This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016R1159
Commission Implementing Regulation (EU) 2016/1159 of 15 July 2016 imposing a definitive anti-dumping duty on imports of sodium cyclamate originating in the People's Republic of China and produced by Fang Da Food Additive (Shen Zhen) Limited and Fang Da Food Additive (Yang Quan) Limited
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1159 tal-15 ta' Lulju 2016 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet taċ-ċiklamat tas-sodju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u jiġu prodotti minn Fang Da Food Additive (Shen Zhen) Limited u Fang Da Food Additive (Yang Quan) Limited
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1159 tal-15 ta' Lulju 2016 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet taċ-ċiklamat tas-sodju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u jiġu prodotti minn Fang Da Food Additive (Shen Zhen) Limited u Fang Da Food Additive (Yang Quan) Limited
C/2016/4455
ĠU L 192, 16.7.2016, p. 23–48
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 11/10/2022
16.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 192/23 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1159
tal-15 ta' Lulju 2016
li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet taċ-ċiklamat tas-sodju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u jiġu prodotti minn Fang Da Food Additive (Shen Zhen) Limited u Fang Da Food Additive (Yang Quan) Limited
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tiegħu,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. L-investigazzjonijiet preċedenti u l-miżuri fis-seħħ
(1) |
Wara investigazzjoni antidumping skont l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku, il-Kunsill, permezz tar-Regolament (KE) Nru 435/2004 (2), il-Kunsill impona dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet taċ-ċiklamat tas-sodju li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“RPĊ”) u mill-Indoneżja. |
(2) |
Minn dak iż-żmien 'l hawn, dawn il-miżuri ġew estiżi għal perjodu ieħor ta' ħames snin f'Ġunju 2010 (3), u f'Mejju 2012 wara rieżami interim parzjali, il-livell ta' dazju ta' produttur esportatur Ċiniż ġie emendat (4). B'riżultat ta' dan, ir-rata tad-dazju applikabbli għall-Indoneżja kienet tvarja minn EUR 0,24/kg sa EUR 0,27/kg, u għall-RPĊ, minn EUR 0,23/kg sa EUR 0,26/kg (“il-miżuri fis-seħħ”). |
(3) |
Il-miżuri fis-seħħ applikati għall-importazzjonijiet kollha taċ-ċiklamat tas-sodju li joriġinaw mir-RPĊ u mill-Indoneżja, bl-eċċezzjoni ta' importazzjonijiet taċ-ċiklamat tas-sodju li jiġi prodott mill-produtturi esportaturi Ċiniżi Fang Da Food Additive (Shen Zhen) Limited u Fang Da Food Additive (Yang Quan) Limited. Oriġinarjament ma ġie stabbilit l-ebda dazju għal dawn il-kumpaniji, peress li ma nstab l-ebda dumping (ir-Regolament (KE) Nru 435/2004). |
(4) |
F'konformità mar-rapport tal-Korp tal-Appell tad-WTO fil-kawża tal-Messiku — Miżuri Antidumping Definittivi fuq iċ-Ċanga u r-Ross (“ir-rapport tal-Korp tal-Appell tad-WTO”) (5), il-produtturi esportaturi Ċiniżi Fang Da Food Additive (Shen Zhen) Limited u Fang Da Food Additive (Yang Quan) Limited ma ġewx eżaminati fir-rieżamijiet tal-miżuri li saru wara kif impost mir-Regolament (KE) Nru 435/2004 u mhumiex suġġetti għall-miżuri fis-seħħ. |
(5) |
Investigazzjoni preċedenti, limitata għal Fang Da Food Additive (Shen Zhen) Limited u Fang Da Food Additive (Yang Quan) Limited inbdiet fis-17 ta' Frar 2011 (6). Wara li ġie rtirat l-ilment, il-proċedura ntemmet permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' April 2012 (7) mingħajr ma imponiet miżuri. |
(6) |
It-tieni rieżami fil-kuntest tal-iskadenza tal-miżuri fis-seħħ nbeda f'Ġunju 2015 (8) skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. |
1.2. Tnedija tal-investigazzjoni
(7) |
Fit-12 ta' Awwissu 2015, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) fetħet investigazzjoni antidumping fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni taċ-ċiklamat tas-sodju li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“RPĊ”), ristretta għal Fang Da Food Additive (Shen Zhen) Limited u Fang Da Food Additive (Yang Quan) Limited, żewġ kumpaniji li jappartjenu għall-istess grupp (iż-żewġ kumpaniji msejħa “il-produtturi esportaturi kkonċernati” jew “Fang Da”), abbażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku. Notifika ta' Bidu ġiet ippublikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (9) (“in-Notifika ta' Bidu”). |
