Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R1239

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1239 tat-18 ta' Mejju 2016 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni u ta' esportazzjoni (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2016/2817

    ĠU L 206, 30.7.2016, p. 44–70 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 20/09/2021

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/1239/oj

    30.7.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 206/44


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1239

    tat-18 ta' Mejju 2016

    li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni u ta' esportazzjoni

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 178 u l-Artikolu 223(3) (a), (b) u (c) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (2) u jistabbilixxi regoli dwar il-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli. Jagħti wkoll is-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati u ta' implimentazzjoni f'dak ir-rigward. Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni fil-qafas legali l-ġdid, ċerti regoli jridu jiġu adottati permezz ta' atti bħal dawn. Peress li l-għan ta' dawn l-atti huwa li jissimplifikaw u jadattaw id-dispożizzjonijiet applikabbli għas-sistema tal-liċenzji ta' importazzjoni u esportazzjoni għall-qafas legali l-ġdid stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1237 (3) li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 (4), (KE) Nru 1342/2003 (5), (KE) Nru 2336/2003 (6), (KE) Nru 951/2006 (7), (KE) Nru 341/2007 (8) u (KE) Nru 382/2008 (9) u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2390/98 (10), (KE) Nru 1345/2005 (11), (KE) Nru 376/2008 (12) u (KE) Nru 507/2008 (13).

    (2)

    Għall-għanijiet ta' amministrazzjoni soda u uniformi tas-sistema ta' liċenzjar huwa xieraq li jiġu stabbiliti d-dispożizzjonijiet komuni fir-rigward tal-applikazzjoni għal-liċenzji u l-ħruġ tagħhom.

    (3)

    Sabiex applikant għal liċenzja u detentur titulari ta' liċenzja jiġu identifikati mingħajr ambigwità, in-numru tar-Reġistrazzjoni u tal-Identifikazzjoni tal-Operaturi Ekonomiċi (Economic Operators Registration and Identification (EORI)) għandu jintuża għal dan l-iskop.

    (4)

    Huwa meħtieġ li jiġi stabbilit il-livell xieraq tal-garanzija għal-liċenzji li għandhom jinħarġu, sabiex jiġi garantit li l-prodotti jiġu impurtati jew esportati matul il-perjodu ta' validità tal-liċenzja.

    (5)

    Għandu jkun possibbli li jinħarġu estratti ta' liċenzji li jkollhom l-istess effett bħal-liċenzji li minnhom ikunu ġew estratti, sabiex ikunu jistgħu jitwettqu diversi operazzjonijiet fl-istess ħin taħt liċenzja waħda.

    (6)

    Huwa neċessarju li jiġu stabbiliti l-perjodi ta' validità tal-liċenzji ta' importazzjoni u ta' esportazzjoni. Din il-validità tista' tvarja għal prodotti speċifiċi u għandha tiġi ffissata sabiex tiddefinixxi meta l-obbligu għall-esportazzjoni u għall-importazzjoni għandu jiġi ssodisfat.

    (7)

    Fid-dawl tal-prattika tal-kummerċ internazzjonali fir-rigward tal-prodotti agrikoli kkonċernati, il-livell ta' tolleranzi għandu jiġi definit fir-rigward tal-kwantità tal-prodotti importati jew esportati meta mqabbla mal-kwantità indikata fuq il-liċenzja.

    (8)

    Il-liċenzja ta' importazzjoni u ta' esportazzjoni tikkostitwixxi dritt u tagħti lok għall-obbligu għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera jew għall-esportazzjoni. Jeħtieġ li jiġi definit meta l-impriża għall-esportazzjoni jew għall-importazzjoni hija ssodisfata u kif jingħata prova ta' dan.

    (9)

    Huwa xieraq li jiġu stabbiliti d-dispożizzjonijiet dwar il-proċedura li għandha tiġi segwita meta tinqered jew tintilef liċenzja.

    (10)

    Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv f'dawk il-każijiet fejn l-ammont ta' garanzija meħtieġa għal liċenzja huwa relattivament żgħir, għandu jiġi ffissat livell limitu li taħtu ma tkun meħtieġa l-ebda garanzija.

    (11)

    Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv huwa xieraq li jiġu stabbiliti l-kwantitajiet massimi għall-prodotti speċifiċi li għalihom mhijiex meħtieġa liċenzja.

    (12)

    Għandha tittieħed azzjoni f'każijiet fejn l-obbligu għall-importazzjoni jew għall-esportazzjoni ma jkunx ġie ssodisfat, speċjalment f'każijiet ta' force majeure rikonoxxuta. F'każijiet bħal dawn dak l-obbligu jista' jiġi kkunsidrat ikkanċellat jew il-perjodu ta' validità tal-liċenzja jista' jiġi estiż.

    (13)

    Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti xi rekwiżiti ta' notifika addizzjonali għal-liċenzji ta' importazzjoni għall-qanneb, għat-tewm u għall-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola sabiex jitqiesu l-ispeċifiċitajiet ta' dawk is-setturi.

    (14)

    Meta titqies il-ħtieġa ta' transizzjoni bla xkiel mir-regoli attwali għal dawk li qed jiġu introdotti b'dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati xi dispożizzjonijiet ta' tranżizzjoni.

    (15)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet ta' “dikjarant” kif stabbilita fl-Artikolu 5(15), u ta' “ġestjoni tar-riskju” kif stabbilita fl-Artikolu 5(25) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14); u ta' “Esportatur” kif stabbilita fl-Artikolu 1(19) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 (15). Barra minn hekk, id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237 għandhom japplikaw.

    Artikolu 2

    Applikazzjoni għal, u ħruġ ta', liċenzji

    1.   L-applikazzjoni għal-liċenzji u l-ħruġ tagħhom għandhom isiru permezz ta' applikazzjoni tat-Teknoliġija tal-Informatika (“applikazzjonijiet tal-IT”) b'rispett għall-istandards ta' integrità u ta' kwalità kif stabblit fit-Taqsima 3B tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 (16).

    Fejn applikazzjonijiet tal-IT bħal dawn mhumiex disponibbli jew effettivi, u bħala alternattiva għan-nuqqas tal-applikazzjonijiet tal-IT, l-applikazzjonijiet għal-liċenzji u l-ħruġ tagħhom jistgħu jsiru, bl-użu tal-mudell stampat kif stabbilit fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, u filwaqt li jitqiesu l-istruzzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness.

    2.   L-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti biex jirċievu l-applikazzjoni u biex joħorġu l-liċenzja għandhom jiġu ppublikati fuq is-sit web uffiċjali ta' dawk l-awtoritajiet jew fuq is-sit web uffiċjali li għandu x'jaqsam mal-kummerċ agrikolu ta' kull Stat Membru.

    3.   L-applikazzjonijiet u l-liċenzji għandhom jimtlew u jinħarġu f'format ittajpjat f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni, kif speċifikat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru emittenti.

    4.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu, fejn meħtieġ, jitolbu li t-testi mhux armonizzati fl-applikazzjonijiet għal-liċenzji u d-dokumenti li jakkumpanjawhom jiġu tradotti bi spejjeż għall-applikant fil-lingwa uffiċjali jew f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru kkonċernat.

    5.   L-applikazzjoni għal-liċenzja għandha timtela b'mod konformi mal-għan tal-liċenzja u kif stabbilit fl-avviż dwar il-liċenzji ta' importazzjoni u ta' esportazzjoni għall-prodotti agrikoli (17).

    6.   L-awtortità li toħroġ il-liċenzja m'għandhiex taċċetta applikazzjonijiet li mhumiex konformi mar-regoli tal-Unjoni rilevanti. Hi għandha toħroġ il-liċenzja mingħajr dewmien, bl-użu tal-informazzjoni aċċettata kif tkun imtliet mill-applikant, u timla l-informazzjoni kif inhu stabbilit fl-avviż dwar il-liċenzji ta' importazzjoni u ta' esportazzjoni għall-prodotti agrikoli. Fuq il-kopji stampati l-awtoritajiet li joħorġu l-liċenzja għandhom jivvalidaw il-ħruġ tagħhom b'firma u permezz ta' timbru, jew bi stampar b'tipi mqabbża. Il-kopji elettroniċi għandhom jiġu vvalidati skont l-istandards li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1.

