Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R2148

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2148 tas-7 ta' Diċembru 2016 li jistipula r-regoli għall-ġestjoni u d-distribuzzjoni tal-kwoti tat-tessuti stabbiliti għas-sena 2017 skont ir-Regolament (UE) 2015/936 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

C/2016/7840

ĠU L 333, 8.12.2016, p. 32–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 03/07/2017

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/2148/oj

8.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 333/32


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2148

tas-7 ta' Diċembru 2016

li jistipula r-regoli għall-ġestjoni u d-distribuzzjoni tal-kwoti tat-tessuti stabbiliti għas-sena 2017 skont ir-Regolament (UE) 2015/936 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/936 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ġunju 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta' prodotti tessili minn għadd ta' pajjiżi terzi mhux koperti minn ftehim bilaterali, protokolli jew arranġamenti oħra, jew minn regoli speċifiċi ta' importazzjoni tal-Unjoni oħrajn (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 17(3) u (6) u l-Artikolu 21(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2015/936 stabbilixxa restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjoni ta' ċerti prodotti tessili li joriġinaw minn għadd ta' pajjiżi terzi biex jiġu allokati abbażi ta' min ikun l-ewwel, jinqeda l-ewwel.

(2)

Skont ir-Regolament (UE) 2015/936 huwa possibbli li f'ċerti ċirkustanzi jintużaw metodi oħra ta' allokazzjoni, li jinqasmu l-kwoti f'segmenti, jew li jiġi riżervat proporzjon ta' limitu kwantitattiv speċifiku esklussivament għal applikazzjonijiet li huma sostnuti mill-evidenza tar-riżultati tar-rendiment tal-importazzjoni fl-imgħoddi.

(3)

Ir-regoli għall-ġestjoni u d-distribuzzjoni ta' kwoti tessili stabbiliti fl-2017 għandhom jiġu adottati qabel ma tibda s-sena tal-kwota sabiex il-kontinwità tal-kummerċ ma tiġix affettwata għalxejn.

(4)

Il-miżuri adottati fis-snin ta' qabel, bħal dawk li hemm fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2106 (2), urew li huma sodisfaċenti u għalhekk huwa xieraq li jiġu adottati regoli simili għall-2017.

(5)

Biex jiġi ssodisfat l-akbar numru ta' operaturi possibbli, huwa xieraq li l-metodu ta' allokazzjoni ta' “min ikun l-ewwel, jinqeda l-ewwel” isir aktar flessibbli billi jitpoġġa limitu massimu fuq il-kwantitajiet li jistgħu jiġu allokati lil kull operatur b'dak il-metodu.

(6)

Sabiex jiġi garantit grad ta' kontinwità fil-kummerċ u amministrazzjoni effiċjenti tal-kwota, l-operaturi għandhom jitħallew jagħmlu l-ewwel applikazzjoni ta' awtorizzazzjoni ta' importazzjoni għall-2017 ekwivalenti għall-kwantità li impurtaw fl-2016.

(7)

Biex jinkiseb l-aħjar użu tal-kwantitajiet, operatur li uża tal-inqas nofs l-ammont diġà awtorizzat għandu jitħalla japplika għal ammont ieħor, dment li l-kwantitajiet ikunu disponibbli fil-kwoti.

(8)

Sabiex tkun żgurata amministrazzjoni tajba, l-awtorizzazzjonijiet tal-importazzjoni għandhom ikunu validi għal disa' xhur mid-data tal-ħruġ iżda sa mhux aktar tard mill-aħħar tas-sena. L-Istati Membri jenħtieġu li joħorġu l-awtorizzazzjonijiet biss wara li jkunu notifikati mill-Kummissjoni li l-kwantitajiet huma disponibbli u joħorġuhom biss jekk l-operaturi jistgħu jipprovaw l-eżistenza ta' kuntratt u jistgħu jiċċertifikaw, fin-nuqqas ta' dispożizzjoni speċifika li tgħid il-kuntrarju, li għadhom ma ġewx allokati awtorizzazzjoni ta' importazzjoni tal-Unjoni b'konformità ma' dan ir-Regolament għall-kategoriji u l-pajjiżi kkonċernati. Madankollu, b'risposta għall-applikazzjonijiet tal-importaturi, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jenħtieġ li jkunu awtorizzati li jestendu bi tliet xhur u sal-31 ta' Marzu 2018 l-validità ta' awtorizzazzjoni, dment li mill-anqas nofs il-kwantità allokata tkun intużat sad-data tal-applikazzjoni.

