Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R1387

    Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1387 tad-9 ta' Ġunju 2016 li jemenda l-Annessi I u III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005 wara Ftehim ta' Sħubija Volontarju mal-Indoneżja għal skema ta' liċenzjar FLEGT għall-importazzjonijiet ta' injam lejn l-Unjoni Ewropea

    C/2016/3438

    ĠU L 223, 18.8.2016, p. 1–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2016/1387/oj

    18.8.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 223/1


    REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1387

    tad-9 ta' Ġunju 2016

    li jemenda l-Annessi I u III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005 wara Ftehim ta' Sħubija Volontarju mal-Indoneżja għal skema ta' liċenzjar FLEGT għall-importazzjonijiet ta' injam lejn l-Unjoni Ewropea

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005 tal-20 ta' Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta' skema ta' liċenzjar FLEGT għall-importazzjoni ta' injam fil-Komunità Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(1) u (3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ftehim ta' Sħubija Volontarju (VPA) bejn l-Unjoni u r-Repubblika tal-Indoneżja (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”) ġie ratifikat mill-Partijiet u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2014.

    (2)

    L-Artikolu 14(5)(e) tal-Ftehim jipprevedi li l-Kumitat Konġunt ta' Implimentazzjoni (JIC) stabbilit permezz tal-istess Ftehim għandu jaqbel dwar id-data li minnha għandha tibda titħaddem l-iskema ta' liċenzjar FLEGT wara li ssir evalwazzjoni tal-funzjonament tas-Sistema Indoneżjana ta' Assigurazzjoni tal-Legalità tal-Injam (TLAS) abbażi tal-kriterji stabbiliti fl-Anness VIII ta' dak il-Ftehim.

    (3)

    Valutazzjoni konġunta indipendenti tat-TLAS Indoneżjana kkonkludiet li t-TLAS Indoneżjana hija sistema robusta u li s-sistema tissodisfa l-kriterji għall-valutazzjoni tal-operattività stabbiliti fl-Anness VIII tal-Ftehim.

    (4)

    Iż-żewġ Partijiet issa jinsabu f'pożizzjoni fejn jistgħu jieħdu deċiżjoni dwar id-data tal-bidu tal-iskema ta' liċenzjar FLEGT għall-Indoneżja.

    (5)

    Bil-għan li tinbeda l-iskema ta' liċenzjar FLEGT għall-Indoneżja, l-Annessi I u III tar-Regolament (KE) Nru 2173/2005 għandhom l-ewwel jiġu emendati sabiex ir-Repubblika tal-Indoneżja u l-Unità ta' Informazzjoni dwar il-Liċenzjar tagħha jiġu inklużi fil-lista tal-“Pajjiżi msieħba u l-awtoritajiet tal-liċenzji maħturin tagħhom” li tinsab fl-Anness I, u fil-lista tal-prodotti koperti mill-iskema ta' liċenzjar FLEGT fl-Anness III “Prodotti tal-injam li għalihom l-iskema ta' liċenzjar FLEGT tapplika biss b'rabta mal-pajjiżi msieħba korrispondenti”.

    (6)

    Ir-Regolament (KE) Nru 2173/2005 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2173/2005 huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 2173/2005 huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Jibda japplika mill-15 ta' Novembru 2016.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmula fi Brussell, id-9 ta' Ġunju 2016.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 347, 30.12.2005, p. 1.


    ANNESS

    Anness I u Anness III għar-Regolament (KE) Nru 2173/2005 huma emendati kif ġej:

    (1)

    Fl-Anness I, tiżdied it-tabella li ġejja:

    “Pajjiż sieħeb

    Awtoritajiet tal-liċenzji maħtura

    IR-REPUBBLIKA TAL-INDONEŻJA

    L-Unità ta' Informazzjoni dwar Liċenzji (LIU) (1)

    Il-Ministeru tal-Ambjent u l-Forestrija

    Gedung Manggala Wanabakti Blok I Lantai 2

    Jln. Gatot Subroto — Senayan

    Jakarta — Pusat — l-Indoneżja — 10270

    Telefon: +62 21 5730268/269

    Faks: +62 21 5737093

    Posta elettronika: subditivlk@gmail.com; marianalubis1962@gmail.com

    (2)

    Fl-Anness III, tiżdied it-tabella li ġejja:

    “Pajjiż sieħeb

    Intestatura tas-SA

    Deskrizzjoni

    IR-REPUBBLIKA TAL-INDONEŻJA

    KAPITOLU 44

     

    Ħatab, f'forma ta' zkuk, zkuk ħoxnin, friegħi, qatet ta' għesieleġ jew forom simili; injam f'laqx jew frak; serratura u skart u fdal ta' injam, kemm jekk magħqudin fi zkuk, briquettes, gerbub jew forom simili jew le.

