Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R1996

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1996 tal-15 ta' Novembru 2016 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

ĠU L 308, 16.11.2016, pp. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/1996/oj

16.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/3


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1996

tal-15 ta' Novembru 2016

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta' Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 32(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Jannar 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja.

(2)

Żewġ entitajiet jenħtieġ li jitneħħew mil-lista ta' entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi, kif stipulat fit-Taqsima B tal-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat kif imniżżel fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Novembru 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

I. KORČOK


(1)   ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1.


ANNESS

I.   

L-entitajiet li ġejjin u l-entrati relatati jitħassru mil-lista li tinsab fit-Taqsima B tal-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012:

55.

Tri-Ocean Trading

55a.

Tri-Ocean Energy


Top