Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R1619

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1619 tat-8 ta' Settembru 2016 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 948/2014 dwar l-aħħar jum għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-ħżin privat ta' trab tal-ħalib xkumat

    C/2016/5671

    ĠU L 242, 9.9.2016, p. 28–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 28/02/2017

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/1619/oj

    9.9.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 242/28


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1619

    tat-8 ta' Settembru 2016

    li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 948/2014 dwar l-aħħar jum għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-ħżin privat ta' trab tal-ħalib xkumat

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 18(2), l-Artikolu 20(c), (f), (l), (m) u (n) u l-Artikolu 223(3)(c) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1370/2013 tas-16 ta' Diċembru 2013 li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta' ċerti għajnuniet u rifużjonijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 62(2)(b) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 948/2014 (4) fetaħ skema ta' ħżin privat għat-trab tal-ħalib xkumat, minħabba s-sitwazzjoni tas-suq partikolari u diffiċli, li notevolment irriżultat mill-projbizzjoni introdotta mir-Russja fuq l-importazzjonijiet ta' prodotti tal-ħalib mill-Unjoni.

    (2)

    Dik l-iskema ta' ħżin privat ġiet estiża bir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1337/2014 (5), (UE) 2015/303 (6), (UE) 2015/1548 (7) u (UE) 2016/224 (8). B'riżultat ta' dan, l-applikazzjonijiet għall-għajnuna jistgħu jiddaħħlu sat-30 ta' Settembru 2016.

    (3)

    Fid-29 ta' Ġunju 2016, ir-Russja estendiet il-projbizzjoni fuq l-importazzjoni ta' prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-Unjoni sa tmiem l-2017.

    (4)

    Il-produzzjoni tat-trab tal-ħalib xkumat fl-Unjoni żdiedet bi 18 % fil-perjodu ta' bejn Jannar u April 2016 minħabba ż-żieda fil-produzzjoni tal-ħalib, filwaqt li l-esportazzjonijiet naqsu bi 8 % fl-istess perjodu. L-esportazzjonijiet ta' trab tal-ħalib xkumat tradizzjonalment jirrappreżentaw bejn 40 u 50 % tat-total tal-produzzjoni tat-trab tal-ħalib xkumat fl-Unjoni.

    (5)

    Minħabba dan, il-prezzijiet tat-trab tal-ħalib xkumat fl-Unjoni għadhom taħt pressjoni negattiva.

    (6)

    Minħabba s-sitwazzjoni preżenti tas-suq jixraq li tiġi żgurata d-disponibbiltà mingħajr interruzzjoni tal-iskema ta' għajnuna għall-ħżin privat ta' trab tal-ħalib xkumat u li din tiġi estiża sal-bidu tal-perjodu ta' intervent tal-2017 fl-1 ta' Marzu 2017.

    (7)

    Sabiex tiġi evitata kwalunkwe interruzzjoni fil-possibbiltà li jiddaħħlu applikazzjonijiet skont l-iskema, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu.

    (8)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq fi Prodotti Agrikoli,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Fl-Artikolu 5 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 948/2014, “it-30 ta' Settembru 2016” tinbidel bi “it-28 ta' Frar 2017”.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Settembru 2016.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

    (2)  ĠU L 346, 20.12.2013, p. 12.

    (3)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.

    (4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 948/2014 tal-4 ta' Settembru 2014 li jiftaħ il-ħżin privat għat-trab tal-ħalib xkumat u li jiffissa bil-quddiem l-ammont ta' għajnuna (ĠU L 265, 5.9.2014, p. 18).

    (5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1337/2014 tas-16 ta' Diċembru 2014 li jemenda r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 947/2014 u (UE) Nru 948/2014 fir-rigward tal-aħħar jum għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-ħżin privat ta' butir u ta' trab tal-ħalib xkumat (ĠU L 360, 17.12.2014, p. 15).

    (6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/303 tal-25 ta' Frar 2015 li jemenda r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 947/2014 u (UE) Nru 948/2014 dwar l-aħħar jum għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-ħżin privat ta' butir u ta' trab tal-ħalib xkumat (ĠU L 55, 26.2.2015, p. 4).

    (7)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1548 tas-17 ta' Settembru 2015 li jemenda r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 947/2014 u (UE) Nru 948/2014 dwar l-aħħar jum għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-ħżin privat ta' butir u ta' trab tal-ħalib xkumat (ĠU L 242, 18.9.2015, p. 26).

    (8)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/224 tas-17 ta' Frar 2016 li jemenda r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 947/2014 u (UE) Nru 948/2014 dwar l-aħħar jum għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-ħżin privat ta' butir u ta' trab tal-ħalib xkumat (ĠU L 41, 18.2.2016, p. 8).


    Top