    4401 21

    Injam f'laqx jew frak – – koniferu

    ex 4401 22

    Injam f'laqx jew frak – – mhux koniferu (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja)

    4403

    Injam għadu aħrax, kemm jekk bil-qoxra jew bl-ilbieba mneħħija jew le, jew magħmul kwadru raff. (L-esportazzjoni tagħhom hija pprojbita skont il-Liġi Indoneżjana. F'konformità mal-Artikolu 3(3) tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Indoneżja dwar l-infurzar tal-liġi, it-tmexxija u l-kummerċ fis-settur forestali tal-prodotti tal-injam lejn l-Unjoni Ewropea (minn hawn' il quddiem imsejjaħ “VPA UE-Indoneżja”) (2), il-prodotti li jaqgħu taħt dan il-kodiċi tas-SA ma jistax ikollhom liċenzja FLEGT u għalhekk ma jistgħux jiġu importati lejn l-Unjoni).

    ex 4404 10

    Injam magħmul minn laqx tal-injam (chipwood) u bħalu – koniferu

    ex 4404 20

    Injam magħmul minn laqx tal-injam (chipwood) u bħalu – mhux koniferu – – injam magħmul minn laqx tal-injam (chipwood)

    ex 4404

    Injam għaċ-ċrieki; arbli maqsumin; puntali, pali u bsaten tal-injam, bil-ponta iżda mhux isserrati mit-tul; bsaten tal-injam, mirqumin raff iżda mhux inturnati, milwijin jew maħdumin mod ieħor, tajbin għall-manifattura tal-bsaten tal-mixi, umbrelel, mankijiet tal-għodod jew bħalhom. (L-esportazzjoni tagħhom hija pprojbita skont il-Liġi Indoneżjana. F'konformità mal-Artikolu 3(3) tal-VPA UE-Indoneżja, il-prodotti li jaqgħu taħt dan il-kodiċi tas-SA ma jistax ikollhom liċenzja FLEGT u għalhekk ma jistgħux jiġu importati lejn l-Unjoni).

    4406

    Travi tal-injam mimdudin (sleepers, cross-ties) għal-linji tal-ferrovija jew tat-tramm. (L-esportazzjoni tagħhom hija pprojbita skont il-Liġi Indoneżjana. F'konformità mal-Artikolu 3(3) tal-VPA UE-Indoneżja, il-prodotti li jaqgħu taħt dan il-kodiċi tas-SA ma jistax ikollhom liċenzja FLEGT u għalhekk ma jistgħux jiġu importati lejn l-Unjoni).

    ex 4407

    Injam isserrat jew imlaqqax mit-tul, imfellel jew imqaxxar, inċanat, xkatlat jew imminċottat fit-truf, ta' ħxuna ta' iktar minn 6 mm.

    ex 4407

    Injam isserrat jew imlaqqax mit-tul, imfellel jew imqaxxar, mhux inċanat, mhux xkatlat jew mhux imminċottat fit-truf, ta' ħxuna ta' iktar minn 6 mm. (l-esportazzjoni hija pprojbita skont il-Liġi Indoneżjana. F'konformità mal-Artikolu 3(3) tal-VPA UE-Indoneżja, il-prodotti li jaqgħu taħt dan il-kodiċi tas-SA ma jistax ikollhom liċenzja FLEGT u għalhekk ma jistgħux jiġu importati lejn l-Unjoni).