    Artikolu 3

    Skadenzi

    1.   Permezz ta' deroga mill-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1182/71 (18) il-jum li fih tintbagħat applikazzjoni għal-liċenzja għandu jitqies li huwa l-jum ta' xogħol li fih l-awtorità li toħroġ il-liċenzji tirċeviha, bil-kondizzjoni li din tkun waslet mhux iktar tard mis-13.00 ħin ta' Brussell.

    Applikazzjoni li tasal wara s-13.00 ħin ta' Brussell f'jum ta' xogħol għandha titqies li tkun intbagħtet fl-ewwel jum ta' ħidma ta' wara l-jum li fih tkun attwalment waslet.

    2.   Talba għall-kanċellazzjoni ta' applikazzjoni għal-liċenzja tista' ssir biss f'forma elettronika jew bil-miktub, li għandha tasal għand l-awtorità li toħorġ il-liċenzja sas- 13.00 ħin ta' Brussell fil-jum li fih tasal l-applikazzjoni.

    3.   Fejn jiġi stabbilit f'dan ir-Regolament perjodu għall-proċeduri, u d-data tal-ftuħ u tal-għeluq tkun is-Sibt, il-Ħadd, jew festa pubblika kif definit fir-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71:

    (a)

    id-data tal-ftuħ applikabbli għandha tkun il-jum ta' xogħol ta' wara u għandha tibda f'00.00, filwaqt li jitqiesu l-ħinijiet tal-ftuħ tal-uffiċċju uffiċjali;

    (b)

    permezz ta' deroga mill-Artikolu 3(2)(b) u 4 ta' dak ir-Regolament, id-data tal-għeluq applikabbli għandha tkun il-jum ta' xogħol ta' wara u għandha tintemm fis-13.00 ħin ta' Brussell.

    L-ewwel subparagrafu għandu japplika għall-festi nazzjonali u reġjonali ppubblikati kif xieraq mill-Istat Membru, skont il-każ

    Artikolu 4

    In-numru tar-Reġistrazzjoni u tal-Identifikazzjoni tal-Operaturi Ekonomiċi

    1.   In-numru tar-Reġistrazzjoni u tal-Identifikazzjoni tal-Operaturi Ekonomiċi (“numru EORI”) assenjat lill-applikant, lid-detentur titulari jew liċ-ċessjonarju skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għandu jiġi inserit fit-taqsima 4 jew, fejn applikabbli, fit-taqsima 6 tal-applikazzjoni u tal-liċenzja.

    L-applikanti jew l-awtoritajiet li joħorġu l-liċenzja jistgħu, fuq il-bażi tal-istruzzjonijiet nazzjonali, jindikaw in-numru EORI tal-applikant, tad-detentur titulari jew taċ-ċessjonarju fit-taqsima 20, sakemm l-isem jew in-numru ta' identità fit-taqsima 4 jew 6 jkunu relatati man-numru EORI fit-taqsima 20.

    2.   Fejn il-prodotti huma ddikjarati għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera jew għal esportazzjoni minn rappreżentant doganali kif imsemmi fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, in-numru EORI tad-detentur titulari jew taċ-ċessjonarji għandu jiġi indikat fl-element tad-data xieraq tad-dikjarazzjonai doganali elettronika.

    Artikolu 5

    L-ammont tal-garanzija

    1.   Fejn hija meħtieġa garanzija skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237, l-ammont tal-garanzija għandu jkun kif stabbilit fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

    2.   Fejn l-ammonti li jirriżultaw mill-konverżjoni tal-ewro f'somom fil-munita nazzjonali li għandhom jinkitbu fil-liċenzji jkun fihom pożizzjonijiet deċimali, l-ammont ta' garanzija għandu jiġi aġġustat għall-ewwel ammont iktar baxx fil-munita nazzjonali kollha.

    Artikolu 6

    Estratti

    1.   Fejn il-kwantità indikata fuq liċenzja għandha tiġi suddiviża minħabba raġunijiet proċedurali jew loġistiċi, jew jekk id-detentur titulari jew iċ-ċessjonarju jeħtieġu li jużaw liċenzja maħruġa f'format elettroniku fi Stat Membru wieħed, fi Stat Membru ieħor mhux relatat mal-applikazzjonijiet tal-IT tal-Istat Membru li joħroġhom, l-awtorità li toħroġ il-liċenzji tista', fuq talba tad-detentur titulari jew taċ-ċessjonarju, toħroġ estratti mil-liċenzji (“estratti”).

    2.   L-estratti għandu jkollhom l-istess effetti legali bħal-liċenzji li minnhom huma estratti, fi ħdan il-limiti tal-kwantità li għalihom ikunu nħarġu dawn l-estratti.

    3.   Il-proċeduri għall-applikazzjoni għal-liċenzji u l-ħruġ u r-ritorn tagħhom għandhom ukoll japplikaw għall-estratti. L-awtorità li toħroġ il-liċenzji tista' tipprovdi għal proċeduri ta' applikazzjoni ssimplifikati.

    4.   L-awtorità li toħroġ il-liċenzji għandha tnaqqas il-kwantità indikata fl-estratt mill-kwantità tal-liċenzja oriġinali, fejn applikabbli miżjuda bit-tolleranza, u l-kelma “estratt” għandha titniżżel fuq il-liċenzja oriġinali ħdejn dik il-kwantità mnaqqsa.

    5.   L-estratti għandhom jinħarġu mingħajr dewmien u mingħajr l-ebda spiża addizzjonali, jew f'format elettroniku, jew f'format stampat bl-użu tal-mudell stabbilit fl-Anness I.

    6.   Ma jistax isir estratt ieħor minn estratt.

    7.   Id-detentur titulari għandu jirritorna l-kopja tal-estratt tad-detentur li tkun intużat jew li tkun skadiet lill-awtorità li toħroġ il-liċenzji, flimkien mal-kopja tal-liċenzja oriġinali tad-detentur titulari.

    Artikolu 7

    Il-perjodu ta' validità

    1.   Għall-prodotti elenkati fl-Anness II, il-perjodu ta' validità tal-liċenzji għandu jkun kif stabbilit f'dan l-Anness.

    2.   Liċenzja għandha tkun valida mill-jum tal-ħruġ attwali tagħha kif indikat fit-taqsima 25 tal-liċenzja ta' importazzjoni jew fit-taqsima 23 tal-liċenzja ta' esportazzjoni kif ivvalidat mill-kodiċi jew mit-timbru tal-awtorità li toħroġ il-liċenzji. Dak il-jum għandu jiġi inkluż fil-kalkolu tal-perjodu ta' validità tal-liċenzja.

    Jekk skont leġiżlazzjoni speċifika tapplika data oħra ta' bidu tal-perjodu ta' validità, l-awtorità li toħroġ il-liċenzji għandha tindika b'mod addizzjonali dik id-data preċeduta bil-kliem “valida minn” fil-kaxxi tal-liċenzji msemmijin fl-ewwel subparagrafu.

    Artikolu 8

    Tolleranza u arrotondament

    1.   It-tolleranza pożittiva jew negattiva msemmija fl-Artikolu 5(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237 m'għandhiex tkun iżjed minn 5 %.

    2.   Meta jiġu kkalkolati l-kwantitajiet, għandhom japplikaw ir-regoli ta' arrotondament li ġejjin:

    (a)

    fejn l-ewwel deċimal huwa ħamsa jew iżjed, il-kwantità għandha tkun arrotondata għall-ewwel unità ogħla tal-kejl imsemmija fit-taqsima 17 tal-liċenzja. Fejn l-ewwel deċimal huwa inqas minn ħamsa, il-kwantità deċimali għandha titħassar;

    (b)

    għall-kwantitajiet ibbażati għal kull ras, il-kwantitajiet għandhom ikunu arrotondati lejn in-numru sħiħ akbar li jmiss tar-ras.

    Artikolu 9

    Dikjarazzjoni doganali

    1.   Id-dikjarazzjoni doganali għandha tirreferi għal-liċenzja jew għall-estratt bl-użu ta' kodiċi speċifiku jew tan-numru tal-ħruġ tal-liċenzja indikat fit-taqsima 25 tal-liċenzja ta' importazzjoni jew fit-taqsima 23 tal-liċenzja ta' esportazzjoni, kif stabbilit fit-Titolu II tal-Anness B għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (19), jew, fejn huwa applikabbli, skont l-Anness I, punt 4, fit-taqsima 2.