(9)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tessili stabbilit bl-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) 2015/936,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Dan ir-Regolament jistipula r-regoli tal-ġestjoni tal-kwoti kwantitattivi għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tat-tessuti stabbiliti fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 2015/936 għas-sena 2017.

Artikolu 2

Il-kwoti msemmija fl-Artikolu 1 ikunu allokati skont l-ordni kronoloġika ta' meta l-Kummissjoni tkun irċeviet in-notifiki mill-Istati Membri tal-applikazzjonijiet minn operaturi individwali, għal ammonti li ma jaqbżux il-kwantitajiet massimi għal kull operatur kif imniżżel fl-Anness I.

Il-kwantitatjiet massimi, madankollu, ma jkunux japplikaw għal dawk l-operaturi li jkunu f'pożizzjoni li jipprovaw lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, meta jagħmlu l-ewwel applikazzjoni tagħhom għall-2017, li fir-rigward tal-kategoriji partikolari u l-pajjiżi terzi partikolari kienu impurtaw aktar mill-kwantitajiet massimi speċifikati għal kull kategorija skont l-awtorizzazzjonijiet ta' importazzjoni mogħtija lilhom għall-2016.

Fil-każ ta' operaturi bħal dawn, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw importazzjonijiet ta' mhux aktar mill-kwantitajiet importati fl-2016 minn pajjiżi terzi partikolari u f'kategoriji partikolari, dment li jkun hemm biżżejjed kapaċità ta' kwota disponibbli.

Artikolu 3

Kull importatur li jkun diġà uża sa 50 fil-mija jew aktar mill-ammont allokat lilu skont dan ir-Regolament jista' jagħmel applikazzjoni oħra, fir-rigward tal-istess kategorija u tal-istess pajjiż ta' oriġini, għal ammonti li ma jaqbżux il-kwantitajiet massimi stipulati fl-Anness I.

Artikolu 4

1.   L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali mniżżla fl-Anness II jistgħu, mill-10.00 ta' filgħodu, ħin ta' Brussell, nhar il-11 ta' Jannar 2017, jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-ammonti koperti mit-talbiet ta' awtorizzazzjonjiet ta' importazzjoni.

2.   L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti joħorġu awtorizzazzjonijiet ta' importazzjoni biss wara li jkunu ġew innotifikati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (UE) 2015/936 li l-kwantitajiet rikjesti huma disponibbli għall-importazzjoni.

Huma joħorġu l-awtorizzazzjonijiet biss jekk operatur:

(a)

jagħti prova tal-eżistenza ta' kuntratt li għandu x'jaqsam mal-provvista tal-merkanzija; kif ukoll

(b)

jiċċertifika bil-miktub li, fir-rigward tal-kategoriji u tal-pajjiżi kkonċernati:

(i)

l-operatur ma kienx diġà ġie allokat awtorizzazzjoni skont dan ir-Regolament; jew

(ii)

l-operatur ġie mogħti awtorizzazzjoni skont dan ir-Regolament iżda uża tal-anqas 50 fil-mija mill-kwantità allokata.

3.   L-awtorizzazzjonijiet tal-importazzjoni għandhom ikunu validi għal disa' xhur mid-data li fiha jkunu nħarġu, iżda mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2017.

Madankollu, fuq talba tal-importatur, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jagħtu estensjoni ta' tliet xhur għall-validità ta' awtorizzazzjoni, dment li tal-anqas 50 fil-mija mill-kwantità allokata tkun intużat sa meta ssir it-talba. Estensjoni bħal din ma' għandha qatt tiskadi aktar tard mill-31 ta' Marzu 2018.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2017.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 160, 25.6.2015, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2106 tal-20 ta' Novembru 2015 li jistipula r-regoli għall-ġestjoni u d-distribuzzjoni tal-kwoti tat-tessuti stabbiliti għas-sena 2016 skont ir-Regolament (UE) 2015/936 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 305, 21.11.2015, p. 35).