     

    Folji għall-fuljetta (inklużi dawk magħmulin bit-tiflil ta' injam laminat), għat-triplaj jew għal injam simili laminat u injam ieħor, isserrat mit-tul, imfellel jew imqaxxar, inċanat, xkatlat, impalellat jew imminċottat fit-truf jew le, mhux eħxen minn 6 mm

    4408 10

    Koniferu

    4408 31

    Meranti Aħmar Skur, Meranti Aħmar Ċar u Meranti Bakau

    4408 39

    Oħrajn, minbarra dawk koniferi, Meranti Aħmar Skur, Meranti Aħmar Ċar u Meranti Bakau

    ex 4408 90

    Oħrajn, minbarra l-injam koniferu u tropikali speċifikat fin-Nota 2 tas-Subintestatura ta' dan il-kapitolu (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja)

     

    Injam (inklużi strixxi u freġji għal kisi ta' art bil-parkè, mhux immuntat) b'forma kontinwa (mudullun, gruvjat, irbattut, iċċanfrinat, ingastat-V, biż-żibeġ, iffurmat, ittundjat jew simili) tul kwalunkwe xifer, tarf jew wiċċ tiegħu, inċanat, xkatlat jew imminċottat fit-truf jew le.

    4409 10

    Koniferu

    ex 4409 29

    Mhux koniferu – ieħor (mhux tal-kannadindja)

     

    Bord tal-injam mill-frak, bord tat-tip oriented strand board (OSB) u bord simili (pereżempju, waferboard) tal-injam jew ta' materjali oħrajn għudin, magħqudin bir-reżini jew sustanzi organiċi oħrajn li jgħaqqdu jew le

    ex 4410 11

    Tal-injam – – Bord tal-injam mill-frak (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja)

    ex 4410 12

    Tal-injam – – Bord tat-tip oriented strand board (OSB) (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja)

    ex 4410 19

    Tal-injam – – Oħrajn (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja)

    ex 4411

    Bord tal-fibri tal-injam jew materjali oħrajn għudin, magħqudin bir-reżini jew b'sustanzi organiċi oħrajn jew le (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja)

     

    Plajwud, pannelli miksijin bil-fuljetta u injam laminat simili

    4412 31

    Plajwud ieħor, magħmul biss minn folji tal-injam (minbarra l-bambù), b'kull folja ma tabqiżx il-ħxuna ta' 6 mm: – – b'għallinqas saff wieħed ta' barra ta' injam tropikali speċifikat fin-Nota 2 tas-Subintestatura ta' dan il-Kapitolu

    4412 32

    Plajwud ieħor, magħmul biss minn folji tal-injam (minbarra l-bambù), b'kull folja ma tabqiżx il-ħxuna ta' 6 mm: – – Oħrajn, b'għallinqas saff wieħed ta' barra ta' injam mhux koniferu

    4412 39

    Plajwud ieħor, magħmul biss minn folji tal-injam (minbarra l-bambù), b'kull folja ma tabqiżx il-ħxuna ta' 6 mm: – – Oħrajn

    ex 4412 94

    Oħrajn: – – Blokkbord, laminbord u battenboard (mhux tal-kannadindja)

    ex 4412 99

    Oħrajn: – – Oħrajn: – – – Barecore (skart tal-injam inkullat ma' xulxin) (mhux tal-kannadindja) u – – – Oħrajn (mhux tal-kannadindja)

    ex 4413

    Injam densifikat, fi blokki, folji, strixxi jew forom profil (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja)

    ex 4414

    Gwarniċi tal-injam għall-pitturi, ritratti, mirja jew oġġetti simili (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja)

    ex 4415

    Kontenituri għall-imballaġġ, kaxxi, kannestri, tnabar u imballaġġ simili;tal-injam tnabar tal-injam għall-kejbils; palits, palits tal-kaxxi u twavel oħrajn tat-tagħbija, tal-injam; għenuq tal-palits tal-injam (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja)

    ex 4416

    Btieti (casks, barrels, vats), tnelli u prodotti oħrajn ta' buttar u partijiet tagħhom, tal-injam, inkluż l-injam imqawwes (staves) (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja)

    ex 4417

    Għodod, il-partijiet prinċipali tal-għodod, mankijiet tal-għodod, xkupi jew xkupilji u l-mankijiet tagħhom, tal-injam; forom tal-bwiez jew taż-żraben, tal-injam (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja)

    ex 4418

    Xogħol tal-mastrudaxxa u tal-karpentrija għall-bennejja, inklużi pannelli tal-injam ċellulari, pannelli mmuntati għall-paviment, xaħx u shakes (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja)

    ex 4419

    Oġġetti tal-mejda u tal-kċina, tal-injam (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja)