    2.   L-applikazzjonijiet tal-IT tal-awtorità li toħroġ il-liċenzji jistgħu jipprovdu aċċess dirett għall-uffiċċju doganali għal-liċenzja elettronika jew għall-estratt elettroniku. Jekk l-aċċess dirett ma jkunx disponibbli, id-dikjarant jew l-awtorità li toħroġ il-liċenzji għandhom jibagħtu l-liċenzja jew l-estratt lill-uffiċċju dognali f'format elettroniku.

    Jekk l-applikazzjonijiet tal-IT tal-awtorità li toħroġ il-liċenzji jew tal-uffiċċju doganali mhumiex adatti għall-applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu, il-liċenzji jew l-estratti jistgħu jintbagħtu f'format stampat.

    3.   Id-dikjarant għandu jissottometti l-kopja tal-liċenzja stampata jew tal-estratt tad-detentur titulari lill-uffiċċju doganali, jew għandu jżommha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet doganali skont l-Artikolu 163 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.

    Artikolu 10

    Attribuzzjoni u approvazzjonijiet

    1.   Ir-regoli dwar il-proċedura għall-ħruġ tal-liċenzji elettroniċi għandhom jinnominaw lill-awtorità li għandha tindika l-kwantità maħruġa għaċ-ċirkolazzjoni libera jew esportata fuq il-liċenzja, u għandhom jispeċifikaw kif id-dikjarant u l-awtorità li toħroġ il-liċenzji jiksbu aċċess għal dik l-informazzjoni.

    2.   Fuq il-liċenzja stampata, l-uffiċċju doganali għandu jindika u jivvalida l-kwantità maħruġa għaċ-ċirkolazzjonli libera jew esportata, jew jekk ipprovduta mir-regoli amministrattivi nazzjonali, jivvalida l-kwantità indikata mid-dikjarant, fit-taqsimiet 29 u 30 tal-kopja tad-detentur titulari, japprovaha, u jirritorna dik il-kopja lid-dikjarant, jew, jekk leġiżlazzjoni speċifika titlob dan, jirritorna dik il-kopja lill-awtorità li toħroġ il-liċenzji.

    3.   Fejn il-kwantità maħruġa għaċ-ċirkolazzjoni libera jew esportata ma tikkorrispondix għall-kwantità indikata fuq il-liċenzja, id-dwana għandha tikkoreġi l-entrata fuq il-liċenzja billi tindika l-kwantità attwali fi ħdan il-limiti tal-kwantità disponibbli fuq il-liċenzja.

    4.   Jekk l-ispazju biex isiru l-attribuzzjonijiet fuq il-liċenzji stampati jew fuq l-estratti mhuwiex biżżejjed, l-awtoritajiet jistgħu jehmżu l-paġni ta' estensjoni, ivvalidati permezz tat-timbru tal-estensjoni.

    5.   Id-data ta' attribuzzjoni għandha tkun id-data ta' aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera jew għall-esportazzjoni.

    6.   L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu fuq liema awtorità twettaq il-funzjonijiet imsemmija f'dan l-Artikolu għal-liċenzji elettroniċi, u għandhom jippubblikaw dik l-informazzjoni fuq is-sit web pubbliku tagħhom.

    Artikolu 11

    Trasferiment

    Fil-każ ta' talba għal trasferiment minn detentur titulari, id-data taċ-ċessjonarju u d-data tal-entrata rilevanti għandhom jiddaħħlu fil-liċenzja skont l-avviż għal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli. It-trasferiment għandu jiġi vvalidat mill-awtorità li toħroġ il-liċenzji.

    Fil-każ ta' trasferiment lura għad-detentur titulari, l-awtorità li toħroġ il-liċenzji għandha tivvalida t-trasferiment lura u d-data tiegħu fuq il-liċenzja skont l-avviż dwar il-liċenzji tal-importazzjoni u ta' esportazzjoni għall-prodotti agrikoli.

    It-trasferiment jew it-trasferiment lura għandhom jidħlu fis-seħħ mid-data tal-validazzjoni mill-awtorità li toħroġ il-liċenzji.

    Artikolu 12

    Depożitu

    1.   L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw li l-liċenzja tinżamm f'depożitu għand l-awtorità li toħroġ il-liċenzji, għand l-aġenzija tal-pagamenti jew għand id-dwana, jew li tibqa' dipsonibbli fl-applikazzjonijiet tal-IT.

    2.   L-awtorità li toħroġ il-liċenzji għandha tiddetermina l-każijiet li fihom id-depożitar ta' liċenzja għand l-awtoritajiet involuti fil-proċedura għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera jew għall-esportazzjoni għandu japplika, u l-kondizzjonijiet li jridu jiġu ssodisfati mid-detentur titulari jew miċ-ċessjonarju.

    3.   L-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtorità involuta fis-sistema ta' depożitu li għandha twettaq il-funzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 10, u għandhom jippubblikaw dik l-informazzjoni fuq is-sit web pubblika tagħhom.

    4.   F'kaxxa 44 tad-dikjarazzjoni doganali stampata jew fl-element tad-data xieraq tad-dikjarazzjoni dogonali elettronika, id-dikjarant għandu jżid il-kliem “f'depożitu” man-numru ta' ħruġ tal-liċenzja. Għal-liċenzji elettroniċi, l-Istati Membri jistgħu jirrinunzjaw għal dan l-obbligu jew japplikaw kodiċi speċjali għal dan l-iskop.

    Artikolu 13

    Integrità u kontroll tal-liċenzja, assistenza reċiproka

    1.   L-entrati magħmula fuq il-liċenzji jew fuq l-estratti ma jistgħux jinbidlu wara l-ħruġ tagħhom.

    2.   Fejn awtorità doganali kompetenti jkollha dubju dwar il-preċiżjoni tal-entrati fuq il-liċenzji jew fuq l-estratt, din għandha tirritorna l-liċenzja jew l-estratt lill-awtorità li toħroġ il-liċenzji. Fejn awtorità li toħroġ il-liċenzji jkollha dubju dwar il-preċiżjoni tal-entrati fuq il-liċenzji jew fuq l-estratt, din għandha tirritorna l-liċenzja jew l-estratt lill-awtorità doganali kompetenti.

    L-ewwel subparagrafu m'għandux japplika fejn ikunu kkonċernati żbalji minuri jew evidenti li l-awtorità li toħroġ il-liċenzji jew l-awtorità doganali kompetenti tkun tista' tirrimedja billi tapplika l-leġiżlazzjoni b'mod korrett.

    3.   Jekk l-awtorità li toħroġ il-liċenzji tqis li hija meħtieġa korrezzjoni, din għandha tirtira l-liċenzja jew l-estratt u għandha toħroġ liċenzja jew estratt ikkoreġuti kif suppost bla telf ta' żmien.

    4.   Għal-liċenzji jew għall-estratti elettronċi, l-awtorità li toħroġ il-liċenzji għandha tivvalida l-verżjoni korretta, li għandha tieħu post il-verżjoni oriġinali. Fuq il-liċenzji jew fuq l-estratti, l-awtorità li toħroġ il-liċenzji għandha tinkludi l-entrata “liċenzja kkoreġuta nhar…” jew “estratt ikkoreġut nhar…” L-entrati kollha preċedenti għandhom jiġu riprodotti fuq kull kopja.

    5.   Fejn l-awtorità li toħroġ il-liċenzji ma tikkunsidrax li korrezzjoni hija meħtieġa, din għandha tikkonferma dan fl-applikazzjonijiet tal-IT. Għal-liċenzji jew għall-estratti stampati, l-awtorità li toħroġ il-liċenzji għandha timmarka l-konferma tal-korrettezza tagħha fuq il-liċenzja jew fuq l-estratt bl-approvazzjoni tagħha “verifikata fid-data ….” u tpoġġi t-timbru tagħha, l-inizjali u d-data jew tapplika metodu simili.

    6.   Fuq it-talba tal-awtorità li toħroġ il-liċenzji, id-detentur titulari jew iċ-ċessjonarju għandhom jirritornaw il-liċenzja jew l-astratt.

    Fejn fuq il-bażi ta' ġestjoni ta' riskju jkun hemm bżonn ta' verifika, jew dubju dwar l-awtentiċità tal-liċenzja jew tal-estratt stampati, jew dwar l-entrati jew l-approvazzjonijiet, l-awtorità kkonċernata għandha tirritorna l-liċenzja jew l-estratt, jew fotokopja tagħhom, lill-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-verifika.

