod speċifiku kontra l-Iran Aseman Airlines. Ipprovdiet ukoll informazzjoni dwar l-attivitajiet li għamlet ta' promozzjoni tas-sikurezza.

(39)

L-Iran Aseman Airlines ipprovdiet l-informazzjoni lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar l-azzjonijiet korrettivi li nbdew minn mindu saret il-valutazzjoni tas-sikurezza għal TCO, inkluż l-informazzjoni dwar l-azzjonijiet korrettivi fil-qasam tat-taħriġ u tal-kwalifiki tal-ekwipaġġ tat-titjiriet, tal-limitazzjonijiet fil-ħin tax-xogħol u tat-titjiriet, tal-ajrunavigabbiltà u tal-kontroll tal-manutenzjoni, tas-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza u tal-kwalità, tat-taħriġ tal-persunal u ta' kif instab tarf tas-sejbiet tas-SAFA. Madankollu, l-informazzjoni li ġiet ipprovduta ma kellhiex biżżejjed evidenza dettaljata dwar it-titjib f'dawn l-oqsma u b'mod speċifiku fir-rigward tal-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà tal-Iran Aseman Airlines u tal-funzjonament tas-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza u tal-kwalità.

(40)

L-informazzjoni disponibbli bħalissa, ibbażata fuq is-sejbiet tal-ispezzjonijiet tas-SAFA u fuq il-valutazzjoni tas-sikurezza għal TCO, flimkien mal-informazzjoni ppreżentata mill-Iran Aseman Airlines, turi li hemm evidenza vverifikata ta' nuqqasijiet gravi fis-sikurezza min-naħa tal-Iran Aseman Airlines u li l-Iran Aseman Airlines mhix kapaċi tindirizza dawk in-nuqqasijiet fis-sikurezza, kif intwera fost l-oħrajn bil-pjan insuffiċjenti u mhux xieraq ta' azzjoni korrettiva li ppreżentat biex twieġeb għas-sejbiet li ġew identifikati waqt il-valutazzjoni tas-sikurezza għal TCO.

(41)

Għalhekk, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies li l-lista Komunitarja tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għall-projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni jenħtieġ li tiġi emendata biex il-kumpanija tal-ajru Iran Aseman Airlines tiġi inkluża fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(42)

L-Istati Membri jridu jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva mal-istandards rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jitwettqu fuq il-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fl-Iran, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(43)

Jekk xi informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza tindika li hemm riskji imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta' konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni tista' tkun obbligata li tieħu azzjoni ulterjuri, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

Il-kumpaniji tal-ajru mill-Każakistan

(44)

Minn Lulju 2009, il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati fil-Każakistan, ħlief waħda, jiġifieri l-Air Astana, huma soġġetti għall-projbizzjoni sħiħa fuq l-operat, prinċipalment minħabba l-inabbiltà tal-awtorità responsabbli mis-sorveljanza tas-sikurezza tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Każakistan, il-Kumitat tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Każakistan (“CAC”), li timplimenta u tinforza l-istandards internazzjonali tas-sikurezza applikabbli. L-Air Astana tneħħiet mill-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 f'Diċembru 2015 u bħalissa qed titħalla topera fl-Unjoni.

(45)

F'April 2016 twettqet Missjoni ta' Validazzjoni Koordinata tal-ICAO fil-Każakistan. Dik il-missjoni ppermettiet lill-ICAO tistabilixxi li l-implimentazzjoni effettiva tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza tjiebet għal 74 %. Fl-20 ta' April 2016, l-ICAO neħħiet l-SSC li kien għadu pendenti fir-rigward taċ-ċertifikazzjoni tal-kumpaniji tal-ajru.

(46)

Mid-19 sat-23 ta' Settembru 2016, fil-Każakistan saret żjara tal-Unjoni fuq il-post biex titwettaq valutazzjoni tas-sikurezza. F'dik iż-żjara ħadu sehem esperti mill-Kummissjoni, mill-EASA u mill-Istati Membri. Waqt dik iż-żjara, is-CAC wera li kien għamel progress konsiderevoli f'dawn l-aħħar snin. Is-CAC għamel enfasi fuq l-implimentazzjoni tal-istandards tal-ICAO u l-prattiki rakkomandati. Is-CAC għandu approċċ tradizzjonali fir-rigward tas-sikurezza tal-avjazzjoni bbażat fuq il-konformità u reċentement beda jimplimenta tekniki kontemporanji ta' ġestjoni tas-sikurezza fl-avjazzjoni, inkluż Programm tal-Istat għas-Sikurezza. Dan għamel sforzi wkoll biex jiġu rreklutati u mħarrġa spetturi addizzjonali għas-sorveljanza tal-industrija tal-avjazzjoni fil-Każakistan. It-tim eżekuttiv tas-CAC għandu livell għoli ta' esperjenza u b'mod ġenerali l-persunal tas-CAC huwa midħla sew tal-qasam. Is-sistema ta' sorveljanza tas-sikurezza tas-CAC hija bbażata fuq verifika tal-konformità mar-regolamenti applikabbli fil-Każakistan, għalkemm għandha approċċ pjuttost riġidu ta' konformità ma' lista.

(47)

L-evidenza tindika li l-implimentazzjoni ġenerali tal-kompiti assenjati lis-CAC hija konformi mal-istandards tal-ICAO, li s-CAC għandu pjan tal-awditjar u tas-sorveljanza fis-seħħ biex titwettaq is-sorveljanza tas-sikurezza fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Każakistan, li jimplimenta dak il-pjan tal-awditjar u tas-sorveljanza u li jwettaq spezzjonijiet fir-rampa.

(48)

Bħala kampjun rilevanti ta' kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Każakistan, ġew ivverifikati żewġ kumpaniji tal-ajru waqt iż-żjara tal-Unjoni fuq il-post biex titwettaq valutazzjoni tas-sikurezza. Dan il-kampjun kien jinkludi l-ikbar żewġ kumpaniji tal-ajru li meta twettqet iż-żjara kienu għadhom inklużi fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006. L-għan taż-żjara kien li jiġi vverifikat il-livell ta' konformità tal-kumpaniji mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. Barra minn hekk, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, l-għan taż-żjara kien li ssir valutazzjoni tar-rieda u tal-kapaċità ta' dawn il-kumpaniji tal-ajru li jindirizzaw in-nuqqasijiet fis-sikurezza. Il-konklużjoni ewlenija taż-żjarat li saru fir-rigward ta' dawn il-kumpaniji tal-ajru hija li ma kien hemm l-ebda nuqqas ta' rieda jew ta' kapaċità li jindirizzaw in-nuqqasijiet fis-sikurezza.