     

    Intarsjar fl-injam u injam ingastat; kaxxetti u kaxxi tal-ġojjellerija jew tal-pożati, u oġġetti simili, tal-injam.

    ex 4420 90

    Oħrajn – – Injam fil-forma ta' zkuk tas-siġar jew ta' zkuk tas-siġar fil-forma ta' kaxxi li jkun sarlu pproċessar sempliċi fis-superfiċje, bħal tinqix jew intaljat fin jew miżbugħ, li ma jkollu l-ebda valur miżjud sinifikanti u l-ebda bidla sinifikanti fil-forma (is-SA ex 4420909000 fl-Indoneżja) (L-esportazzjoni tagħhom hija pprojbita skont il-Liġi Indoneżjana. F'konformità mal-Artikolu 3(3) tal-VPA UE-Indoneżja, il-prodotti li jaqgħu taħt dan il-kodiċi tas-SA ma jistax ikollhom liċenzja FLEGT u għalhekk ma jistgħux jiġu importati lejn l-Unjoni).

     

    Oġġetti oħrajn tal-injam

    ex 4421 90

    Oħrajn – – Laqx għas-sulfarini (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja) u – – Oħrajn – – Blokok tal-injam għall-pavimentar (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja)

    ex 4421 90

    Oħrajn – – Oħrajn – – – Injam fil-forma ta' zkuk tas-siġar jew ta' zkuk tas-siġar f'forma kwadra li jkun sarlu pproċessar sempliċi fis-superfiċje, bħal tinqix jew intaljar jew tiżbigħ fin, li ma jkollu l-ebda valur miżjud sinifikanti u l-ebda bidla sinifikanti fil-forma (SA ex 4421909900 fl-Indoneżja) (L-esportazzjoni tagħhom hija pprojbita skont il-Liġi Indoneżjana. F'konformità mal-Artikolu 3(3) tal-VPA UE-Indoneżja, il-prodotti li jaqgħu taħt dan il-kodiċi tas-SA ma jistax ikollhom liċenzja FLEGT u għalhekk ma jistgħux jiġu importati lejn l-Unjoni).

    KAPITOLU 47

     

    Polpa tal-injam jew ta' materjal ieħor ċellulożiku fibruż; karta jew kartun (skart u fdalijiet) irkuprati:

    4701

    Polpa ta' injam mekkanika

    4702

    Polpa ta' injam kimika, gradi li jdubu

    4703

    Polpa ta' injam kimika, soda jew sulfat, ħlief gradi li jdubu.

    4704

    Polpa ta' injam kimika, sulfit, ħlief gradi li jdubu

    4705

    Polpa ta' injam miksuba b'taħlita ta' proċessi mekkaniċi u kimiċi ta' sfibratura

    KAPITOLU 48 (3)

    ex 4802

    Karta u kartun mhux miksijin, tat-tip użat għal kitba, stampar jew għanijiet grafiċi oħrajn, u kartun tal-ippanċjar u karta għat-tejp tal-ippanċjar mhux imtaqqbin, f'rombli jew folji rettangulari (inklużi kwadri), ta' kull qies, ħlief karta tal-intestatura 4801 jew 4803 ; karta jew kartun magħmulin bl-idejn (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat)

    ex 4803

    Stokk ta' karta iġjenika jew tal-wiċċ, stokk tax-xugamani jew srievet u karta simili tat-tip użat għal għanijiet domestiċi jew sanitarji, materjal artab taċ-ċelluloża u xbieki ta' fibri taċ-ċelluloża, imġegħdin jew le, imkemmxin, imqabbżin, imtaqqbin, bil-wiċċ miżbugħ, bil-wiċċ imżejjen jew stampat, f'rombli jew folji (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat)

    ex 4804

    Karta jew kartun kraft mhux miksi, f'rombli jew folji, ħlief dawk tal-intestatura 4802 jew 4803 (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat)

    ex 4805

    Karta jew kartun oħrajn mhux miksijin, f'rombli jew folji, mhux maħdumin jew ipproċessati aktar minn kif speċifikat fin-Nota 3 għal dan il-Kapitolu (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat)