(8) |
Il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni wara lment ippreżentat fit-30 ta' Ġunju 2015 minn Productos Aditivos S.A.(“l-ilmentatur” jew “il-produttur tal-Unjoni”), l-uniku produttur taċ-ċiklamat tas-sodju fl-Unjoni, li b'hekk jirrappreżenta 100 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni. L-ilment kien fih evidenza dwar id-dumping u d-dannu materjali li jirriżulta, li kienu biżżejjed biex jiġġustifikaw it-tnedija tal-investigazzjoni. |
(9) |
Wara l-iżvelar, Fang Da sostniet li l-evidenza fl-ilment dwar id-dannu kienet dgħajfa, u li t-tnedija ta' investigazzjoni kontra Fang Da, wara oħra, kienet abbuż. Hija ddikjarat ukoll li dan juri li l-ftuħ ta' dan il-każ skont l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku mhuwiex xieraq. Hija talbet ukoll kjarifika rigward ix-xejriet ta' ċerti indikaturi fil-fajl li nfetaħ. |
(10) |
Kif diġà ġie spjegat fil-premessa 8, il-Kummissjoni tqis li l-ilment kien fih biżżejjed evidenza biex tiġi ġġustifikata t-tnedija ta' investigazzjoni li waħidha hija kriterju għad-deċiżjoni tat-tnedija, u mhux l-eżistenza jew l-eżitu ta' investigazzjonijiet imgħoddija. L-analiżi speċifika tad-dannu fl-ilment wriet li hemm biżżejjed evidenza li tindika li hemm penetrazzjoni sinifikanti tas-suq tal-UE minn importazzjonijiet minn Fang Da li ssir bi prezzijiet li sostanzjalment iqaċċtu u jwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni stess. Barra minn hekk, mhux il-fatturi kollha jridu jevidenzjaw deterjorament sabiex jiġi stabbilit li hemm dannu materjali. Barra minn hekk, l-eżistenza ta' fatturi oħra li jista' jkollhom impatt fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, ma timplikax neċessarjament li l-effett tal-importazzjonijiet li jkunu oġġett ta' dumping fuq din l-industrija ma huwiex materjali. Għalhekk, it-tnedija tal-investigazzjoni hija legalment valida. Rigward il-kummenti dwar il-possibilità ta' inkonsistenza fi tliet indikaturi fil-fajl li nfetaħ, dawn jistgħu jiġu spjegati permezz tad-differenza sostanzjali fid-daqs tal-volumi involuti f'dawn il-kalkoli u għax iċ-ċifri kunfidenzjali użati jitqarrbu għad-dritt ('il fuq jew 'l isfel, skont is-sena). |
(11) |
Kien ukoll legalment possibbli li titnieda investigazzjoni skont l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku, anki jekk din kienet tirrigwarda kumpanija waħda, kif ikkonfermat mill-ġurisprudenza (10). |
1.3. Proċedura sussegwenti
(12) |
Il-Kummissjoni ma imponietx miżuri antidumping provviżorji f'din l-investigazzjoni sabiex tallinja l-għażla taż-żmien tas-sejbiet definittivi ta' dan il-proċediment mar-rieżami fil-kuntest tal-iskadenza li jissemma fil-premessa 6. |
1.4. Il-partijiet interessati
(13) |
Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jikkuntattjawha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni avżat speċifikament lill-ilmentatur, lill-produtturi esportaturi kkonċernati u lill-awtoritajiet Ċiniżi, lill-importaturi magħrufa, lill-fornituri, lill-utenti u lill-operaturi tas-suq li kien magħruf li kienu mħassbin dwar it-tnedija tal-investigazzjoni, u stednithom biex jipparteċipaw. |
(14) |
Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar it-tnedija tal-investigazzjoni u li jitolbu seduta ta' smigħ mal-Kummissjoni u / jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali. |
1.5. Produtturi f'pajjiżi analogi
(15) |
Il-Kummissjoni infurmat ukoll lill-produtturi fl-Indoneżja dwar it-tnedija u stednithom sabiex jipparteċipaw. Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati li hija kkunsidrat lill-Indoneżja bħala pajjiż terz b'ekonomija tas-suq (“il-pajjiż analogu”) skont it-tifsira tal-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku. Ma kienx hemm indikazzjonijiet fil-fajl li juru li possibilment kient qed isseħħ il-produzzjoni taċ-ċiklamat tas-sodju f'pajjiżi terzi oħra. |
1.6. Kampjunar
(16) |
Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li hija tista' tistħarreġ b'kampjunar lill-importaturi kkonċernati skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. |
(17) |
Biex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-importaturi mhux relatati biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu. |
(18) |
Tliet importaturi mhux relatati pprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jkunu inklużi fil-kampjun. Fid-dawl tal-għadd baxx ta' importaturi involuti, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-kampjunar ma kienx meħtieġ. |
1.7. Formola ta' talba għal trattament ta' ekonomija tas-suq (“TES”)