(49)

Fit-23 ta' Novembru 2016, is-CAC ippreżenta lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru l-miżuri li ttieħdu fil-Każakistan biex tittejjeb is-sikurezza fl-avjazzjoni. Il-miżuri prinċipali huma l-emendar tal-leġiżlazzjoni dwar l-avjazzjoni ċivili u l-appoġġ tar-regolamenti, it-titjib fir-rigward tal-istruttura u l-persunal tas-CAC, iż-żieda fl-għadd ta' spetturi u l-aġġornament tas-sistema tal-ġestjoni tal-kwalifiki u tat-taħriġ tal-ispetturi, inkluż it-taħriġ addizzjonali inizjali, rikorrenti u fuq il-post tax-xogħol. Barra minn hekk, is-CAC spjega li żviluppa proċedura addizzjonali u listi ta' verifika tal-konformità, fassal il-programm tas-sorveljanza tas-sikurezza, wettaq attivitajiet tas-sorveljanza tas-sikurezza u implimenta mekkaniżmu biex jinstab tarf tat-tħassib dwar is-sikurezza. It-titjib fis-sistema tas-sorveljanza tas-sikurezza ntwera permezz tal-azzjonijiet ta' infurzar imwettqa mis-CAC fl-2015 u fl-2016.

(50)

Fil-preżentazzjoni tiegħu, is-CAC ipprovda sommarju tal-pjan ta' azzjoni korrettiva tiegħu fir-rigward tal-osservazzjonijiet li saru waqt iż-żjara tal-Unjoni fuq il-post biex titwettaq valutazzjoni tas-sikurezza. L-azzjonijiet korrettivi li ġew ippreżentati kienu jinkludu l-aġġornament ta' diversi proċeduri u listi ta' verifika tal-konformità biex jittejbu l-attivitajiet tas-sorveljanza tas-sikurezza, l-implimentazzjoni ta' bażi ta' dejta elettronika biex jiġi appoġġat il-proċess tas-sorveljanza, l-introduzzjoni ta' sistema volontarja ta' rapportar tal-okkorrenzi, it-tfassil ta' programm ġdid ta' taħriġ għall-2017 u attivitajiet addizzjonali ta' taħriġ biex iżjed spetturi jkunu kkwalifikati jwettqu spezzjonijiet fir-rampa għal oġġetti perikolużi.

(51)

Fit-23 ta' Novembru 2016, permezz ta' kampjun rilevanti, il-kumpanija tal-ajru Aircompany SCAT tat preżentazzjoni lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar l-iżvilupp tagħha, inkluż l-istorja, in-netwerk, il-flotta u l-perspettivi u l-pjanijiet għall-futur ta' dik il-kumpanija tal-ajru. L-Aircompany SCAT ipprovdiet ukoll informazzjoni dwar l-organizzazzjoni tal-manutenzjoni u tat-taħriġ tagħha. Din ipprovdiet dettalji speċifiċi dwar is-sistema tagħha ta' ġestjoni tas-sikurezza u dwar l-ispezzjonijiet u l-awditjar li sarulha. L-Aircompany SCAT uriet li hija rreġistrata fil-Programm Operazzjonali tal-Awditjar tas-Sikurezza (“IOSA”) tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasport bl-Ajru (“IATA”) u li l-organizzazzjoni tal-manutenzjoni għandha Ċertifikat ta' Approvazzjoni tal-Organizzazzjoni tal-Manutenzjoni.

(52)

Abbażi tal-informazzjoni kollha disponibbli, inkluż ir-riżultati taż-żjara tal-Unjoni fuq il-post biex titwettaq valutazzjoni tas-sikurezza u tal-informazzjoni pprovduta waqt is-smigħ tat-23 ta' Novembru 2016, jitqies li s-CAC għamel titjib sostnut fuq perjodu kontinwu ta' żmien. Ġie rikonoxxut ukoll li s-CAC wera li lest jikkomunika fuq bażi kontinwa mal-Kummissjoni u li s-CAC huwa trasparenti fir-rikonoxximent tiegħu li jrid jissokta l-isforzi tiegħu biex jiżviluppa iktar l-obbligi tiegħu ta' sorveljanza u biex jinstab tarf tat-tħassib dwar is-sikurezza. Ġie vvalutat li s-CAC għandu l-kapaċità li jżomm mar-responsabbiltajiet tiegħu fir-rigward tas-sorveljanza tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Każakistan. Waqt is-smigħ, is-CAC impenja ruħu li jidħol bis-sħiħ fi djalogu kontinwu dwar is-sikurezza mal-Kummissjoni, inkluż permezz ta' laqgħat addizzjonali, jekk u meta dan jitqies li jkun meħtieġ mill-Kummissjoni.

(53)

Fir-rigward tal-Aircompany SCAT, il-kumpanija tal-ajru ċċertifikata fil-Każakistan li bħala kampjun rilevanti ġiet mistiedna għas-smigħ, l-informazzjoni li pprovdiet fit-23 ta' Novembru 2016 tqieset bħala sodisfaċenti. B'mod partikolari, ipprovdiet dettalji speċifiċi fir-rigward tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza li kienet stabbiliet.

(54)

Abbażi tar-riżultati taż-żjara tal-Unjoni fuq il-post biex titwettaq valutazzjoni tas-sikurezza fil-Każakistan, li kienet tinkludi żjarat lis-CAC u lil żewġ kumpaniji tal-ajru, il-preżentazzjoni mis-CAC u mill-kumpanija tal-ajru Aircompany SCAT, hemm biżżejjed evidenza ta' konformità mal-prattiki rakkomandati u mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza applikabbli min-naħa tas-CAC u tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Każakistan.

