This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016R1398
Commission Implementing Regulation (EU) 2016/1398 of 19 August 2016 amending Council Regulation (EC) No 1210/2003 concerning certain specific restrictions on economic and financial relations with Iraq
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1398 tad-19 ta' Awwissu 2016 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti ristrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1398 tad-19 ta' Awwissu 2016 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti ristrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq
C/2016/5464
ĠU L 227, 20.8.2016, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
20.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 227/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1398
tad-19 ta' Awwissu 2016
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti ristrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 tas-7 ta' Lulju 2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(b) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jelenka korpi pubbliċi, korporazzjonijiet u aġenziji u persuni fiżiċi u ġuridiċi, korpi u entitajiet tal-gvern ta' qabel tal-Iraq koperti bl-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi li kienu jinsabu barra mill-Iraq fid-data tat-22 ta' Mejju 2003 taħt dak ir-Regolament. |
(2) |
Fit-12 ta' Awwissu 2016, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi żewġ entitajiet mil-lista ta' persuni jew entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi, b'referenza għall-paragrafi 19 u 23 tar-Riżoluzzjoni 1483(2003) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti. |
(3) |
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 qed jiġi b'dan emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Awwissu 2016.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija
(1) ĠU L 169 8.7.2003, p. 6. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 131/2011 (ĠU L 41, 15.2.2011, p. 1).
ANNESS
Fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 l-annotazzjonijiet li ġejjin jitħassru:
(a) |
|
(b) |
|