ANNESS I

Ammonti massimi msemmija fl-Artikoli 2 u 3

Pajjiż ikkonċernat

Kategorija

Unità

Ammont massimu

Ir-Repubblika tal-Belarussja

 

 

 

 

1

Kilogrammi

20 000

2

Kilogrammi

80 000

3

Kilogrammi

5 000

4

Biċċiet

20 000

5

Biċċiet

15 000

6

Biċċiet

20 000

7

Biċċiet

20 000

8

Biċċiet

20 000

15

Biċċiet

17 000

20

Kilogrammi

5 000

21

Biċċiet

5 000

22

Kilogrammi

6 000

24

Biċċiet

5 000

26/27

Biċċiet

10 000

29

Biċċiet

5 000

67

Kilogrammi

3 000

73

Biċċiet

6 000

115

Kilogrammi

20 000

117

Kilogrammi

30 000

118

Kilogrammi

5 000


Pajjiż ikkonċernat

Kategorija

Unità

Ammont massimu

Ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

1

Kilogrammi

10 000

2

Kilogrammi

10 000

3

Kilogrammi

10 000

4

Biċċiet

10 000

5

Biċċiet

10 000

6

Biċċiet

10 000

7

Biċċiet

10 000

8

Biċċiet

10 000

9

Kilogrammi

10 000

12

Pari

10 000

13

Biċċiet

10 000

14

Biċċiet

10 000

15

Biċċiet

10 000

16

Biċċiet

10 000

17

Biċċiet

10 000

18

Kilogrammi

10 000

19

Biċċiet

10 000

20

Kilogrammi

10 000

21

Biċċiet

10 000

24

Biċċiet

10 000

26

Biċċiet

10 000

27

Biċċiet

10 000

28

Biċċiet

10 000

29

Biċċiet

10 000

31

Biċċiet

10 000

36

Kilogrammi

10 000

37

Kilogrammi

10 000

39

Kilogrammi

10 000

59

Kilogrammi

10 000

61

Kilogrammi

10 000

68

Kilogrammi

10 000

69

Biċċiet

10 000

70

Pari

10 000

73

Biċċiet

10 000

74

Biċċiet

10 000

75

Biċċiet

10 000

76

Kilogrammi

10 000

77

Kilogrammi

5 000

78

Kilogrammi

5 000

83

Kilogrammi

10 000

87

Kilogrammi

8 000

109

Kilogrammi

10 000

117

Kilogrammi

10 000

118

Kilogrammi

10 000

142

Kilogrammi

10 000

151 A

Kilogrammi

10 000

151 B

Kilogrammi

10 000

161

Kilogrammi

10 000


ANNESS II

Lista tal-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 4

1.   Il-Belġju

FOD Economie, KMO, Middenstand en Energie (Ekonomija tas-Servizz Pubbliku Federali, SMEs, Ħaddiema għal rashom u Enerġija)

Algemene Directie Economische Analyses en Internationale Economie

Dienst Vergunningen

Vooruitgangsstraat 50

1210 Brussel

Tel. +32 22776713

Faks +32 22775063

SPF Economie, PME, Classes moyennes et Énergie (Ekonomija tas-Servizz Pubbliku Federali, SMEs, Ħaddiema għal rashom u Enerġija)

Direction générale des analyses économiques et de l'économie internationale

Service Licences

Rue du Progrès 50

1210 Bruxelles

Tel. +32 22776713

Faks +32 22775063

2.   Il-Bulgarija

Министерство на икономиката и енергетиката

Дирекция “Регистриране, лицензиране и контрол”

ул. “Славянска” № 8

1052 София

Tel. +359 29407008/+359 29407673/+359 29407800

Faks: +359 29815041/+359 29804710/+359 29883654

Ministeru tal-Ekonomija u l-Enerġija

8 Slavyanska Str., Sofia 1052

Tel. +359 29407008/+359 29407673/+359 29407800

Faks +359 29815041/+359 29804710/+359 29883654

3.   Ir-Repubblika Ċeka

Ministerstvo průmyslu a obchodu (Il-Ministeru għall-Industrija u l-Kummerċ)

Licenèní správa

Na Frantisku 32

110 15 Praha 1

Tel. +420 224907111

Faks +420 224212133

4.   Id-Danimarka

Erhvervs- og Vækstministeriet (Il-Ministeru għan-Negozju u t-Tkabbir)

Erhvervsstyrelsen

Langelinie Allé 17

2100 København

Tel. +45 35291000

Faks +45 35291001

5.   Il-Ġermanja

Bundesamt für Wirtschaft und Ausfuhrkontrolle (BAFA) [Uffiċċju Federali tal-Ekonomija u l-Kontroll tal-Esportazzjonijiet]