(55)

Għalhekk, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies li l-lista tal-Unjoni tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għall-projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni jenħtieġ li tiġi emendata biex il-kumpaniji kollha tal-ajru ċċertifikati fir-Repubblika tal-Każakistan jitneħħew mill-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(56)

L-Istati Membri jridu jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tal-kumpaniji kollha tal-ajru ċċertifikati fil-Każakistan mal-istandards rilevanti tas-sikurezza, permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(57)

Jekk xi informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza tindika li hemm riskji imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta' konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni tista' tkun obbligata li tieħu azzjoni ulterjuri, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

Il-kumpaniji tal-ajru mir-Repubblika Kirgiża

(58)

Mill-25 ta' Jannar sal-5 ta' Frar 2016 twettaq awditjar tas-sistema tal-avjazzjoni ċivili Kirgiża permezz tal-Programm Universali ta' Awditjar tas-Sorveljanza tas-Sikurezza tal-ICAO. Abbażi tar-riżultati tal-awditjar, l-ICAO identifikat SSC fil-qasam tal-għoti tal-liċenzji u tat-taħriġ tal-persunal, li jikkonċerna l-ħruġ ta' liċenzji u ta' klassifikazzjonijiet tal-bdoti fir-Repubblika Kirgiża. Fit-30 ta' Ġunju 2016, l-ICAO ħabbret li r-Repubblika Kirgiża implimentat azzjonijiet korrettivi u li l-SSC dwar l-għoti tal-liċenzji tal-persunal ġie solvut. Madankollu, l-SSC li jikkonċerna l-proċess ta' ċertifikazzjoni għall-ħruġ ta' ċertifikati tal-operaturi tal-ajru, identifikat mill-ICAO fis-16 ta' Lulju 2015, għadu pendenti.

(59)

Fit-8 ta' Lulju 2016 saru konsultazzjonijiet bejn il-Kummissjoni u r-rappreżentanti mill-Aġenzija tal-Avjazzjoni Ċivili tar-Repubblika Kirgiża. Waqt dawk il-konsultazzjonijiet ir-rappreżentanti ddikjaraw li r-Repubblika Kirgiża xtaqet tinvolvi ruħha mal-Kummissjoni u tipprovdi aġġornamenti tekniċi dwar il-progress tagħha fir-rigward tal-obbligi internazzjonali tagħha għas-sikurezza fl-avjazzjoni.

(60)

Abbażi tal-informazzjoni limitata pprovduta mill-Aġenzija tal-Avjazzjoni Ċivili tar-Repubblika Kirgiża, jidher li minkejja l-impenn tar-Repubblika Kirgiża li timpenja ruħha mal-Kummissjoni ta' min ifaħħru, għadu ma sarx biżżejjed progress fir-rigward tat-titjib fl-implimentazzjoni tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza marbuta mal-obbligi ta' ċertifikazzjoni u ta' sorveljanza tal-Aġenzija tal-Avjazzjoni Ċivili tar-Repubblika Kirgiża.

(61)

Għalhekk, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies li f'dan l-istadju ma hemmx raġunijiet biex tiġi emendata l-lista tal-Unjoni tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għall-projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru mir-Repubblika Kirgiża.

Il-kumpaniji tal-ajru mil-Libja

(62)

Fis-27 ta' Lulju 2016 saru konsultazzjonijiet tekniċi bejn il-Kummissjoni u l-Awtorità Libjana tal-Avjazzjoni Ċivili (“LYCAA”), li kienu jikkonċernaw b'mod partikolari l-projbizzjoni attwali fuq l-operat imposta fuq il-kumpaniji tal-ajru kollha mil-Libja skont ir-Regolament (KE) Nru 211/2005.

(63)

Matul dawk il-konsultazzjonijiet, l-LYCAA pprovdiet informazzjoni dettaljata dwar il-pjanijiet tagħha ta' żvilupp rigward l-obbligi ta' ċertifikazzjoni u ta' sorveljanza tagħha għall-kumpaniji tal-ajru Libjani. L-LYCAA rrapportat li, fil-limiti ta' ambjent operattiv diffiċli, hija timpenja ruħha li twettaq l-obbligi internazzjonali tagħha fir-rigward tas-sikurezza tal-avjazzjoni.

(64)

Il-Kummissjoni tilqa' l-isforzi li qed isiru mit-tmexxija tal-LYCAA u l-fatt li l-LYCAA verament qed turi impenn biex tinvolvi ruħha mal-Kummissjoni, sabiex jiġu pprovduti aġġornamenti dwar l-istat tal-obbligi tagħha ta' ċertifikazzjoni u ta' sorveljanza.

(65)

Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li l-ambjent operazzjonali diffiċli fil-Libja u l-konsegwenzi ta' dan l-ambjent għal-LYCAA fir-rigward tal-kapaċità tagħha li żżomm mal-obbligi tagħha tas-sorveljanza tas-sikurezza għadhom tħassib ewlieni, peress li dan jipprevjeni l-konteniment tar-riskji fis-sikurezza tal-avjazzjoni li wasslu għad-deċiżjoni li l-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati fil-Libja jitqiegħdu fuq il-lista tal-Unjoni. Abbażi tal-informazzjoni kollha disponibbli, jitqies li fil-preżent il-Libja ma tistax tissodisfa l-obbligi internazzjonali tagħha fir-rigward tas-sikurezza fl-avjazzjoni.

(66)

Għalhekk, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies li f'dan l-istadju ma hemmx raġunijiet biex tiġi emendata l-lista tal-Unjoni tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għall-projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru mil-Libja.

Il-kumpaniji tal-ajru mill-Mozambique

(67)

Matul dan l-aħħar perjodu, il-Kummissjoni u l-EASA komplew jipprovdu assistenza teknika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Mozambique. Fl-10 ta' Novembru 2016, l-awtorità tal-avjazzjoni ċivili tal-Mozambique, l-Instituto de Aviação Civil de Moçambique (“IACM”), infurmat lill-Kummissjoni li dan l-aħħar ħadet għadd sostanzjali ta' azzjonijiet sabiex ittejjeb ir-regolamenti, l-infrastrutturi u l-organizzazzjoni tagħha, kif ukoll il-kapaċitajiet tagħha ta' sorveljanza fil-qasam tal-istandards tat-titjiriet u tal-ajrudromi. Barra minn hekk, l-IACM ikkonfermat li ġie rreklutat persunal u li ġie pprovdut taħriġ rikorrenti fl-oqsma tekniċi kollha.