    It-talba għall-verifika u t-tweġiba tar-riżultat għandhom jiġu kkomunikati b'mezz elettroniku skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 (20) bl-użu ta' formola standard kif stabbilit fl-avviż dwar il-liċenzji ta' importazzjoni u ta' esportazzjoni għall-prodotti agrikoli. L-Awtoritajiet jistgħu jaqblu dwar aktar simplifikazzjoni inklużi konsultazzjonijiet diretti bl-użu tal-lista tal-uffiċċju doganali (customs office list) (COL) ippublikata fuq is-sit web uffiċjali tal-Kummissjoni (21).

    L-awtorità li ssirilha talba għandha tiżgura li tintbagħat tweġiba lill-awtorità rikjedenti fi żmien 20 jum kalendarju meta l-awtoritajiet huma stabbiliti fl-istess Stat Membru. Fejn huma involuti Stati Membri differenti, it-tweġiba għandha tintbagħat fi żmien 60 jum kalendarju.

    7.   Fejn liċenzja jew estratt jiġu rritornati, l-awtorità kompetenti għandha, meta mitluba, tagħti riċevuta lill-parti kkonċernata, jew nota u tittimbra data tal-wasla fuq fotokopja magħmula mill-parti kkonċernata.

    Artikolu 14

    L-issodisfar tal-obbligu u l-prova

    1.   Il-garanzija għal liċenzja għandha tinħareġ jekk l-obbligi msemmija fl-Artikolu 24 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 907/2014 u ta' dan l-Artikolu jkunu ġew issodisfati.

    2.   Id-dritt li wieħed jinħarġulu l-prodotti għaċ-ċirkolazzjoni libera jew għall-esportazzjoni għandu jitqies li jkun ġie eżerċitat, u l-obbligu korrispondenti għandu jitqies li jkun ġie ssodisfat, fil-jum li d-dikjarazzjoni doganali rilevanti tiġi aċċettata fil-perjodu ta' validità tal-liċenzja u sakemm:

    (a)

    fil-każ tal-ħruġ għaċ-ċirkolazzjoni libera, il-prodotti huma attwalment maħruġin għaċ-ċirkolazzjoni libera;

    (b)

    fil-każ ta' esportazzjoni, il-prodotti jkunu ħallew it-territorju tal-Unjoni fi żmien 150 jum kalendarju mill-jum ta' aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali.

    3.   Il-prova tal-issodisfar tal-obbligu li wieħed ikollu l-prodotti maħruġin għaċ-ċirkolazzjoni libera għandha tkun il-kopja tal-liċenzja jew tal-estratt tad-detentur titulari jew taċ-ċessjonarju, debitament approvata mid-dwana, jew l-ekwivalenti elettroniku tagħha.

    4.   Il-prova tat-twettiq tal-obbligu ta' esportazzjoni għandha tkun:

    (a)

    il-kopja tal-liċenzja jew tal-estratt tad-detentur titulari jew taċ-ċessjonarju, debitament approvata mid-dwana, jew l-ekwivalenti elettroniku tagħha, u

    (b)

    ċ-ċertifikazzjoni tal-ħruġ mill-uffiċċju doganali tal-esportazzjoni lill-esportatur jew lid-dikjarant imsemmi fl-Artikolu 334 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447.

    5.   Il-prova msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 4 għandha tiġi pprovduta u vvalutata kif ġej:

    (a)

    l-esportatur jew id-dikjarant imsemmi f'punt (b) tal-paragrafu 4 għandu jittrasferixxi ċ-ċertifikazzjoni tal-ħruġ lid-detentur titulari, u d-detentur titulari għandu jissottometti l-prova f'format elettroniku lill-awtorità li toħroġ il-liċenzji. Jekk iċ-ċertifikazzjoni tal-ħruġ tiġi annullata minħabba korrezzjonijiet mill-uffiċċju doganali tal-ħruġ, l-uffiċċju dognali tal-esportazzjoni għandu jinforma lill-esportatur jew lir-rappreżentant doganali tiegħu, u l-esportatur jew ir-rappreżentant dognali tiegħu għandu jinforma lid-detentur titulari, li għandu jinforma lill-awtorità li toħroġ il-liċenzji kif meħtieġ.;

    (b)

    il-proċedura stabbilita f'punt (a) għandha tinkludi s-sottomissjoni tan-Numru ta' Referenza Ewlieni (Master Reference Number) (MRN) kif definit fl-Artikolu 1(22) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 tal-awtorità li toħroġ il-liċenzji

    jekk ikun hemm iktar minn Stat Membru wieħed involut fil-proċedura ta' esportazzjoni, jew

    jekk l-uffiċċju doganali ta' esportazzjoni jinsab fi Stat Membru ieħor minn dak tal-awtorità li toħroġ il-liċenzji, jew

    jekk l-MRN jintuża fil-proċedura ta' esportazzjoni kompletata fi ħdan l-Istat Membru fejn id-dikjarazzjoni ta' esportazzjoni tkun ġiet ippreżentata;

    (c)

    l-awtorità li toħroġ il-liċenzji għandha tivverifika l-informazzjoni rċevuta, inkluża l-korrettezza tad-data tal-ħruġ tat-territorju doganali tal-Unjoni, fuq il-bażi tal-ġestjoni tar-riskju. Jekk l-MRN u l-bank tad-data tal-MRN (22) ma jippermettux verifiki xierqa, id-dwana għandha, fuq talba tal-awtorità li toħroġ il-liċenzji u fuq il-bażi tal-MRN ikkonċernat, jew tikkonferma jew tikkoreġi d-data tal-ħruġ.

    Jekk l-uffiċċju doganali ta' esportazzjoni jkun stabbilit fi Stat Membru ieħor minn dak tal-awtorità li toħroġ il-liċenzji, il-proċeduri stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(6) għandhom japplikaw mutatis mutandis.

    L-awtoritajiet jistgħu jaqblu li l-proċeduri stabbiliti fl-ewwel subparagrafu huma mwettqa b'mod dirett bejn l-awtoritajiet konċernati. L-awtoritajiet li joħorġu l-liċenzja jistgħu jorganizzaw proċeduri ssimplifikati għall-finijiet ta' punt (a).

    6.   Il-prova li wieħed ikollu l-prodotti maħruġin għaċ-ċirkolazzjoni libera għandha tasal għand l-awtorità li toħroġ il-liċenzji fi żmien 60 jum kalendarju minn meta jiskadi l-perjodu ta' validità tal-liċenzja.

    Il-prova ta' esportazzjoni u tal-ħruġ tat-territorju doganali tal-Unjoni għandha tasal għand l-awtorità li toħroġ il-liċenzji fi żmien 180 jum kalendarju wara l-iskadenza tal-liċenzja.

    Jekk il-perjodi previsti fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi ma jkunux jistgħu jiġu rispettati minħabba problemi tekniċi, l-awtorità li toħroġ il-liċenzji tista', fuq talba u fuq prova tad-detentur titulari, testendi dawk il-perjodi, jekk meħtieġ ex post, sal-massimu ta' 730 jum kalendarju, filwaqt li jitqies l-Artikolu 23(4) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 907/2014.

    7.   L-awtoritajiet li joħorġu l-liċenzji jistgħu jirrinunzjaw l-obbligu li jipprovdu l-prova msemmija fil-paragrafi 2, 3 u 4 jekk diġà jkunu fil-pussess tal-informazzjoni meħtieġa.

    Artikolu 15

    Liċenzji jew estratti ta' sostituzzjoni jew duplikati

    1.   Fejn liċenzja stampata jew estratt stampat maħruġin għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 2(1)(a) jew (2)(a) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237 ikunu parzjalment jew totalment meqrudin, jew jintilfu, id-detentur titulari jew iċ-ċessjonarju jista' jitlob lill-awtorità li toħroġ il-liċenzji biex toħroġ liċenzja jew estratt ta' sostituzzjoni. Il-liċenzja jew l-estratt ta' sostituzzjoni jissostitwixxu l-liċenzja jew l-estratt oriġinali, inklużi d-drittijiet u l-obbligi kollha kkonċernati.

    Għal-liċenzji ta' sostituzzjoni taħt dan il-paragarfu għandha tiġi ppreżentata garanzija kif stabbilit fl-Artikolu 5.

