This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016R1220
Commission Implementing Regulation (EU) 2016/1220 of 26 July 2016 concerning the authorisation of L-threonine produced by Escherichia coli as a feed additive for all animal species (Text with EEA relevance)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1220 tas-26 ta' Lulju 2016 dwar l-awtorizzazzjoni ta' L-treonina prodotta mill-Escherichia coli bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1220 tas-26 ta' Lulju 2016 dwar l-awtorizzazzjoni ta' L-treonina prodotta mill-Escherichia coli bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
C/2016/4630
ĠU L 201, 27.7.2016, pp. 11–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
27.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 201/11 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1220
tas-26 ta' Lulju 2016
dwar l-awtorizzazzjoni ta' L-treonina prodotta mill-Escherichia coli bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament jipprevedi l-valutazzjoni mill-ġdid ta' addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 82/471/KEE (2). |
|
(2) |
Is-sustanza L-treonina kienet awtorizzata mingħajr limitu ta' żmien skont id-Direttiva 82/471/KEE mid-Direttiva tal-Kummissjoni 88/485/KEE (3) u kienet sussegwentement iddaħħlet fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf bħala prodott eżistenti, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, tressqu applikazzjonijiet għall-evalwazzjoni mill-ġdid tal-L-treonina bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. Ġew sottomessi wkoll applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-L-treonina għall-ispeċijiet kollha tal-annimali skont l-Artikolu 7 ta' dak ir-Regolament. Mal-applikazzjonijiet intbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(4) |
L-applikazzjonijiet jikkonċernaw l-awtorizzazzjoni tal-L-treonina prodotta bl-Escherichia coli DSM 25086, Escherichia coli FERM BP-11383, Escherichia coli FERM BP-10942, Escherichia coli NRRL B-30843, Escherichia coli KCCM11133P, Escherichia coli DSM 25085, Escherichia coli CGMCC 3703 jew Escherichia coli CGMCC 7.58 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, li għandu jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrittivi”. |
|
(5) |
Fl-opinjonijiet tagħha tad-9 ta' Lulju 2013 (4), id-29 ta' Jannar 2014 (5), id-9 ta' Settembru 2014 (6), id-9 ta' Settembru 2015 (7), l-1 ta' Diċembru 2015 (8) u d-19 ta' April 2016 (9) l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, L-treonina prodotta bl-Escherichia coli DSM 25086, Escherichia coli FERM BP-11383, Escherichia coli FERM BP-10942, Escherichia coli NRRL B-30843, Escherichia coli KCCM11133P, Escherichia coli DSM 25085, Escherichia coli CGMCC 3703 u Escherichia coli CGMCC 7.58 ma għandhiex effett ħażin fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjuent, u titqies bħala sors effikaċi tal-amminoaċidu treonina għan-nutrizzjoni tal-annimali; sabiex l-L-treonina supplimentari tkun effikaċi għalkollox fir-ruminanti, jenħtieġilha li tiġi protetta mid-degradazzjoni fil-kirxa. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ wara l-kummerċjalizzazzjoni. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf li ressaq il-Laboratorju ta' Referenza mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(6) |
Fl-opinjoni tagħha, l-Awtorità esprimiet it-tħassib tagħha rigward is-sikurezza tal-L-treonina għall-ispeċijiet fil-mira meta tingħata permezz tal-ilma għax-xorb. Madankollu, ma ġie propost l-ebda kontenut massimu għal-L-treonina mill-Awtorità. Għalhekk, f'każ ta' amministrazzjoni ta' L-treonina permezz tal-ilma tax-xorb jixraq li l-utenti jiġu infurmati biex iqisu l-provvista alimentari tal-amminoaċidi essenzjali kollha. |
|
(7) |
Il-valutazzjoni tal-L-treonina turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta' dik is-sustanza għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
|
(8) |
Billi għal raġunijiet ta' sikurezza ma hemmx bżonn li jiġu applikati minnufih il-modifiki fil-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-L-treonina, jixraq li jingħata perjodu ta' tranżizzjoni biex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li ġġib magħha l-awtorizzazzjoni. |
|
(9) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
Is-sustanza speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrizzjonali” u mill-grupp funzjonali “aċidi amminiċi, l-imluħ u l-analogi tagħhom”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Miżuri tranżizzjonali
1. Is-sustanza L-treonina awtorizzata mid-Direttiva 88/485/KEE u t-taħlitiet imħejjija minn qabel li tkun inkluża fihom jistgħu jiġu kkumerċjalizzati sas-16 ta' Mejju 2017 skont ir-regoli applikabbli qabel is-16 ta' Awwissu 2016 u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.
2. Il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost li fihom is-sustanzi msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu kkumerċjalizzati sas-16 ta' Awwissu 2017 b'konformità mar-regoli applikabbli qabel is-16 ta' Awwissu 2016 u jistgħu jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk huma maħsuba għall-annimali li jipproduċu l-ikel.
3. Il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost li fihom is-sustanzi msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu kkumerċjalizzati sas-16 ta' Awwissu 2018 b'konformità mar-regoli applikabbli qabel is-16 ta' Awwissu 2016 u jistgħu jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk huma maħsuba għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Lulju 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 82/471/KEE tat-30 ta' Ġunju 1982 li tikkonċerna ċerti prodotti użati fin-nutrizzjoni tal-annimali (ĠU L 213, 21.7.1982, p. 8).
(3) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 88/485/KEE tas-26 ta' Lulju 1988 li temenda l-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 82/471/KEE li tikkonċerna ċerti prodotti użati fin-nutrizzjoni tal-annimali (ĠU L 239, 30.8.1988, p. 36).
(4) EFSA Journal 2013;11(7):3319.
(5) EFSA Journal 2014;12(2):3564.
(6) EFSA Journal 2014;12(10):3825.
(7) EFSA Journal 2015;13(9):4236.
(8) EFSA Journal 2016;14(1):4344.
(9) EFSA Journal 2016;14(5):4470.
ANNESS
|
Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||
|
mg/kg tal-għalf komplet b'kontenut ta' umdità ta' 12 % |
|||||||||||||||||||||||||||||
|
Kategorija tal-addittivi nutrittiv. Grupp funzjonali: amminoaċidi, l-imluħa u l-analogi tagħhom. |
|||||||||||||||||||||||||||||
|
3c410 |
— |
L-treonina |
Kompożizzjoni tal-addittiv: Trab b'minimu ta' 98 % L-treonina (abbażi ta' materja niexfa). Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva: L-treonina prodotta permezz tal-fermentazzjoni bl-Escherichia coli DSM 25086 jew Escherichia coli FERM BP-11383 jew Escherichia coli FERM BP-10942 jew Escherichia coli NRRL B-30843 jew Escherichia coli KCCM 11133P jew Escherichia coli DSM 25085 jew Escherichia coli CGMCC 3703 jew Escherichia coli CGMCC 7.58. Formula kimika: C4H9NO3 Numru tal-CAS: 72-19-5 Metodi analitiċi (1): Għad-determinazzjoni tal-L-treonina fl-addittiv tal-għalf:
Għad-determinazzjoni tat-treonina fit-taħlitiet imħejjija minn qabel:
Għad-determinazzjoni tat-treonina f'taħlitiet imħejjija minn qabel, f'għalf kompost, f'materjali tal-għalf u fl-ilma:
|
L-ispeċijiet kollha |
— |
— |
— |
|
is-16 ta' Awwissu 2026 |
||||||||||||||||||||
(1) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
(2) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 tas- 27 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi l-metodi ta' teħid ta' kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-għalf