(68)

Madankollu, f'dan l-istadju, il-kapaċità tal-IACM li tissorvelja l-attivitajiet tal-avjazzjoni ċivili fil-Mozambique għadha mhix konformi għalkollox mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. Għalhekk, ma hemmx biżżejjed evidenza biex tiġġustifika deċiżjoni dwar aġġustament tal-projbizzjoni fuq l-operat tal-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati fil-Mozambique.

(69)

Filwaqt li t-titjib mhuwiex biżżejjed biex jiġġustifika aġġustament tal-projbizzjoni attwali, is-sitwazzjoni hi promettenti biżżejjed biex tiġġustifika żjara addizzjonali ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post matul ix-xhur li ġejjin.

(70)

Skont il-lista pprovduta mill-IACM fis-16 ta' Novembru 2016, żewġ kumpaniji tal-ajru ġodda ġew iċċertifikati fil-Mozambique, jiġifieri Archipelago Charters Lda (AOC MOZ-25), li hija involuta fl-avjazzjoni kummerċjali bil-ħelikopters, u Solenta Aviation Mozambique SA (AOC MOZ-23), li hija involuta fl-avjazzjoni kummerċjali bl-ajruplani. L-IACM infurmat ukoll lill-Kummissjoni li ġie rrevokat iċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru tal-kumpanija tal-ajru SAMSolenta Aviation Mozambique SA (AOC MOZ-10), li kienet involuta fl-avjazzjoni kummerċjali bl-ajruplani.

(71)

Għalhekk, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies li l-lista Komunitarja tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għall-projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni jenħtieġ li tiġi emendata biex tinkludi l-kumpaniji tal-ajru Archipelago Charters Lda u Solenta Aviation Mozambique SA fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 u biex titneħħa l-kumpanija tal-ajru SAMSolenta Aviation Mozambique SA minn dak l-Anness.

Il-kumpaniji tal-ajru mill-Federazzjoni Russa

(72)

Matul dan l-aħħar perjodu, il-Kummissjoni, l-EASA u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri komplew jissorveljaw mill-qrib il-prestazzjoni tas-sikurezza tal-kumpaniji tal-ajru li ġew iċċertifikati fil-Federazzjoni Russa u li joperaw fl-Unjoni, inkluż permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jitwettqu fuq ċerti kumpaniji tal-ajru Russi f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(73)

Fit-28 ta' Ottubru 2016, il-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-EASA, iltaqgħet mar-rappreżentanti tal-Aġenzija Federali tat-Trasport tal-Ajru Russa (“FATA”). L-għan ta' din il-laqgħa kien li jsir rieżami tal-prestazzjoni tas-sikurezza tal-kumpaniji tal-ajru Russi abbażi tar-rapporti tal-SAFA dwar l-ispezzjoni fir-rampa għall-perjodu bejn it-18 ta' Ottubru 2015 u s-17 ta' Ottubru 2016 u li jiġu identifikati każijiet li jistħoqqilhom attenzjoni speċjali.

(74)

Matul il-laqgħa, il-Kummissjoni għamlet rieżami aktar fid-dettall tar-riżultati tal-SAFA ta' sitt kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Federazzjoni Russa. L-FATA infurmat lill-Kummissjoni li ħadet azzjonijiet ta' infurzar fil-konfront ta' waħda minn dawk il-kumpaniji tal-ajru billi imponiet projbizzjoni fuq l-operar tat-titjiriet lejn l-Unjoni ta' dik il-kumpanija tal-ajru.

(75)

Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, ġie konkluż li ma kinitx meħtieġa seduta ta' smigħ quddiem il-Kummissjoni u l-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-awtoritajiet tal-avjazzjoni Russi jew tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Federazzjoni Russa.

(76)

Għalhekk, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies li f'dan l-istadju ma hemmx raġunijiet biex tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għall-projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni sabiex ikunu inklużi l-kumpaniji tal-ajru mill-Federazzjoni Russa.

(77)

L-Istati Membri jridu jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tal-kumpaniji tal-ajru tal-Federazzjoni Russa mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa, f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(78)

Jekk dawk l-ispezzjonijiet jindikaw riskju imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta' konformità mal-istandards rilevanti tas-sikurezza, il-Kummissjoni tista' tkun obbligata li tieħu azzjoni kontra l-kumpaniji tal-ajru mill-Federazzjoni Russa, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

Il-kumpaniji tal-ajru mit-Tajlandja

(79)

Fit-13 ta' Settembru 2016 saret laqgħa teknika bejn il-Kummissjoni, l-EASA u l-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tat-Tajlandja (“CAAT”). Matul din il-laqgħa s-CAAT aġġornat lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni korrettiva li ġie żviluppat mis-CAAT biex tinstab soluzzjoni għas-sejbiet u tal-SSC li ġew identifikati mill-ICAO wara l-awditjar tal-ICAO f'Jannar 2015. B'mod partikolari, is-CAAT ipprovdiet informazzjoni dwar it-titjib li sar minn Mejju 2016 fir-rigward tal-iskema finanzjarja tagħha, l-iżvilupp tal-organizzazzjoni tagħha, inkluż l-għadd ta' spetturi disponibbli, il-maniġers il-ġodda, l-introduzzjoni ta' sistema ta' ġestjoni tal-informazzjoni, it-titjib tal-leġiżlazzjoni primarja dwar l-avjazzjoni, l-aġġornament tar-regolamenti dwar l-operat u tal-manwali interni, it-taħriġ tal-ispetturi u bidu ġdid għall-attivitajiet tas-sorveljanza tas-sikurezza fit-Tajlandja.

(80)

Bħalissa s-CAAT qed taħdem fuq iċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fit-Tajlandja u filwaqt li tagħmel dan qed tuża l-approċċ b'ħames fażijiet. Dan il-proġett inbeda fit-12 ta' Settembru 2016 u għall-25 kumpanija tal-ajru li joperaw fuq livell internazzjonali huwa skedat li jitlesta f'Settembru 2017. Skont is-CAAT, hemm biżżejjed spetturi u appoġġ mill-fornituri tal-assistenza teknika biex il-proġett jitwettaq. F'dan ir-rigward ta' min jinnota li s-CAAT għadha ma taċċettax applikazzjonijiet mingħand kumpaniji tal-ajru ġodda għal ċertifikati tal-operaturi tal-ajru u l-kumpaniji tal-ajru eżistenti huma limitati fiż-żieda tal-attivitajiet tagħhom. Dan jikkontribwixxi għall-ġestjoni tal-andament tal-proġett taċ-ċertifikazzjoni u jiżgura li ma jiġux introdotti riskji ġodda għas-sikurezza.