Frankfurter Straße 29-35

65760 Eschborn

Tel. +49 61969080

Faks +49 6196908800

6.   L-Estonja

Majandus- ja Kommunikatsiooniministeerium (Il-Ministeru għall-Affarijiet Ekonomiċi u l-Komunikazzjoni)

Harju 11

15072 Tallinn

Tel. +372 6256400

Faks +372 6313660

7.   L-Irlanda

An Roinn Post, Fiontar agus Nuálaíochta

23 Sráid Chill Dara

Baile Átha Cliath 2D02 TD30

Tel. +353 16312545

Faks +353 16312562

Department of Jobs, Enterprise and Innovation

Licencing Unit

Kildare Street

IRL-Dublin 2

Tel. +353 16312545

Faks +353 16312562

8.   Greċja

Υπουργείο Οικονομίας, Ανάπτυξης και Τουρισμού

Γενική Διεύθυνση Διεθνούς Οικονομικής και Εμπορικής Πολιτικής

Διεύθυνση Συντονισμού Εμπορίου και Εμπορικών Καθεστώτων

Τμήμα Β' Ειδικών Καθεστώτων Εισαγωγών

Κορνάρου 1

105 63 Αθήνα

Τηλ. + 30 2103286041-43, 2103286223

Faks + 30 2103286094

Ministeru tal-Ekonomija, l-Iżvilupp u t-Turiżmu

Id-Direttorat Ġenerali għall-Politika Ekonomika u tal-Kummerċ Internazzjonali,

Id-Direttorat għall-Koordinazzjoni tal-Kummerċ u Reġimi Kummerċjali

Unità Β' Reġimi ta' Importazzjonijiet Speċjali

1 Kornarou Str.

10563 Athens

Tel. +30 2103286041-43, 2103286223

Faks +30 2103286094

9.   Spanja

Ministerio de Economía y Competitividad (Il-Ministeru għall-Ekonomija u l-Kompetittività)

Dirección General de Comercio e Inversiones

Paseo de la Castellana no 162

28046 Madrid

Tel. +34 913493817, 3493874

Faks +34 913493831

Email: sgpolcoue.sscc@comercio.mineco.es

10.   Franza

Ministère de l'economie, de l'industrie et du numérique

Direction générale des entreprises (DGE)

Service de l'industrie (SI)

Sous-direction de la chimie, des matériaux et des eco-industries (SDCME)

Bureau des Matériaux

67, rue Barbès — BP 80001

94201 Ivry-sur-Seine Cedex

Tel. +33 179843449

Email: isabelle.paimblanc@finances.gouv.fr

11.   Il-Kroazja

Ministarstvo vanjskih i europskih poslova

Samostalni sektor za trgovinsku politiku i gospodarsku multilateralu

Trg N. Š. Zrinskog 7-8

HR-10000 Zagreb

Tel. +385 16444626

Faks: +385 16444601

Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u Ewropej

Id-Direttorat għall-Politika Kummerċjali u tal-Affarijiet Ekonomiċi Multilaterali

Trg N. Š. Zrinskog 7-8

HR-10000 Zagreb

Tel. +385 16444626

Faks +385 16444601

12.   L-Italja

Ministero dello Sviluppo Economico (Il-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku)

Direzione Generale per la Politica Commerciale Internazionale (Id-Direttorat Ġenerali għall-Politika Kummerċjali Internazzjonali)

Divisione III — Accesso dei beni italiani nei mercati esteri e difesa commerciale delle imprese

Viale Boston 25

00144 Roma

Tel. +39 0659647517, 0659932450, 0659932436

Faks +39 0659932681, 0659932636

Email: dgpci.div3@mise.gov.it

13.   Ċipru

Κλάδος Έκδοσης Αδειών Εισαγωγής/Εξαγωγής

Υπηρεσία Εμπορίου

Υπουργείο Ενέργειας, Εμπορίου, Βιομηχανίας και Τουρισμού

Ανδρέα Αραούζου 6

1421 Λευκωσία

Τηλ. +357 22867100

Φαξ +357 22375443

Sezzjoni tal-Liċenzji tal-Importazzjonijiet/Esportazzjonijiet

Is-Servizz tal-Kummerċ

Il-Ministeru tal-Enerġija, il-Kummerċ, l-Industrija u t-Turiżmu

6, Andrea Araouzou

1421 Nicosia

Tel. +357 22867100

Faks +357 22375443

14.   Il-Latvja

Latvijas Republikas Ārlietu ministrija (Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tar-Repubblika tal-Latvja)

