Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R2138

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/2138 tat-2 ta' Diċembru 2016 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għar-raja ondjata fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona IX minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall

    C/2016/8272

    ĠU L 332, 7.12.2016, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2016

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/2138/oj

    7.12.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 332/7


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2138

    tat-2 ta' Diċembru 2016

    li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għar-raja ondjata fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona IX minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/72 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2016.

    (2)

    Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2016.

    (3)

    Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Eżawriment tal-kwota

    Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2016 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

    Artikolu 2

    Projbizzjonijiet

    L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jiġi pprojbit li ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi rilokat, jiġi trażbordat jew jinħatt l-art wara dik id-data.

    Artikolu 3

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Diċembru 2016.

    Għall-Kummissjoni,

    F'isem il-President,

    João AGUIAR MACHADO

    Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


    (1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/72 tat-22 ta' Jannar 2016 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2016 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2015/104 (ĠU L 22, 28.1.2016, p. 1).


    ANNESS

    Nru

    34/TQ72

    Stat Membru

    Il-Portugall

    Stokk

    RJU/9-C.

    Speċi

    Raja ondjata (Raja undulata)

    Żona

    L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona IX

    Data tal-għeluq

    22.10.2016


    Top