(81)

Abbażi tal-informazzjoni ppreżentata matul il-laqgħa deher ċar li, għalkemm is-CAAT kienet indikat li din għandha tkun prijorità, is-sorveljanza ta' kuljum u dik tal-attivitajiet tal-avjazzjoni għadhom lura. L-attivitajiet ta' spezzjoni jsiru prinċipalment fir-rigward tal-ajrunavigabbiltà u mhux fir-rigward tal-operat tat-titjiriet. Skont is-CAAT, is-sorveljanza ta' kuljum u dik tal-attivitajiet tal-avjazzjoni se titjieb b'mod gradwali meta jiġu rreklutati u mħarrġa spetturi ġodda u meta s-sistema awtomatizzata ta' monitoraġġ tiġi implimentata għalkollox.

(82)

Fl-14 ta' Novembru 2016, is-CAAT ipprovdiet informazzjoni addizzjonali dwar il-progress tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet korrettivi u dettalji dwar l-attivitajiet reċenti ta' sorveljanza u ta' superviżjoni. Dik l-informazzjoni turi li l-ispezzjonijiet operazzjonali jitwettqu mis-CAAT, li s-sejbiet jiġu rrappurtati u li l-kumpaniji tal-ajru kkonċernati għandhom fis-seħħ proċess biex jirreaġixxu għal dawn is-sejbiet u jimplimentaw azzjonijiet korrettivi, li jiġu aċċettati mis-CAAT.

(83)

Il-Gvern tat-Tajlandja u s-CAAT urew impenn ċar biex is-sistema tas-sorveljanza tas-sikurezza fit-Tajlandja titjieb u li s-CAAT ipprovdiet evidenza li matul l-aħħar sitt snin sar progress rilevanti. Barra minn hekk, l-informazzjoni disponibbli dwar is-sikurezza fuq il-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fit-Tajlandja ma tappoġġax deċiżjoni li jiġu imposti projbizzjoni jew restrizzjonijiet operazzjonali. Sabiex tiġi ssorveljata mill-qrib is-sitwazzjoni, se jibqgħu jsiru konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet tat-Tajlandja b'konformità mal-Artikolu 3 (2) tar-Regolament (KE) Nru 473/2006.

(84)

Għalhekk, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies li f'dan l-istadju ma hemmx raġunijiet biex tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għall-projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru mit-Tajlandja.

(85)

L-Istati Membri jridu jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva mal-istandards rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jitwettqu fuq il-kumpaniji tal-ajru li ġew iċċertifikati fit-Tajlandja skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(86)

Jekk xi informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza tindika li hemm riskji imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta' konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni tista' tkun obbligata li tieħu azzjoni ulterjuri, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

(87)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 474/2006 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(88)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 474/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Anness A jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness I ta' dan ir-Regolament;

(2)

L-Anness B jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Violeta BULC

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 344, 27.12.2005, p. 15.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 tat-22 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 84, 23.3.2006, p. 14).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/1991 tas-16 ta' Diċembru 1991 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili (ĠU L 373, 31.12.1991, p. 4).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 473/2006 tat-22 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni għal-lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għall-projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità msemmija fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 84, 23.3.2006, p. 8).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta' Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014 tad-29 ta' April 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet tal-ajru ta' pajjiżi terzi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 133, 6.5.2014, p. 12).


ANNESS I

“ANNESS A

LISTA TA' KUMPANIJI TAL-AJRU LI HUMA PPROJBITI MILLI JOPERAW FL-UNJONI, B'XI EĊĊEZZJONIJIET  (1)

Isem l-entità legali tal-kumpanija tal-ajru kif muri fuq l-AOC tagħha (u l-isem kummerċjali tagħha, jekk dan ikun differenti)

In-numru taċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru (“l-AOC”) jew tal-Liċenzja tal-Operat

In-numru tal-identifikazzjoni tal-ICAO għal-linja tal-ajru

L-istat tal-operatur

(1)

(2)

(3)

(4)

BLUE WING AIRLINES

SRBWA-01/2002

BWI

Is-Suriname

IRAN ASEMAN AIRLINES

FS-102

IRC

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran

IRAQI AIRWAYS

001

IAW

L-Iraq

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Afganistan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi:

 

 

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan

AFGHAN JET INTERNATIONAL AIRLINES

AOC 008

AJA

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan

ARIANA AFGHAN AIRLINES

AOC 009

AFG

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan

EAST HORIZON AIRLINES

AOC 1013

EHN

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan

KAM AIR

AOC 001

KMF

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan

SAFI AIRWAYS

AOC 181

SFW

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Angola responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, ħlief għall-kumpanija TAAG Angola Airlines li ddaħħlet fl-Anness B, inklużi:

 

 

Ir-Repubblika tal-Angola

AEROJET

AO 008-01/11

TEJ

Ir-Repubblika tal-Angola

AIR GICANGO

009

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

AIR JET

AO 006-01/11-MBC

MBC

Ir-Repubblika tal-Angola

AIR NAVE

017

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

AIR26

AO 003-01/11-DCD

DCD

Ir-Repubblika tal-Angola

ANGOLA AIR SERVICES

006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

DIEXIM

007

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

FLY540

AO 004-01 FLYA

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

GIRA GLOBO

008

GGL

Ir-Repubblika tal-Angola

HELIANG

010

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

HELIMALONGO

AO 005-01/11

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

MAVEWA

016

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

SONAIR

AO 002-01/10-SOR

SOR

Ir-Repubblika tal-Angola

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Benin responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi:

 

 

Ir-Repubblika tal-Benin

AIR TAXI BENIN

BEN 004 ATB-5

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Benin

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Kongo responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi:

 

 

Ir-Repubblika tal-Kongo

AERO SERVICE

RAC06-002

RSR

Ir-Repubblika tal-Kongo

CANADIAN AIRWAYS CONGO

RAC06-012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Kongo

EMERAUDE

RAC06-008

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Kongo

EQUAFLIGHT SERVICES

RAC 06-003

EKA

Ir-Repubblika tal-Kongo

EQUAJET

RAC06-007

EKJ

Ir-Repubblika tal-Kongo

EQUATORIAL CONGO AIRLINES S.A.