Kr.Valdemāra iela 3

Rīga LV-1395

Tel. +371 67016201

Faks +371 67828121

15.   Il-Litwanja

Lietuvos Respublikos ūkio ministerija (Il-Ministeru għall-Ekonomija tar-Repubblika tal-Litwanja)

Gedimino pr. 38/Vasario 16-osios g. 2

LT-01104 Vilnius

Tel. +370 70664658, +370 70664808

Faks. +370 70664762

Email: vienaslangelis@ukmin.lt

16.   Il-Lussemburgu

Ministère de l'économie (Il-Ministeru għall-Ekonomija)

Office des licences

19-21 boulevard Royal

L-2449 Lussemburgu

Tel. +352 226162

Faks: +352 466138

Email: office.licences@eco.etat.lu

17.   L-Ungerija

Magyar Kereskedelmi Engedélyezési Hivatal Margit krt.

(L-Uffiċċju Ungeriż tal-Liċenzji Kummerċjali)

Budapest

Németvölgyi út 37-39.

1124

Tel. +36 14585514

Fax +36 14585832

Email: keo@mkeh.gov.hu

18.   Malta

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar

Dipartiment tal-Kummerċ, Xatt Lascaris

Valletta

VLT1933

Tel. +356 25690214

Faks +356 21237112

Email: commerce@gov.mt

Ministry for the Economy, Investment and Small Business

Commerce Department, Trade Services Directorate

Lascaris

Valletta

VLT1933

Tel. +356 25690214

Faks +356 21237112

Email: commerce@gov.mt

19.   In-Netherlands

Belastingdienst/Douane (L-Amministrazzjoni Doganali)

centrale dienst voor in- en uitvoer

Postbus 3070

6401 DN Heerlen

Tel. +31 881512122

Faks +31 881513182

20.   L-Awstrija

Bundesministerium für Wissenschaft, Forschung und Wirtschaft (Il-Ministeru Federali għax-Xjenza, ir-Riċerka u l-Ekonomija)

Abteilung C2/9 — Außenwirtschaftskontrolle

Stubenring 1

1010 Wien

Tel. +43 171100 — 8353

Faks +43 171100 — 8366

21.   Il-Polonja

Ministerstwo Rozwoju (Il-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku)

Pl.Trzech Krzyży 3/5

00-507 Warszawa

Tel. +48 226935553

Faks +48 226934021

22.   Il-Portugall

Ministério das Finanças (Il-Ministeru għall-Finanzi)

AT- Autoridade Tributária e Aduaneira

DSL — Direcção de Serviços de Licenciamento

Rua da Alfândega, 5 r/c

1149-006 Lisboa

Tel. +351 1218813843

Faks +351 1218813986

Email: dsl@at.gov.pt

23.   Ir-Rumanija

Ministerul Economiei (Il-Ministeru għall-Ekonomija)

Comerţului şi Mediului de Afaceri

Direcţia Politici Comerciale

Calea Victoriei, nr.152, sector 1

010096 Bucureşti

Tel. +40 213150081

Faks +40 213150454

Email: clc@dce.gov.ro

24.   Is-Slovenja

Ministrstvo za finance (Il-Ministeru għall-Finanzi)

Finančna uprava Republike Slovenije

Spodnji Plavž 6c

SI-4270 Jesenice

Tel. +386 42027583

Faks: +386 42024969

Email: taric.fu@gov.si

25.   Is-Slovakkja

Ministerstvo hospodárstva SR (Il-Ministeru għall-Ekonomija tar-Repubblika Slovakka)

Odbor výkonu obchodných opatrení

Mierová 19

827 15 Bratislava

Tel. +421 248547019

Faks +421 243423915

Email: jan.krocka@mhsr.sk

26.   Il-Finlandja

Tulli (Id-Dwana tal-Finlandja)

PL 512

FI-00101 Helsinki

Tel. +358 2955200

Email: kirmo@tulli.fi

Tullen (Id-Dwana tal-Finlandja)

PB 512

FI-00101 Helsingfors

Tel. +358 2955200

Email: kirmo@tulli.fi

27.   L-Iżvezja

Kommerskollegium (Il-Bord Nazzjonali tal-Kummerċ)

Box 6803

SE-113 86 Stockholm

Tel. +46 86904800

Faks +46 8306759

Email: registrator@kommers.se

28.   Ir-Renju Unit

Department for International Finance

1 Victoria Street

London SW1H OET

Email: grant.mosedale@trade.gsi.gov.uk


Top