    Jekk tinstab il-liċenzja oriġinali mitlufa jew dik li hija parzjalment meqruda, id-detentur titulari għandu jirritorna l-liċenzja oriġinali lill-awtorità li toħroġ il-liċenzji, li għandha toħroġ il-bqija tal-garanzija għal-liċenzja oriġinali minnufih.

    2.   Il-liċenzja jew l-estratt ta' sostituzzjoni jistgħu jinħarġu darba biss u għall-perjodu ta' validità u għall-bilanċ tal-kwantità li jibqa' disponibbli għal-liċenzja jew għall-estratt oriġinali.

    Il-liċenzja jew l-estratt ta' sostituzzjoni ma jistgħux jinħarġu meta l-ħruġ tal-liċenzji jew tal-estratti għall-prodott inkwistjoni jiġi sospiż jew meta jkollu x'jaqsam ma' kwota tar-rata tariffarja ta' importazzjoni jew ta' esportazzjoni.

    3.   Il-garanzija għal-liċenzja ta' sostituzzjoni, flimkien mal-garanzija għal-liċenzja oriġinali jekk ma tkunx instabet, għandha toħroġ skont l-Artikolu 14.

    4.   Fejn it-talba tikkonċerna liċenzja jew estratt meqrudin parzjalment jew totalment, maħruġin għall-prodotti ħlief dawk msemmijin fl-Artikolu 2(1)(a) jew (2)(a) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237 għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    id-detentur titulari jew iċ-ċessjonarju għandhom jagħtu prova tal-qerda totali jew parzjali għas-sodisfazzjon tal-awtorità li toħroġ il-liċenzji;

    (b)

    il-liċenzja jew l-estratt ta' sostituzzjoni m'għandhomx jinħarġu jekk id-detentur titulari jew iċ-ċessjonarju jkunu naqsu milli juru li huma jkunu ħadu prekawzjonijiet raġonevoli sabiex jipprevjenu l-qerda tal-liċenzja jew tal-estratt, jew fejn l-evidenza pprovduta mid-detentur titulari mhijiex sodisfaċenti;

    (c)

    il-garanzija li għandha tiġi ppreżentata għal-liċenzja jew għall-estratt ta' sostituzzjoni għandha tkun 150 % tal-garanzija għal-liċenzja oriġinali, b'minimu ta' EUR 3 għal kull 100 kilogramm jew għal kull ettolitru jew ras, filwaqt li jitqies il-bilanċ tal-kwantità li tibqa' disponibbli fil-mument tal-qerda, u tat-tolleranza pożittiva, jekk applikabbli. Il-bilanċ tal-garanzija disponibbli għal-liċenzja oriġinali jista' jintuża meta tiġi ppreżentata l-garanzija għal-liċenzja ta' sostituzzjoni. Kwalunkwe eċċess tal-garanzija għal-liċenzja oriġinali mqabbel mal-garanzija għal-liċenzja ta' sostituzzjoni, filwaqt li titqies il-kwantità disponibbli li fadal, għandu jiġi rilaxxat minnufih.

    5.   Meta jinħarġu l-liċenzji jew l-estratti ta' sostituzzjoni, l-awtorità li toħroġ il-liċenzji għandha tinnotifika minnufih lill-Kummissjoni:

    (a)

    bin-numru ta' ħruġ tal-liċenzja tal-liċenzji jew tal-estratti ta' sostituzzjoni maħruġin u n-numru tal-ħruġ tal-liċenzji jew tal-estratti ssostitwiti;

    (b)

    bil-prodotti kkonċernati bil-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda (“Kodiċi NM”) tagħhom u bil-kwantità tagħhom.

    Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri b'dan.

    6.   Fejn il-liċenzji jew l-estratti stampati huma mitlufin jew meqrudin, u d-dokument mitluf jew meqrud ikun intuża kollu kemm hu jew b'mod parzjali, għall-iskop uniku tal-ħruġ tal-garanzija li tkun għadha pendenti, li tikkonċerna l-ħruġ għaċ-ċirkolazzjoni libera jew għall-esportazzjoni li kienet diġà rreġistrata fuq il-liċenzja oriġinali, għandu japplika dan li ġej:

    (a)

    id-detentur titulari jew iċ-ċessjonarju jistgħu jitolbu lill-awtorità li toħroġ il-liċenzji biex toħroġ liċenzja jew estratt duplikat li għandu jitfassal u jkun approvat bl-istess mod bħad-dokument oriġinali. Il-liċenzja jew l-estratt duplikati jistgħu jinħarġu darba biss;

    (b)

    l-awtorità li toħroġ il-liċenzji tista' tipprovdi lid-detentur titulari jew liċ-ċessjonarji b'liċenzja jew b'estratt duplikati, mmarkati b'mod ċar “duplikat” fuq kull kopja;

    (c)

    il-liċenzja jew l-estratt duplikati għandhom jiġu ppreżentati lill-awtorità doganali kompetenti għad-dikjarazzjoni għall-ħruġ għaċ-ċirkolazzjoni libera, jew għall-esportazzjoni, fejn dik id-dikjarazzjoni tkun ġiet aċċettata taħt il-liċenzja jew l-estratt mitlufin. Dik l-awtorità doganali għandha tagħmel entrati fuq u tapprova d-duplikat dwar il-ħruġ għaċ-ċirkolazzjoni libera jew għall-esportazzjoni mwettqa taħt il-liċenzja jew l-estratt oriġinali.

    Artikolu 16

    Force majeure

    1.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li tkun ħarġet il-liċenzja jew l-estratt tista' tirrikonoxxi każ ta' force majeure filwaqt li tqis l-Artikolu 50 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 (23) u tiddeċiedi li:

    (a)

    jew tikkanċella l-obbligu li l-prodotti u l-kwantità indikati fuq il-liċenzja jinħarġu għaċ-ċirkolazzjoni libera jew jiġu esportati matul il-perjodu ta' validità tal-liċenzja, kif imsemmi fl-Artikolu 14(1) ta' dan ir-Regolament, u toħroġ il-garanzija, jew testendi l-perjodu ta' validità tal-liċenzja b'perjodu massimu ta' 180 jum wara l-iskadenza tal-perjodu oriġinali tal-validità tal-liċenzja, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi tal-każ; jew

    (b)

    li testendi l-perjodu għas-sottomissjoni tal-prova tal-ħruġ għaċ-ċirkolazzjoni libera jew għall-esportazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 14(6) ta' dan ir-Regolament, fi ħdan il-limiti stabbiliti minn dik id-dispożizzjoni, mingħajr konfiska parzjali tal-garanzija.

    Deċiżjoni meħuda skont il-punt (a) għandha tirrelata biss mal-kwantità tal-prodotti li ma jistgħux jinħarġu għaċ-ċirkolazzjoni libera jew ma jistgħux jiġu esportati minħabba force majeure.

    2.   Fin-notifika tagħhom skont l-Artikolu 50(4) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bil-prodotti kkonċernati bil-kodiċi NM tagħhom u bil-kwantitajiet involuti u għandhom jindikaw jekk dan jikkonċernax il-ħruġ għaċ-ċirkolazzjoni libera u għall-esportazzjoni u jekk dan jikkonċernax il-kanċellazzjoni tal-liċenzja jew ta' estensjoni jew tal-perjodu tal-validità jew tal-perjodu għas-sottomissjoni tal-prova tal-ħruġ taċ-ċirkolazzjoni libera jew għall-esportazzjoni, u għandhom jispeċifikaw il-perjodu l-ġdid. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn b'dan permezz tas-sit web iddedikat tagħha aċċessibbli għall-awtoritajiet li joħorġu l-liċenzja u għal dawk doganali.

    3.   Jekk sakemm tittieħed deċiżjoni dwar force majeure d-detentur titulari jew iċ-ċessjonarju jesprimu l-bżonn li jkomplu jużaw il-liċenzja fir-rigward tal-kwantità li għaliha l-force majeure mhijiex mitluba, l-awtorità li toħroġ il-liċenzji għandha toħroġ estratt għal dak il-bilanċ, immarkat bl-informazzjoni kif stabbilit fl-avviż dwar il-liċenzji ta' importazzjoni u ta' esportazzjoni għall-prodotti agrikoli.

    Dan l-estratt m'għandux ikun trasferibbli

    Artikolu 17

    Informazzjoni u notifiki relatati mal-qanneb.