RAC 06-014

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Kongo

MISTRAL AVIATION

RAC06-011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Kongo

TRANS AIR CONGO

RAC 06-001

TSG

Ir-Repubblika tal-Kongo

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi:

 

 

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

AIR FAST CONGO

409/CAB/MIN/TVC/0112/2011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

AIR KASAI

409/CAB/MIN/TVC/0053/2012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

AIR KATANGA

409/CAB/MIN/TVC/0056/2012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

AIR TROPIQUES

409/CAB/MIN/TVC/00625/2011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

BLUE AIRLINES

106/CAB/MIN/TVC/2012

BUL

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

BLUE SKY

409/CAB/MIN/TVC/0028/2012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

BUSY BEE CONGO

409/CAB/MIN/TVC/0064/2010

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

COMPAGNIE AFRICAINE D'AVIATION (CAA)

409/CAB/MIN/TVC/0050/2012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

CONGO AIRWAYS

019/CAB/MIN/TVC/2015

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

DAKOTA SPRL

409/CAB/MIN/TVC/071/2011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

DOREN AIR CONGO

102/CAB/MIN/TVC/2012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

GOMAIR

409/CAB/MIN/TVC/011/2010

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

KIN AVIA

409/CAB/MIN/TVC/0059/2010

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

KORONGO AIRLINES

409/CAB/MIN/TVC/001/2011

KGO

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

MALU AVIATION

098/CAB/MIN/TVC/2012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

MANGO AIRLINES

409/CAB/MIN/TVC/009/2011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

SERVE AIR

004/CAB/MIN/TVC/2015

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

SERVICES AIR

103/CAB/MIN/TVC/2012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

SWALA AVIATION

409/CAB/MIN/TVC/0084/2010

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

TRANSAIR CARGO SERVICES

409/CAB/MIN/TVC/073/2011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

WILL AIRLIFT

409/CAB/MIN/TVC/0247/2011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Djibouti responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluża:

 

 

Il-Djibouti

DAALLO AIRLINES

Mhux magħruf

DAO

Il-Djibouti

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Guinea Ekwatorjali responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi:

 

 

Il-Guinea Ekwatorjali

CEIBA INTERCONTINENTAL

2011/0001/MTTCT/DGAC/SOPS

CEL

Il-Guinea Ekwatorjali

CRONOS AIRLINES

2011/0004/MTTCT/DGAC/SOPS

Mhux magħruf

Il-Guinea Ekwatorjali

PUNTO AZUL

2012/0006/MTTCT/DGAC/SOPS

Mhux magħruf

Il-Guinea Ekwatorjali

TANGO AIRWAYS

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Il-Guinea Ekwatorjali

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Eritrea responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi:

 

 

L-Eritrea

ERITREAN AIRLINES

AOC Nru 004

ERT

L-Eritrea

NASAIR ERITREA

AOC Nru 005

NAS

L-Eritrea

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Gaboniża responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, ħlief għall-kumpaniji Afrijet u SN2AG li ddaħħlu fl-Anness B, inklużi:

 

 

Ir-Repubblika Gaboniża

AFRIC AVIATION

010/MTAC/ANAC-G/DSA

EKG

Ir-Repubblika Gaboniża

ALLEGIANCE AIR TOURIST

007/MTAC/ANAC-G/DSA

LGE

Ir-Repubblika Gaboniża

NATIONALE REGIONALE TRANSPORT (N.R.T)

008/MTAC/ANAC-G/DSA

NRG

Ir-Repubblika Gaboniża

SKY GABON

009/MTAC/ANAC-G/DSA

SKG

Ir-Repubblika Gaboniża

SOLENTA AVIATION GABON

006/MTAC/ANAC-G/DSA

SVG

Ir-Repubblika Gaboniża

TROPICAL AIR-GABON

011/MTAC/ANAC-G/DSA

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Gaboniża

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-lndoneżja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, ħlief għall-kumpaniji Garuda Indonesia, Airfast Indonesia, Ekspres Transportasi Antarbenua, Indonesia Air Asia, Citilink, Lion Air u Batik Air, inklużi:

 

 

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

AIR BORN INDONESIA

135-055

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

AIR PACIFIC UTAMA

135-020

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

ALDA TRANS PAPUA

135-056

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

ALFA TRANS DIRGANTARA

135-012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

AMA

135-054

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

ANGKASA SUPER SERVICE

135-050

LBZ

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

ASI PUDJIASTUTI

135-028

SQS

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

AVIASTAR MANDIRI

135-029

VIT

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

DABI AIR NUSANTARA

135-030

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

DERAYA AIR TAXI

135-013

DRY

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

DERAZONA AIR SERVICE

135-010

DRZ

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

EASTINDO

135-038

ESD

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

ELANG LINTAS INDONESIA

135-052

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

ELANG NUSANTARA AIR

135-053

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

ENGGANG AIR SERVICE

135-045

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

ERSA EASTERN AVIATION

135-047

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

GATARI AIR SERVICE

135-018

GHS

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

HEVILIFT AVIATION

135-042

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

INDONESIA AIR ASIA EXTRA

121-054

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

INDONESIA AIR TRANSPORT

121-034

IDA

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

INDO STAR AVIATION

135-057

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

INTAN ANGKASA AIR SERVICE

135-019

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

JAYAWIJAYA DIRGANTARA

121-044

JWD

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

JOHNLIN AIR TRANSPORT

135-043

JLB

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

KAL STAR AVIATION

121-037

KLS

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

KARTIKA AIRLINES

121-003

KAE

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

KOMALA INDONESIA

135-051

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

KURA-KURA AVIATION

135-016

KUR

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

MARTA BUANA ABADI

135-049

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

MATTHEW AIR NUSANTARA

135-048

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

MIMIKA AIR

135-007

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

MY INDO AIRLINES

121-042

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

NAM AIR

121-058

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

NATIONAL UTILITY HELICOPTER

135-011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

NUSANTARA AIR CHARTER

121-022

SJK

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

PEGASUS AIR SERVICES

135-036

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

PELITA AIR SERVICE

121-008

PAS

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

PENERBANGAN ANGKASA SEMESTA

135-026

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

PURA WISATA BARUNA

135-025

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

RIAU AIRLINES

121-016

RIU

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

SAYAP GARUDA INDAH

135-004

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

SMAC

135-015

SMC

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

SPIRIT AVIATION SENTOSA

135-058

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

SRIWIJAYA AIR

121-035

SJY

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

SURYA AIR

135-046

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

TRANSNUSA AVIATION MANDIRI

121-048

TNU

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

TRANSWISATA PRIMA AVIATION

135-021

TWT

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

TRAVEL EXPRESS AVIATION SERVICE

121-038

XAR

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

TRAVIRA UTAMA

135-009

TVV

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

TRI MG-INTRA ASIA AIRLINES

121-018

TMG

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

TRI MG-INTRA ASIA AIRLINES

135-037

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

TRIGANA AIR SERVICE

121-006

TGN

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

UNINDO

135-040

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

WESTSTAR AVIATION INDONESIA

135-059

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

WING ABADI AIRLINES

121-012

WON

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Kirgiża responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi:

