EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R1429

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1429 tas-26 ta' Awwissu 2016 li japprova s-sustanza attiva Bacillus amyloliquefaciens — ir-razza MBI 600 skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

C/2016/5411

ĠU L 232, 27.8.2016, p. 1–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/1429/oj

27.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 232/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1429

tas-26 ta' Awwissu 2016

li japprova s-sustanza attiva Bacillus amyloliquefaciens — ir-razza MBI 600 skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 13(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-28 ta' Ġunju 2013, Franza rċeviet applikazzjoni mingħand il-kumpanija BASF Agricultural Specialities Ltd għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva Bacillus amyloliquefaciens — ir-razza MBI 600 skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(2)

Skont l-Artikolu 9(3) ta' dak ir-Regolament, fl-4 ta' Settembru 2013 Franza, bħala l-Istat Membru relatur, għarrfet lill-applikant, lill-Istati Membri l-oħrajn, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Awtorità”) bl-ammissibbiltà tal-applikazzjoni.

(3)

Fil-5 ta' Jannar 2015, l-Istat Membru relatur ippreżenta abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni lill-Kummissjoni u bagħat kopja tiegħu lill-Awtorità, u fih ivvaluta jekk jistax jiġi mistenni li dik is-sustanza attiva tissodisfa l-kriterji għall-approvazzjoni stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jew le.

(4)

L-Awtorità kkonformat mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Skont l-Artikolu 12(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-applikant qed jintalab jibgħat iktar informazzjoni lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità. L-Istat Membru relatur bagħat il-valutazzjoni tiegħu tal-informazzjoni addizzjonali lill-Awtorità bħala abbozz aġġornat tar-rapport ta' valutazzjoni fil-21 ta' Settembru 2015.

(5)

Fl-4 ta' Diċembru 2015 l-Awtorità bagħtet lill-applikant, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni l-konklużjoni tagħha (2) dwar jekk jistax jiġi mistenni li s-sustanza attiva Bacillus amyloliquefaciens — ir-razza MBI 600 tissodisfa l-kriterji għall-approvazzjoni stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jew le. L-Awtorità qiegħdet il-konklużjoni tagħha għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

(6)

Fit-8 ta' Marzu 2016 il-Kummissjoni ressqet ir-rapport ta' reviżjoni għas-sustanza attiva Bacillus amyloliquefaciens — ir-razza MBI 600 lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, kif ukoll l-abbozz ta' dan ir-Regolament li jipprevedi l-approvazzjoni tas-sustanza attiva Bacillus amyloliquefaciens — ir-razza MBI 600.

(7)

L-applikant ingħata ċ-ċans jibgħat il-kummenti tiegħu dwar ir-rapport ta' reviżjoni.

(8)

Ġie stabbilit li l-kriterji għall-approvazzjoni stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati għal wieħed jew aktar mill-użijiet rappreżentattivi ta' mill-inqas prodott għall-protezzjoni tal-pjanti wieħed li fih is-sustanza attiva u b'mod partikulari għall-użijiet li ġew analizzati u spjegati fid-dettall fir-rapport ta' reviżjoni.

(9)

Għalhekk huwa xieraq li tiġi approvata s-sustanza attiva Bacillus amyloliquefaciens — ir-razza MBI 600.

(10)

Skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu, u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, jeħtieġ li jiġu inklużi ċerti kundizzjonijiet u restrizzjonijiet.

(11)

Skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (3) għandu jiġi emendat kif xieraq.

(12)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Approvazzjoni tas-sustanza attiva

Is-sustanza attiva Bacillus amyloliquefaciens — ir-razza MBI 600, kif speċifikata fl-Anness I, qed tiġi approvata bil-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Emendi fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 qed jiġi emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Awwissu 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  L-EFSA (l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel), l-2016. Il-konklużjoni dwar l-evalwazzjoni bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva Bacillus amyloliquefaciens — ir-razza MBI 600. The EFSA Journal tal-2016 bin-numru ta' referenza 14(1):4359, 37 paġna, doi:10.2903/j.efsa.2016.4359.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).


ANNESS I

Isem komuni, numri ta' identifikazzjoni

Isem IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

Bacillus amyloliquefaciens — ir-razza MBI 600.

Numru tal-adeżjoni fil-ġabra ta' batterji tal-kumpanija National Collection of Industrial, Marine and Food Bacteria Ltd (NCIMB) tal-Iskozja: NCIMB 12376

Numru tad-depożitu fil-ġabra ta' organiżmi tal-organizzazzjoni American Type Culture Collection (ATCC): SD-1414

Mhux applikabbli

Konċentrazzjoni minima:

5,0 × 1014 CFU/kg

Is-16 ta' Settembru 2016

Is-16 ta' Settembru 2026

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar is-sustanza attiva Bacillus amyloliquefaciens — ir-razza MBI 600, u b'mod partikulari l-Appendiċijiet I u II tiegħu.

F'din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom joqogħdu attenti b'mod partikulari għall-affarijiet li ġejjin:

(a)

l-ispeċifikazzjoni tal-materjal tekniku kif immanifatturat mil-lat kummerċjali, inkluża karatterizzazzjoni sħiħa tal-impuritajiet u tal-metaboliti;

(b)

il-ħarsien tal-operaturi u tal-ħaddiema, meta wieħed iqis li s-sustanza attiva Bacillus amyloliquefaciens — ir-razza MBI 600 għandha titqies bħala sensitizzatur potenzjali.

Meta jkun xieraq, il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri li jtaffu r-riskju.

Il-produttur għandu jiżgura li jinżammu strettament il-kundizzjonijiet ambjentali u li ssir analiżi tal-kontroll tal-kwalità matul il-proċess tal-manifattura.


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' reviżjoni.


ANNESS II

Fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 qed tiżdied l-entrata li ġejja:

 

Isem komuni, numri ta' identifikazzjoni

Isem IUPAC

Purità (*)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“101

Bacillus amyloliquefaciens — ir-razza MBI 600.

Numru tal-adeżjoni fil-ġabra ta' batterji tal-kumpanija National Collection of Industrial, Marine and Food Bacteria Ltd (NCIMB) tal-Iskozja: NCIMB 12376

Numru tad-depożitu fil-ġabra ta' organiżmi tal-organizzazzjoni American Type Culture Collection (ATCC): SD-1414

Mhux applikabbli

Konċentrazzjoni minima:

5,0 × 1014 CFU/kg

Is-16 ta' Settembru 2016

Is-16 ta' Settembru 2026

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar is-sustanza attiva Bacillus amyloliquefaciens — ir-razza MBI 600, u b'mod partikulari l-Appendiċijiet I u II tiegħu.

F'din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom joqogħdu attenti b'mod partikulari għall-affarijiet li ġejjin:

(b)

l-ispeċifikazzjoni tal-materjal tekniku kif immanifatturat mil-lat kummerċjali, inkluża karatterizzazzjoni sħiħa tal-impuritajiet u tal-metaboliti;

(b)

il-ħarsien tal-operaturi u tal-ħaddiema, meta wieħed iqis li s-sustanza attiva Bacillus amyloliquefaciens — ir-razza MBI 600 għandha titqies bħala sensitizzatur potenzjali.

Meta jkun xieraq, il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri li jtaffu r-riskju.

Il-produttur għandu jiżgura li jinżammu strettament il-kundizzjonijiet ambjentali u li ssir analiżi tal-kontroll tal-kwalità matul il-proċess tal-manifattura.”


(*)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' reviżjoni.


Top