    1.   Għall-finijiet ta' kontroll rigward l-operazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 9(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237, fejn l-operazzjonijiet jitwettqu fi Stat Membru differenti minn dak fejn l-importatur ikun awtorizzat biex jimporta żrieragħ tal-qanneb minbarra dawk għaż-żriegħ, l-awtorità li tkun tat l-awtorizzazzjoni għandha tibgħat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ieħor kopji tad-dokumenti dwar l-operazzjonijiet imwettqin fit-territorju ta' dan tal-aħħar u sottomessi minn importaturi awtorizzati.

    Fejn jiġu skoperti irregolaritajiet matul il-kontrolli msemmijin fir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 9(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandhom jinformaw lill-awtorità kompetenti għall-għoti tal-awtorizzazzjoni fl-Istat Membru fejn l-importatur konċernat huwa awtorizzat.

    2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummisssjoni bid-dispożizzjonijiet adottati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 9(1), (2), u (3), tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237 u bl-ewwel, bit-tieni, u bit-tielet subparagrafi ta' paragrafu 4 ta' dak l-Artikolu.

    Mhux iktar tard mill-31 ta' Jannar ta' kull sena l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjonijiet bil-penali imposti jew bil-passi meħudin bħala riżultat ta' irregolaritajiet skoperti matul il-kampanja ta' kummerċjalizzazzjoni preċedenti.

    L-awtoritajiet kompetenti għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni l-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet responsabbli għall-kontrolli msemmijin fir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 9(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dawk l-ismijiet u l-indirizzi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn.

    Artikolu 18

    Notifiki relatati mat-tewm

    L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet totali koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji “B” sal-Erbgħa ta' kull ġimgħa fir-rigward tal-applikazzjonijiet riċevuti l-ġimgħa ta' qabel.

    Il-kwantitajiet ikkonċernati għandhom jinqasmu skont il-jum tal-applikazzjoni għal-liċenzja tal-importazzjoni, l-oriġini u l-kodiċi NM. Għall-prodotti għajr it-tewm kif stabbilit fit-Taqsimiet E u F tal-Anness II, l-isem tal-prodott, kif muri fit-taqsima 14 tal-applikazzjoni għal-liċenzja ta' importazzjoni, għandu jiġi kkomunikat ukoll.

    Artikolu 19

    Notifiki relatati mal-liċenzji ta' importazzjoni għall-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola

    1.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni kull nhar ta' Ħamis, jew fl-ewwel jum ta' xogħol ta' wara jekk il-Ħamis tkun festa pubblika, bil-kwantitajiet tal-prodotti li hemm referenza għalihom fit-Taqsima H ta' Parti I tal-Anness II, li għalihom, il-liċenzji ta' importazzjoni jkunu nħarġu matul il-ġimgħa ta' qabel, imqassma skont il-kodiċi NM u skont il-pajjiż ta' oriġini.

    2.   Jekk Stat Membru jqis li l-kwantitajiet li għalihom ikunu ntalbu il-liċenzji ta' importazzjoni f'dak l-Istat Membru jirriskjaw li jfixklu s-suq, dak l-Istat Membru għandu jinforma immedjatament lill-Kummissjjoni filwaqt li għandu jispeċifika l-kwantitajiet skont it-tipi tal-prodott ikkonċernat. Il-Kummissjoni għandha teżamina s-sitwazzjoni u għandha tgħarraf lill-Istati Membri l-oħra biha.

    Artikolu 20

    Skambju ta' informazzjoni u notifiki lill-Kummissjoni

    1.   Fejn meħtieġ għall-applikazzjoni xierqa ta' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiskambjaw l-informazzjoni dwar il-liċenzji u l-estratti u dwar l-irregolaritajiet u l-ksur relatati magħhom.

    2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinformaw lill-Kummissjoni malli jkunu jafu bl-irregolaritajiet u bil-ksur fir-rigward ta' dan ir-Regolament.

    3.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw l-informazzjoni fuq il-Lokalizattur tar-Riżorsi Uniformi (Uniform Resource Locator) (URL) tal-indirizz tal-web tal-awtoritajiet kompetenti għar-riċeviment tal-applikazzjonijiet u għall-ħruġ tal-liċenzji u l-estratti kif hemm referenza għal dan fl-Artikolu 2(2) lill-Kummissjoni, u għandhom iżommu dik l-informazzjoni aġġornata u jerġgħu jibagħtuha meta jkun meħtieġ. Il-Kummissjoni għandha tippublika l-URLs ikkonċernati fuq is-sit web pubbliku tagħha.

    4.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-istampar tat-timbri uffiċjali u, fejn hu xieraq, bl-istampi b'tipa mqabbża użati mill-awtoritajiet. Il-Kummissjoni għandha tinforma immedjatament lill-Istati Membri l-oħrajn b'dan fuq sit web sigur aċċessibbli biss għall-awtoritajiet tal-Istati Membri.

    5.   In-notifiki lill-Kummissjoni msemmija f'dan ir-Regolament għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (24).

    Artikolu 21

    Dispożizzjonijiet tranżitorji

    1.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jkomplu jużaw verżjonijiet stampati tal-mudelli previsti fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 376/2008 kif stabbilit fl-Anness I għal dak ir-Regolament għall-applikazzjonijiet u għall-ħruġ tal-liċenzji sakemm l-istokks eżistenti jkunu ġew eżawriti. Fi kwalunkwe każ, l-applikazzjonijiet u l-liċenzji ġġenerati skont l-Artikolu 3(1) ta' dan ir-Regolament fi Stat Membru ieħor skont il-mudell stabbilit f'Anness I għal dan ir-Regolament għandhom ikunu aċċettabbli fi kwalunkwe fażi tal-proċedura.

    2.   Il-prova tal-ħruġ mit-territorju doganali tal-Unjoni prevista fl-Artikolu 14(4)(b) u (5) għandha tiġi aċċettata fil-każijiet kollha fejn it-tali prova kellha tingħata bl-użu tal-kopja ta' kontroll T5 kif imsemmi fl-Artikolu 912a-912 g tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (25).

    Artikolu 22

    Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Jibda japplika mis-6 ta' Novembru 2016.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Mejju 2016.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).

    (3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1237 tat-18 ta' Mejju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-regoli għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta' importazzjoni u esportazzjoni u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli dwar ir-rilaxx u s-sekwestru tal-garanziji ppreżentati għal liċenzji bħal dawn li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001, (KE) Nru 1342/2003, (KE) Nru 2336/2003, (KE) Nru 951/2006, (KE) Nru 341/2007 u (KE) Nru 382/2008 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2390/98, (KE) Nru 1345/2005, (KE) Nru 376/2008 u (KE) Nru 507/2008 (Ara l-paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

    (4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 tal-14 ta' Diċembru 2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti tal-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu l-kwoti tariffarji (ĠU L 341, 22.12.2001, p. 29).

    (5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1342/2003 tat-28 ta' Lulju 2003 li jistabbilixxi regoli speċjali u dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' ċereali u ross (ĠU L 189, 29.7.2003, p. 12.).

    (6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2336/2003 tat-30 ta' Diċembru 2003 li jintroduċi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 670/2003 li jippreskrivi miżuri speċifiċi rigward is-suq fl-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola (ĠU L 346, 31.12.2003, p. 19).

    (7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-kummerċ ma' pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24).

    (8)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 341/2007 tad-29 ta' Marzu 2007 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji u li jintroduċi sistema għal liċenzji tal-importazzjoni u ċertifikati ta' oriġini għat-tewm u għal ċerti prodotti agrikoli oħra importati minn pajjiżi terzi (ĠU L 90, 30.3.2007, p. 12).

    (9)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 382/2008 tal-21 ta' April 2008 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni għal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella (ĠU L 115, 29.4.2008, p. 10).

    (10)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2390/98 tal-5 ta' Novembru 1998 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1706/98 dwar l-arranġamenti biex jiġu importati ċerti prodotti ċereali sostituti u ċereali proċessati u prodotti tar-ross ġejjin mill-Afrika, il-Karibew u Stati tal-Paċifiku jew mill-pajjiżi u territorji tagħhom u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2245/90 (ĠU L 297, 6.11.1998, p. 7).

    (11)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1345/2005 tas-16 ta' Awwissu 2005 li jistabbilixxi regoli ddettaljati dwar is-sistema tal-liċenzji ta' importazzjoni fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa (ĠU L 212, 17.8.2005, p. 13).