 

 

Ir-Repubblika Kirgiża

AIR BISHKEK (li qabel kien jisimha EASTOK AVIA)

15

EAA

Ir-Repubblika Kirgiża

AIR MANAS

17

MBB

Ir-Repubblika Kirgiża

AVIA TRAFFIC COMPANY

23

AVJ

Ir-Repubblika Kirgiża

CENTRAL ASIAN AVIATION SERVICES (CAAS)

13

CBK

Ir-Repubblika Kirgiża

HELI SKY

47

HAC

Ir-Repubblika Kirgiża

AIR KYRGYZSTAN

03

LYN

Ir-Repubblika Kirgiża

MANAS AIRWAYS

42

BAM

Ir-Repubblika Kirgiża

S GROUP INTERNATIONAL (li qabel kien jisimha S GROUP AVIATION)

45

IND

Ir-Repubblika Kirgiża

SKY BISHKEK

43

BIS

Ir-Repubblika Kirgiża

SKY KG AIRLINES

41

KGK

Ir-Repubblika Kirgiża

SKY WAY AIR

39

SAB

Ir-Repubblika Kirgiża

TEZ JET

46

TEZ

Ir-Repubblika Kirgiża

VALOR AIR

07

VAC

Ir-Repubblika Kirgiża

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Liberja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja

 

 

Il-Liberja

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Libja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi:

 

 

Il-Libja

AFRIQIYAH AIRWAYS

007/01

AAW

Il-Libja

AIR LIBYA

004/01

TLR

Il-Libja

BURAQ AIR

002/01

BRQ

Il-Libja

GHADAMES AIR TRANSPORT

012/05

GHT

Il-Libja

GLOBAL AVIATION AND SERVICES

008/05

GAK

Il-Libja

LIBYAN AIRLINES

001/01

LAA

Il-Libja

PETRO AIR

025/08

PEO

Il-Libja

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Mozambique responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi:

 

 

Ir-Repubblika tal-Mozambique

ARCHIPELAGO CHARTERS LDA

MOZ-25

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Mozambique

AMBASSADOR LDA

MOZ-21

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Mozambique

CFM — TRABALHOS E TRANSPORTES AÉREOS LDA

MOZ-07

TTA

Ir-Repubblika tal-Mozambique

CHC HELICÓPTEROS LDA

MOZ-22

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Mozambique

COA — COASTAL AVIATION

MOZ-15

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Mozambique

CPY — CROPSPRAYERS

MOZ-06

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Mozambique

CRA — CR AVIATION LDA

MOZ-14

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Mozambique

ETA — EMPRESA DE TRANSPORTES AÉREOS LDA

MOZ-04

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Mozambique

EVERETT AVIATION LDA

MOZ-18

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Mozambique

HCP — HELICÓPTEROS CAPITAL LDA

MOZ-11

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Mozambique

INAER AVIATION MOZAMBIQUE LDA

MOZ-19

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Mozambique

INTER AIRWAYS LDA

MOZ-24

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Mozambique

LAM — LINHAS AÉREAS DE MOÇAMBIQUE S.A.

MOZ-01

LAM

Ir-Repubblika tal-Mozambique

MAKOND, LDA

MOZ-20

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Mozambique

MEX — MOÇAMBIQUE EXPRESSO, SARL MEX

MOZ-02

MXE

Ir-Repubblika tal-Mozambique

OHI — OMNI HELICÓPTEROS INTERNATIONAL LDA

MOZ-17

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Mozambique

SAF — SAFARI AIR LDA

MOZ-12

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Mozambique

SOLENTA AVIATION MOZAMBIQUE SA

MOZ-23

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Mozambique

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tan-Nepal responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi:

 

 

Ir-Repubblika Demokratika Federali tan-Nepal

AIR DYNASTY HELI. S.

035/2001

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika Federali tan-Nepal

AIR KASTHAMANDAP

051/2009

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika Federali tan-Nepal

BUDDHA AIR

014/1996

BHA

Ir-Repubblika Demokratika Federali tan-Nepal

FISHTAIL AIR

017/2001

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika Federali tan-Nepal

GOMA AIR

064/2010

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika Federali tan-Nepal

HIMALAYA AIRLINES

084/2015

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika Federali tan-Nepal

MAKALU AIR

057 A/2009

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika Federali tan-Nepal

MANANG AIR PVT LTD

082/2014

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika Federali tan-Nepal

MOUNTAIN HELICOPTERS

055/2009

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika Federali tan-Nepal

MUKTINATH AIRLINES

081/2013

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika Federali tan-Nepal

NEPAL AIRLINES CORPORATION

003/2000

RNA

Ir-Repubblika Demokratika Federali tan-Nepal

SAURYA AIRLINES

083/2014

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika Federali tan-Nepal

SHREE AIRLINES

030/2002

SHA

Ir-Repubblika Demokratika Federali tan-Nepal

SIMRIK AIR

034/2000

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika Federali tan-Nepal

SIMRIK AIRLINES

052/2009

RMK

Ir-Repubblika Demokratika Federali tan-Nepal

SITA AIR

033/2000

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika Federali tan-Nepal

TARA AIR

053/2009

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika Federali tan-Nepal

YETI AIRLINES DOMESTIC

037/2004

NYT

Ir-Repubblika Demokratika Federali tan-Nepal

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet ta' São Tomé u Príncipe responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi:

 

 

São Tomé u Príncipe

AFRICA'S CONNECTION

10/AOC/2008

ACH

São Tomé u Príncipe

STP AIRWAYS

03/AOC/2006

STP

São Tomé u Príncipe

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet ta' Sierra Leone responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi:

