Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R1322

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1322 tal-1 ta' Awwissu 2016 li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Κολοκάσι Σωτήρας / Κολοκάσι-Πούλλες Σωτήρας (Kolokasi Sotiras/Kolokasi-Poulles Sotiras) (DOP)]

    C/2016/5094

    ĠU L 209, 3.8.2016, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/1322/oj

    3.8.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 209/7


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1322

    tal-1 ta' Awwissu 2016

    li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Κολοκάσι Σωτήρας / Κολοκάσι-Πούλλες Σωτήρας (Kolokasi Sotiras/Kolokasi-Poulles Sotiras) (DOP)]

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-applikazzjoni ta' Ċipru għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Κολοκάσι Σωτήρας”/“Κολοκάσι-Πούλλες Σωτήρας” (Kolokasi Sotiras/Kolokasi-Poulles Sotiras) ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2) skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

    (2)

    Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Κολοκάσι Σωτήρας”/“Κολοκάσι-Πούλλες Σωτήρας” (Kolokasi Sotiras/Kolokasi-Poulles Sotiras) għandha tiġi rreġistrata,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Id-denominazzjoni “Κολοκάσι Σωτήρας”/“Κολοκάσι-Πούλλες Σωτήρας” (Kolokasi Sotiras/Kolokasi-Poulles Sotiras) (DOP) hija rreġistrata.

    Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati tal-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Awwissu 2016.

    Għall-Kummissjoni

    F'isem il-President,

    Věra JOUROVÁ

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

    (2)  ĠU C 105, 19.3.2016, p. 12.

    (3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


    Top