This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016R1642
Commission Implementing Regulation (EU) 2016/1642 of 12 September 2016 amending Council Regulation (EC) No 1210/2003 concerning certain specific restrictions on economic and financial relations with Iraq
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1642 tat-12 ta' Settembru 2016 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti ristrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1642 tat-12 ta' Settembru 2016 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti ristrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq
C/2016/5874
ĠU L 244, 13.9.2016, pp. 9–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
13.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 244/9 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1642
tat-12 ta' Settembru 2016
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti ristrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 tas-7 ta' Lulju 2003 dwar ċerti ristrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2465/96 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(b) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jelenka korpi pubbliċi, korporazzjonijiet u aġenziji u persuni fiżiċi u ġuridiċi, korpi u entitajiet tal-gvern ta' qabel tal-Iraq koperti bl-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi li kienu jinsabu barra mill-Iraq fid-data tat-22 ta' Mejju 2003 skont dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Fis-6 ta' Settembru 2016, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi entità waħda mil-lista ta' persuni jew entitajiet li għalihom jeħtieġ li japplika l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi. |
|
(3) |
Għaldaqstant, l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Settembru 2016.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Aġent Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija
(1) ĠU L 169, 8.7.2003, p. 6. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 131/2011(ĠU L 41, 15.2.2011, p. 1).
ANNESS
Fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1210/2003, titħassar l-annotazzjoni segwenti:
|
“109. |
SOUTH REFINERIES COMPANY. Indirizz: Basra, l-Iraq.” |