    ex 4806

    Parċmina veġetali, kartistrazzi, karti oljati, u glassine u karti oħrajn trasparenti jew trasluċenti, f'rombli jew folji (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat)

    ex 4807

    Karta u kartun magħmula minn kompożizzjoni (magħmulin billi jitwaħħlu saffi ċatti ta' karta jew kartun flimkien b'kolla), mhux bil-wiċċ miksi jew imxappin, kemm jekk mirfudin minn ġewwa jew le, f'rombli jew folji (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat)

    ex 4808

    Karta u kartun, immewġin (b'folji ċatti nkullati fil-wiċċ jew mingħajrhom), imġegħdin, imkemmxin, imqabbżin jew imtaqqbin, f'rombli jew folji, ħlief karta tat-tip deskritt fl-intestatura 4803 (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat)

    ex 4809

    Karta saħħara, karta li tikkopja minnha nnfisha u karti oħrajn għall-ikkupjar jew it-trasferiment (inkluża karta miksija jew imxappa għal stensils tad-duplikatur jew pjanċi tal-offset), stampati jew le, f'rombli jew folji (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat)

    ex 4810

    Karta u kartun, miksijin min-naħa waħda jew miż-żewġ naħat b'kawlina (tafal taċ-Ċina) jew sustanzi oħrajn inorganiċi, b'materjal li jgħaqqad jew le, u mingħajr ebda kisi ieħor, bil-wiċċ miżbugħ, bil-wiċċ imżejjen jew stampat jew le, f'rombli jew folji rettangulari (inklużi kwadri), ta' kull qies (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat)

    ex 4811

    Karta, kartun, materjal artab taċ-ċelluloża u xbieki ta' fibri taċ-ċelluloża, miksijin, imxappin, mgħottijin, bil-wiċċ miżbugħ, bil-wiċċ imżejjen jew stampat, f'rombli jew folji rettangulari (inklużi kwadri), ta' kull qies, ħlief oġġetti tat-tip deskritt fl-intestaturi 4803 , 4809 jew 4810 (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat)

    ex 4812

    Blokki, ċangaturi u pjanċi tal-filtru, ta' polpa tal-karta (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat)

    ex 4813

    Karta tas-sigaretti, maqtugħa għal qies jew le jew f'forma ta' libretti jew tubi (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat)

    ex 4814

    Karta tal-ħajt u kisi simili tal-ħajt; trasparenzi tal-karta għal twieqi (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat)

    ex 4816

    Karta saħħara, karta li tikkopja minnha nnfisha u karti oħrajn għall-ikkupjar jew it-trasferiment (ħlief dawk tal-intestatura 4809 ), stensils tad-duplikatur u pjanċi tal-offset, tal-karta, ippreżentati fil-kaxxi jew le (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat)

    ex 4817

    Envelops, kartolini tal-ittri, kartolini sempliċi u kartolini għall-korrispondenza, tal-karta jew kartun; kaxxi, boroż, kartieri u kompendji tal-kitba, tal-karta jew tal-kartun, li fihom taħlita ta' kartolerija tal-karti (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat)

    ex 4818

    Karta iġjenika u karta simili, materjal artab taċ-ċelluloża jew xbieki ta' fibri taċ-ċelluloża, tat-tip użat għal għanijiet domestiċi jew sanitarji, f'rombli mhux usa' minn 36 cm, jew maqtugħin għal qies jew għamla; imkatar, tixjus għat-tindif, xugamani, tvalji, srievet, srievet għat-trabi, tampons, lożor u oġġetti simili domestiċi, sanitarji jew tal-isptar, oġġetti ta' lbies u aċċessorji tal-ħwejjeġ, ta' polpa tal-karta, tal-karta, ta' materjal artab taċ-ċelluloża jew xbieki ta' fibri taċ-ċelluloża (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat)

    ex 4821

    Tikketti tal-karta jew tal-kartun ta' kull tip, stampati jew le (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat)

    ex 4822

    Ċombini, irkiekel, kobob u rfid simili, tal-polpa tal-karta, karta jew kartun kemm jekk imtaqqbin jew imwebbsin (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat)

    ex 4823

    Karta oħra, kartun, materjal artab taċ-ċelluloża u xbieki ta' fibri taċ-ċelluloża, maqtugħin għal qies jew għamla; oġġetti oħrajn ta' polpa tal-karta, karta, kartun, materjal artab taċ-ċelluloża jew xbieki ta' fibri taċ-ċelluloża (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat)