    (12)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 tat-23 ta' April 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta' ċertifikati ta' ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3).

    (13)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 507/2008 tas-6 ta' Ġunju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1673/2000 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-kittien u l-qanneb ikkoltivati għall-fibra (ĠU L 149, 7.6.2008, p. 38).

    (14)  Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

    (15)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta' Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1).

    (16)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 tal-11 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 18).

    (17)  Avviż dwar il-liċenzji ta' importazzjoni u ta' esportazzjoni (ĠU C 278, 30.7.2016).

    (18)  Ir-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tal-Kunsill tat-3 ta' Ġunju 1971 li jistabbilixxi r-regoli applikabbli għal perjodi, dati u limiti ta' żmien (ĠU L 124, 8.6.1971, p. 1).

    (19)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).

    (20)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 tat-13 ta' Marzu 1997 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-koperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex ikun assigurat l-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli (ĠU L 82, 22.3.1997, p. 1).

    (21)  http://ec.europa.eu/taxation_customs/dds2/col/col_home.jsp?Lang=en&Screen=0

    (22)  http://ec.europa.eu/taxation_customs/dds2/ecs/ecs_home.jsp?Lang=en

    (23)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 tas-6 ta' Awwissu 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni ta' kontijiet, ir-regoli dwar kontrolli, garanziji u trasparenza (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 59).

    (24)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 tal-31 ta' Awwissu 2009 li jistipula regoli dettaljati għan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar informazzjoni u dokumenti fl-implimentazzjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq, l-iskema tal-pagamenti diretti, il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli u s-sistemi applikabbli għar-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew (ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3).

    (25)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).


    ANNESS I

    MUDELL IMSEMMI FL-ARTIKOLU 2(1)

    STRUZZJONIJIET GĦALL-UŻU

    1.

    Il-formoli tal-liċenzji għandhom ikunu magħmulin minn settijiet li jkun fihom il-kopja Nru 1, il-kopja Nru 2 u l-applikazzjoni, flimkien ma' kopji addizzjonali tal-liċenzja, f'dik l-ordni.

    Madankollu, l-awtorità li toħroġ il-liċenzja tista' titlob lill-applikanti jimlew formola ta' applikazzjoni biss, minflok is-settijiet ipprovduti fl-ewwel sottoparagrafu.

    2.

    Meta, bħala riżultat ta' miżura tal-Unjoni, il-kwantità li għaliha tkun inħarġet liċenzja jista' jkun li tkun anqas mill-kwantità li għaliha inizjalment kienet saret l-applikazzjoni għal-liċenzja, il-kwantità li għaliha tkun saret l-applikazzjoni u l-ammont ta' garanzija li għandu x'jaqsam magħha għandhom jinkitbu biss fuq il-formola tal-applikazzjoni.

    3.

    Il-formoli għall-estratti tal-liċenzji għandhom ikunu magħmulin f'settijiet li jkun fihom il-kopja Nru 1 u l-kopja Nru 2, f'dik l-ordni.

    4.

    Fit-taqsima 2, l-Istat Membru li joħroġ id-dokument għandu jiġi indikat permezz tal-kodiċi tal-pajjiż korrispondenti. L-awtorità li toħroġ il-liċenzja tista' żżid numri li jidentifikaw id-dokument.

    Stat Membru

    Kodiċi tal-pajjiż

    Il-Belġju

    BE

    Il-Bulgarija

    BG

    Ir-Repubblika Ċeka

    CZ

    Id-Danimarka

    DK

    Il-Ġermanja

    DE

    L-Estonja

    EE

    L-Irlanda

    IE

    Il-Greċja

    EL

    Spanja

    ES

    Franza

    FR

    Il-Kroazja

    HR

    L-Italja

    IT

    Ċipru

    CY

    Il-Latvja

    LV

    Il-Litwanja

    LT

    Il-Lussemburgu

    LU

    L-Ungerija

    HU

    Malta

    MT

    In-Netherlands

    NL

    L-Awstrija

    AT

    Il-Polonja

    PL

    Il-Portugall

    PT

    Ir-Rumanija

    RO

    Is-Slovenja

    SI

    Is-Slovakkja

    SK

    Il-Finlandja

    FI

    L-Iżvezja

    SE

    Ir-Renju Unit

    UK

    5.

    Meta jinħarġu, il-liċenzji u l-estratti jista' jkollhom numru tal-ħruġ fit-taqsima 23 (liċenzja tal-esportazzjoni) jew fit-taqsima 25 (liċenzja tal-importazzjoni) allokata mill-awtorità li toħroġ il-liċenzja.

    6.

    L-applikazzjonijiet, il-liċenzji u l-estratti għandhom jimtlew b'test ittajpjat jew b'mezz kompjuterizzat.

    7.

    L-awtorità li toħroġ il-liċenzja tista' tippermetti li l-applikazzjonijiet jinkitbu bl-idejn, bil-linka u b'ittri kbar.

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    ANNESS II

    PARTI I

    OBBLIGU TA' LIĊENZJA — GĦALL-IMPORTAZZJONIJIET

    Lista ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 2(1)(a) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237

    A.   Ross (l-Artikolu 1(2)(b) u l-Parti II tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)

    Kodiċi NM

    Deskrizzjoni

    Ammont tal-garanzija

    Perjodu ta' validità

    1006 20

    Ross (ismar) bla ħliefa, inklużi l-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji, kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)(c) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237

    EUR 30/t

    sa tmiem it-tieni xahar ta' wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f'konformità mal-Artikolu 7(2)

    1006 30

    Ross nofsu mitħun jew mitħun kollu, kemm jekk illustrat jew igglejżjat jew le, inklużi l-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji, kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)(c) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237

    EUR 30/t

    sa tmiem it-tieni xahar ta' wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f'konformità mal-Artikolu 7(2)

    1006 40 00

    Ross imfarrak, inklużi l-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji, kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)(c) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237

    EUR 1/t

    sa tmiem it-tieni xahar ta' wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f'konformità mal-Artikolu 7(2)


    B.   Zokkor (l-Artikolu 1(2)(c) u l-Parti III tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)

    Kodiċi NM

    Deskrizzjoni

    Ammont tal-garanzija

    Perjodu ta' validità

    1701

    Il-prodotti kollha importati b'kundizzjonijiet preferenzjali li mhumiex kwoti tariffarji (1)  (2)

    EUR 20/t

    sa tmiem it-tielet xahar ta' wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f'konformità mal-Artikolu 7(2)


    C.   Żrieragħ (l-Artikolu 1(2)(e) u l-Parti V tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)

    Kodiċi NM

    Deskrizzjoni

    Ammont tal-garanzija

    Perjodu ta' validità

    ex 1207 99 20

    Żerriegħa ta' varjetajiet tal-qanneb, għaż-żriegħ

     (3)

    sa tmiem is-sitt xahar ta' wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f'konformità mal-Artikolu 7(2), sakemm ma jkunx hemm dispożizzjoni mod ieħor mill-Istati Membri


    D.   Kittien u qanneb (l-Artikolu 1(2)(h) u l-Parti VIII tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)

    Kodiċi NM

    Deskrizzjoni

    Ammont tal-garanzija

    Perjodu ta' validità

    5302 10 00

    Qanneb veru, mhux maħdum jew imrattab

     (4)

    sa tmiem is-sitt xahar ta' wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f'konformità mal-Artikolu 7(2), sakemm ma jkunx hemm dispożizzjoni mod ieħor mill-Istati Membri


    E.   Frott u ħaxix (l-Artikolu 1(2)(i) u l-Parti IX tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)

    Kodiċi NM

    Deskrizzjoni

    Ammont tal-garanzija

    Perjodu ta' validità

    0703 20 00

    Tewm, frisk jew imkessaħ, inklużi l-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji, kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)(c) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237 (5)

    EUR 50/t

    3 xhur mid-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f'konformità mal-Artikolu 7(2)

    ex 0703 90 00

    Ħaxix ieħor tal-ġens tat-tewm, frisk jew imkessaħ, inklużi l-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji, kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)(c) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237 (5)

    EUR 50/t

    3 xhur mid-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f'konformità mal-Artikolu 7(2)


    F.   Prodotti tal-ħaxix u l-frott ipproċessat (l-Artikolu 1(2)(j) u l-Parti X tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)