 

 

Sierra Leone

AIR RUM, LTD

Mhux magħruf

RUM

Sierra Leone

DESTINY AIR SERVICES, LTD

Mhux magħruf

DTY

Sierra Leone

HEAVYLIFT CARGO

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Sierra Leone

ORANGE AIR SIERRA LEONE LTD

Mhux magħruf

ORJ

Sierra Leone

PARAMOUNT AIRLINES, LTD

Mhux magħruf

PRR

Sierra Leone

SEVEN FOUR EIGHT AIR SERVICES LTD

Mhux magħruf

SVT

Sierra Leone

TEEBAH AIRWAYS

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Sierra Leone

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tas-Sudan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi:

 

 

Ir-Repubblika tas-Sudan

ALFA AIRLINES SD

54

AAJ

Ir-Repubblika tas-Sudan

BADR AIRLINES

35

BDR

Ir-Repubblika tas-Sudan

BLUE BIRD AVIATION

11

BLB

Ir-Repubblika tas-Sudan

ELDINDER AVIATION

8

DND

Ir-Repubblika tas-Sudan

GREEN FLAG AVIATION

17

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tas-Sudan

HELEJETIC AIR

57

HJT

Ir-Repubblika tas-Sudan

KATA AIR TRANSPORT

9

KTV

Ir-Repubblika tas-Sudan

KUSH AVIATION CO.

60

KUH

Ir-Repubblika tas-Sudan

NOVA AIRWAYS

46

NOV

Ir-Repubblika tas-Sudan

SUDAN AIRWAYS CO.

1

SUD

Ir-Repubblika tas-Sudan

SUN AIR

51

SNR

Ir-Repubblika tas-Sudan

TARCO AIR

56

TRQ

Ir-Repubblika tas-Sudan”


(1)  Il-kumpaniji tal-ajru mniżżlin fl-Anness A jistgħu jitħallew jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku tagħhom billi jużaw inġenji tal-ajru mikrijin bl-ekwipaġġ mingħand kumpanija tal-ajru li mhix suġġetta għal projbizzjoni fuq l-operat, sakemm jitħarsu l-istandards rilevanti tas-sikurezza.


ANNESS II

“ANNESS B

LISTA TA' KUMPANIJI TAL-AJRU LI HUMA SUĠĠETTI GĦAL RESTRIZZJONIJIET TAL-OPERAT FL-UNJONI  (1)

Isem l-entità legali tal-kumpanija tal-ajru kif muri fuq l-AOC tagħha (u l-isem kummerċjali tagħha, jekk dan ikun differenti)

In-numru taċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru (“l-AOC”)

In-numru tal-identifikazzjoni tal-ICAO għal-linja tal-ajru

L-istat tal-Operatur

It-tip ta' inġenju tal-ajru li huwa suġġett għal restrizzjoni

Il-marka jew il-marki tar-reġistrazzjoni u, meta jkun disponibbli, in-numru jew in-numri tas-serje tal-kostruzzjoni tal-inġenju tal-ajru li huwa suġġett għal restrizzjoni

L-istat tar-reġistrazzjoni

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

(7)

TAAG ANGOLA AIRLINES

001

DTA

Ir-Repubblika tal-Angola

Il-flotta kollha ħlief għal inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B737-700, inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B777-200, inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B777-300 u inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B777-300ER.

Il-flotta kollha ħlief għal inġenji tal-ajru fil-flotta tal-Boeing B737-700, kif jissemma fl-AOC; inġenji tal-ajru fil-flotta tal-Boeing B777-200, kif jissemma fl-AOC; inġenji tal-ajru fil-flotta tal-Boeing B777-300, kif jissemma fl-AOC; u inġenji tal-ajru fil-flotta tal-Boeing B777-300ER, kif jissemma fl-AOC.

Ir-Repubblika tal-Angola

AIR SERVICE COMORES

06-819/TA-15/DGACM

KMD

Comoros

Il-flotta kollha ħlief għal-LET 410 UVP.

Il-flotta kollha ħlief għad-D6-CAM (851336).

Comoros

AFRIJET BUSINESS SERVICE  (2)

002/MTAC/ANAC-G/DSA

ABS

Ir-Repubblika Gaboniża

Il-flotta kollha ħlief għal żewġ inġenji tal-ajru tat-tip Falcon 50 u għal żewġ inġenji tal-ajru tat-tip Falcon 900.

Il-flotta kollha ħlief għat-TR-LGV; għat-TR-LGY; għat-TR-AFJ; u għat-TR-AFR.

Ir-Repubblika Gaboniża

NOUVELLE AIR AFFAIRES GABON (SN2AG)

003/MTAC/ANAC-G/DSA

NVS

Ir-Repubblika Gaboniża

Il-flotta kollha ħlief għal inġenju tal-ajru wieħed tat-tip Challenger CL-601 u inġenju tal-ajru wieħed tat-tip HS-125-800.

Il-flotta kollha ħlief għat-TR-AAG u għaż-ZS-AFG.

Ir-Repubblika Gaboniża; u r-Repubblika tal-Afrika t'Isfel

IRAN AIR

FS100

IRA

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran

L-inġenji tal-ajru kollha tat-tip Fokker F100 u tat-tip Boeing B747.

L-inġenji tal-ajru tat-tip Fokker F100 kif jissemma fl-AOC; u l-inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B747 kif jissemma fl-AOC.

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran

AIR KORYO

GAC-AOC/KOR-01

KOR

Ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

Il-flotta kollha ħlief għal żewġ inġenji tal-ajru tat-tip TU-204.

Il-flotta kollha ħlief għall-P-632 u għall-P-633.

Ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea


(1)  Il-kumpaniji tal-ajru mniżżlin fl-Anness B jistgħu jitħallew jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku tagħhom billi jużaw inġenji tal-ajru mikrijin bl-ekwipaġġ mingħand kumpanija tal-ajru li mhix suġġetta għal projbizzjoni fuq l-operat, sakemm jitħarsu l-istandards rilevanti tas-sikurezza.

(2)  Il-kumpanija Afrijet titħalla tuża biss l-inġenji tal-ajru speċifiċi msemmija għal-livell attwali ta' operazzjonijiet tagħha fl-Unjoni.”


Top