    KAPITOLU 94

     

    Sits (ħlief dawk tal-intestatura 9402 ), kemm jekk jinbidlu f'sodod jew le, u partijiet tagħhom

    9401 61

    Sits oħrajn, bl-oqsfa tal-injam: – – Miksijin bit-tapizzerija

    9401 69

    Sits oħrajn, bl-oqsfa tal-injam: – – Oħrajn

     

    Għamara oħra u partijiet tagħha

    9403 30

    Għamara tal-għuda tat-tip użat f'uffiċċji

    9403 40

    Għamara tal-għuda tat-tip użat fil-kċina

    9403 50

    Għamara tal-għuda tat-tip użat fil-kamra tas-sodda

    9403 60

    Għamara oħra tal-injam

    ex 9403 90

    Partijiet: – – Oħrajn (il-kodiċi tas-SA 9403 90 90 fl-Indoneżja)

     

    Bini prefabbrikat

    ex 9406 00

    Bini ieħor prefabbrikat: – – Tal-injam (il-kodiċi tas-SA 9403 90 90 fl-Indoneżja)

    KAPITOLU 97

     

    Inċiżjonijiet, stampi u litografi oriġinali.

    ex 9702 00

    Injam fil-forma ta' zkuk tas-siġar jew ta' zkuk tas-siġar fil-forma ta' kaxxi li jkun sarilhom ipproċessar sempliċi fis-superfiċje, bħal tinqix jew intaljat fin jew miżbugħ, li ma jkollu l-ebda valur miżjud sinifikanti u ma jwassal għall-ebda bidla sinifikanti fil-forma (SA ex 9702000000 fl-Indoneżja) (L-esportazzjoni tagħhom hija pprojbita skont il-Liġi Indoneżjana. F'konformità mal-Artikolu 3(3) tal-VPA UE-Indoneżja, il-prodotti li jaqgħu taħt dan il-kodiċi tas-SA ma jistax ikollhom liċenzja FLEGT u għalhekk ma jistgħux jiġu importati lejn l-Unjoni).


    (1)  Skont l-Artikolu 4(4) tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarju (VPA), l-Indoneżja stabbiliet Unità ta' Informazzjoni dwar Liċenzji (LIU) biex isservi bħala punt ta' kuntatt għall-komunikazzjonijiet bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-UE u l-Awtoritajiet tal-Liċenzji Indoneżjani. Il-LIU hija unità ta' ġestjoni tal-informazzjoni li tivvalida l-informazzjoni relatata mal-ħruġ ta' Dokument V-Legali/liċenzja FLEGT. Il-LIU hija responsabbli wkoll għall-iskambju ġenerali tal-informazzjoni dwar it-TLAS, u tirċievi u taħżen id-dejta u l-informazzjoni rilevanti dwar il-ħruġ ta' ċertifikati ta' legalità u ta' liċenzji FLEGT. Barra minn hekk, twieġeb ukoll il-mistoqsijiet mibgħuta mill-awtoritajiet kompetenti tal-isħab kummerċjali u tal-partijiet ikkonċernati. Uħud mill-korpi ta' verifika, li huma korpi tal-valutazzjoni tal-konformità akkreditati mill-Korp Nazzjonali ta' Akkreditazzjoni Indoneżjan (KAN), huma awtorizzati u ssorveljati mill-Ministeru Indoneżjan tal-Forestrija u l-Ambjent biex jaġixxu bħala awtoritajiet tal-liċenzji. Il-lista aġġornata tal-awtoritajiet tal-liċenzji hija disponibbli permezz tal-LIU kif ukoll fuq il-link: http://silk.dephut.go.id/index.php/info/lvlk.”

    (2)  ĠU L 150, 20.5.2014, p. 252.

    (3)  Il-prodotti tal-karta li joriġinaw minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat ikollhom magħhom ittra formali mill-Ministeru Indoneżjan tal-Industrija li tivvalida l-użu tal-materjali li mhumiex tal-injam jew li huma rriċiklati. Prodotti bħal dawn ma jingħatawx liċenzja FLEGT.”


    Top