    Kodiċi NM

    Deskrizzjoni

    Ammont tal-garanzija

    Perjodu ta' validità

    ex 0710 80 95

    Tewm (6) u Allium ampeloprasum (mhux imsajjar jew imsajjar bil-fwar jew fil-misħun jagħli), iffriżat, inkluż il-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji, kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)(c) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237 (7)

    EUR 50/t

    3 xhur mid-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f'konformità mal-Artikolu 7(2)

    ex 0710 90 00

    Taħlita ta' ħaxix li fih it-tewm (6) u/jew Allium ampeloprasum (mhux imsajjar jew imsajjar bil-fwar jew fil-misħun jagħli), iffriżat, inkluż il-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji, kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)(c) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237 (7)

    EUR 50/t

    3 xhur mid-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f'konformità mal-Artikolu 7(2)

    ex 0711 90 80

    Tewm (6) u Allium ampeloprasum ippreservati provviżorjament (pereżempju, bil-gass dijossidu tal-kubrit, fis-salmura, f'ilma tal-kubrit jew f'taħlitiet oħrajn biex jippreservaw), iżda mhux tajbin għall-konsum immedjat f'dak l-istat, inkluż il-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji, kif imsemmi fl-Artikolu 1(2)(a)(iii) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237 (7)

    EUR 50/t

    3 xhur mid-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f'konformità mal-Artikolu 7(2)

    ex 0711 90 90

    Taħlitiet ta' ħaxix li fih it-tewm (6) u/jew Allium ampeloprasum, ippreservati provviżorjament (pereżempju, bil-gass dijossidu tal-kubrit, fis-salmura, f'ilma tal-kubrit jew f'taħlitiet oħrajn biex jippreservaw), iżda mhux tajbin għall-konsum immedjat f'dak l-istat, inkluż il-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji, kif imsemmi fl-Artikolu 1(2)(a)(iii) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237 (7)

    EUR 50/t

    3 xhur mid-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f'konformità mal-Artikolu 7(2)

    ex 0712 90 90

    Tewm imnixxef (6) u Allium ampeloprasum u taħlitiet ta' ħaxix imnixxef li jkun fihom it-tewm (6) u/jew Allium ampeloprasum, sħiħ, imqatta', imqatta' flieli, imkisser jew mitħun, iżda mhux ippreparat aktar minn hekk, inkluż il-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji, kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)(c) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237 (7)

    EUR 50/t

    3 xhur mid-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f'konformità mal-Artikolu 7(2)


    G.   Prodotti oħra (l-Artikolu 1(2)(x) u t-Taqsima 1 tal-Parti XXIV tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)

    Kodiċi NM

    Deskrizzjoni

    Ammont tal-garanzija

    Perjodu ta' validità

    1207 99 91

    Żrieragħ tal-qanneb, minbarra għaż-żriegħ

     (8)

    sa tmiem is-sitt xahar ta' wara x-xahar tal-jum tal-ħruġ f'konformità mal-Artikolu 7(2), sakemm ma jkunx hemm dispożizzjoni mod ieħor mill-Istati Membri


    H.   Etanol ta' oriġini agrikola (l-Artikolu 1(2)(u) u l-Parti XXI tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)

    Kodiċi NM

    Deskrizzjoni

    Ammont tal-garanzija

    Perjodu ta' validità

    ex 2207 10 00

    Etanol mhux żnaturat b'saħħa alkoħolika bil-volum ta' 80 % vol jew aktar, miksub mill-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-Trattat

    EUR 1 għal kull ettolitru

    sa tmiem ir-raba' xahar ta' wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f'konformità mal-Artikolu 7(2)

    ex 2207 20 00

    Etanol u spirti oħrajn, żnaturati, ta' kwalunkwe saħħa, miksuba mill-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-Trattat

    EUR 1 għal kull ettolitru

    sa tmiem ir-raba' xahar ta' wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f'konformità mal-Artikolu 7(2)

    ex 2208 90 91

    Etanol mhux żnaturat b'saħħa alkoħolika bil-volum ta' anqas minn 80 % vol., miksub mill-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-Trattat

    EUR 1 għal kull ettolitru

    sa tmiem ir-raba' xahar ta' wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f'konformità mal-Artikolu 7(2)

    ex 2208 90 99

    Etanol mhux żnaturat b'saħħa alkoħolika bil-volum ta' anqas minn 80 % vol., miksub mill-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-Trattat

    EUR 1 għal kull ettolitru

    sa tmiem ir-raba' xahar ta' wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f'konformità mal-Artikolu 7(2)

    PARTI II

    OBBLIGU TA' LIĊENZJA GĦALL-ESPORTAZZJONIJIET

    Lista ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237

    A.   Ross (l-Artikolu 1(2)(b) u l-Parti II tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)

    Kodiċi NM

    Deskrizzjoni

    Ammont tal-garanzija

    Perjodu ta' validità

    1006 20

    Ross bla ħliefa (ismar)

    EUR 3/t

    sa tmiem ir-raba' xahar ta' wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f'konformità mal-Artikolu 7(2)

    1006 30

    Ross mitħun jew nofsu mitħun, kemm jekk illustrat jew igglejżjat jew le

    EUR 3/t

    sa tmiem ir-raba' xahar ta' wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f'konformità mal-Artikolu 7(2)


    B.   Zokkor (l-Artikolu 1(2)(c) u l-Parti III tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)

    Kodiċi NM

    Deskrizzjoni

    Ammont tal-garanzija

    Perjodu ta' validità

    1701

    Zokkor tal-kannamieli jew tal-pitravi u sukrożju kimikament pur, f'forma solida (9)

    EUR 11/100 kg

    sa tmiem it-tielet xahar ta' wara x-xahar tal-jum tal-ħruġ, f'konformità mal-Artikolu 7(2) (10)

    1702 60 95

    1702 90 95

    Zokkrijiet oħrajn f'forma solida u ġuleppijiet taz-zokkor, li ma fihomx ħwawar jew materjal li jagħti l-kulur miżjudin, iżda mhux inkluż il-lattożju, il-glukożju, il-maltodestrina u l-isoglukożju (9)

    EUR 4,2/100 kg

    sa tmiem it-tielet xahar ta' wara x-xahar tal-jum tal-ħruġ, f'konformità mal-Artikolu 7(2) (10)

    2106 90 59

    Ġuleppijiet taz-zokkor imħawrin jew kuluriti, minbarra l-isoglukożju,il-lattożju, il-glukożju u l-ġuleppijiet tal-maltodestrina (9)

    EUR 4,2/100 kg

    sa tmiem it-tielet xahar ta' wara x-xahar tal-jum tal-ħruġ, f'konformità mal-Artikolu 7(2) (10)


    (1)  L-obbligu ta' liċenzja għall-importazzjoni japplika sat-30 ta' Settembru 2017.

    (2)  Bl-eċċezzjoni tal-importazzjonijiet taz-zokkor preferenzjali tal-kodiċi NM 1701 99 10 li joriġinaw mill-Moldova msemmija fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/492/UE tas-16 ta' Ġunju 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra (ĠU L 260, 30.8.2014, p. 1) u ta' importazzjonijiet preferenzjali ta' zokkor tal-kodiċi NM 1701 li joriġinaw mill-Ġeorġja msemmija fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/494/UE tas-16 ta' Ġunju 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra (ĠU L 261, 30.8.2014, p. 1).

    (3)  M'hemm bżonn l-ebda garanzija.

    (4)  M'hemm bżonn l-ebda garanzija.

    (5)  L-obbligu ta' liċenzja għall-importazzjoni japplika sat-30 ta' Settembru 2017.

    (6)  Dan għandu jinkludi wkoll prodotti li fihom il-kelma “tewm” hija biss parti mid-deskrizzjoni. Termini bħal dawn jistgħu jinkludu, iżda mhumiex limitati għal “tewm “solo””, “tewm “elephant””, “tewm “single clove”” jew “tewm “great-headed””.

    (7)  L-obbligu ta' liċenzja għall-importazzjoni japplika sat-30 ta' Settembru 2017.

    (8)  M'hemm bżonn l-ebda garanzija.

    (9)  L-obbligu ta' liċenzja għall-esportazzjoni japplika sat-30 ta' Settembru 2017.

    (10)  Għal kwantitajiet ta' anqas minn 10 t, il-parti kkonċernata ma tistax tuża aktar minn liċenzja waħda ta' dan it-tip għall-istess esportazzjoni.


    Top