(19) |
Għall-għanijiet tal-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni bagħtet formoli ta' talba għal TES lil żewġ produtturi esportatur fir-RPĊ. |
1.8. Tweġibiet għall-kwestjonarju
(20) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-uniku produttur fl-Unjoni, liż-żewġ produtturi esportaturi Ċiniżi kkonċernati u lil tliet importaturi mhux relatati. |
(21) |
It-tweġibiet għall-kwestjonarju waslu mingħand l-uniku produttur tal-Unjoni, minn wieħed miż-żewġ produtturi esportaturi Ċiniżi kkonċernati (inklużi tnejn mill-uffiċċji relatati tiegħu għall-bejgħ bl-esportazzjoni f'Hong Kong) u minn żewġ importaturi mhux relatati. It-tieni produttur esportatur Ċiniż kkonċernat kien waqqaf il-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott ikkonċernat qabel il-perjodu tal-investigazzjoni, u għaldaqstant ma kienx jolqtu l-kwestjonarju għall-perjodu tal-investigazzjoni. |
1.9. Żjarat ta' verifika
(22) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li hija qieset bħala meħtieġa sabiex jiġi stabbilit id-dumping, id-dannu li jirriżulta u l-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta' verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku saru fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:
|
1.10. Il-perjodu tal-investigazzjoni u l-perjodu kkunsidrat
(23) |
L-investigazzjoni dwar id-dumping u d-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta' April 2014 sal-31 ta' Marzu 2015 (“il-perjodu tal-investigazzjoni”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2011 sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”). |
2. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI
2.1. Il-prodott ikkonċernat
(24) |
Il-prodott ikkonċernat huwa ċ-ċiklamat tas-sodju li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jiġi prodott miż-żewġ produtturi esportaturi kkonċernati u li bħalissa jaqa' taħt il-kodiċi NM 2929 90 00 (il-kodiċi TARIC 2929900010) (“il-prodott ikkonċernat”). |
(25) |
Iċ-ċiklamat tas-sodju huwa prodott bażiku użat bħala addittiv tal-ikel u jintuża ħafna bħala dolċifikant mill-industrija tal-ikel kif ukoll mill-produtturi ta' dolċifikanti għal fuq il-mejda b'kaloriji baxxi u tad-dieta. Jintużaw ukoll volumi żgħar mill-industrija farmaċewtika. |
(26) |
Iċ-ċiklamat tas-sodju huwa sustanza kimikament pura. Madankollu, bħal kif huwa l-każ għal kull kimika pura, dan jista' jkun fih proporzjon żgħir ta' impuritajiet f'ammonti ta' mg/kg fil-prodott. Il-kwantità tal-impuritajiet, stabbilita mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, tiddefinixxi l-kwalità taċ-ċiklamat tas-sodju. Iċ-ċiklamat tas-sodju jista' jinstab f'żewġ forom differenti: idrat (HC), bi 15 % ta' umdità; u anidru (AC), b'kontenut ta' umdità ta' mhux aktar minn 1 %. Dawn iż-żewġ forom taċ-ċiklamat tas-sodju li għandhom l-istess karatteristiċi u użi ewlenin; ivarjaw biss fil-grad ta' ħlewwa; it-tip tal-HC huwa inqas ħelu minħabba l-kontenut tal-ilma. Il-prezzijiet ivarjaw minħabba l-istess raġuni. It-tip tal-AC huwa aktar għali milli fil-forma tal-HC. Iż-żewġ forom għalhekk jinħtieġ li jitqiesu bħala prodott wieħed għall-finijiet ta' dan il-proċediment. |
2.2. Il-prodott simili
(27) |
L-investigazzjoni wriet li dawn il-prodotti għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:
|
(28) |
Għaldaqstant il-Kummissjoni kkonkludiet li dawn il-prodotti huma prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
3. ID-DUMPING
3.1. Kummenti preliminari
(29) |
Wieħed mill-produtturi esportaturi kkonċernati, Fang Da Food Additive (Shen Zhen) Limited, waqqaf il-produzzjoni tiegħu tal-prodott ikkonċernat fl-2012. Għalhekk, Fang Da Food Additive (Yang Quan) Limited biss ippreżentat l-formola ta' talba għal TES u l-kwestjonarju bit-tweġibiet. |
(30) |
L-uffiċjali tal-Kummissjoni żaru lill-Da Food Additive (Shen Zhen) Limited sabiex jivverifikaw li l-kumpanija waqqfet il-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott ikkonċernat, u nstab li hekk kien. Għaldaqstant l-analiżi dwar id-dumping kienet ibbażata fuq id-dejta ppreżentata minn Fang Da Food Additive (Yang Quan). |
(31) |
Madankollu, meta wieħed iqis ir-relazzjoni bejn iż-żewġ kumpaniji li jappartjenu għall-grupp Fang Da u li jappartjenu għall-istess kumpanija omm, is-sejbiet huma applikabbli għaż-żewġ kumpaniji li jikkostitwixxu l-grupp Fang Da. |
3.2. Trattament ta' Ekonomija tas-Suq (“TES”)
(32) |
Il-Kummissjoni vvalutat it-talba tal-produttur esportatur għal TES u wettqet ukoll żjara ta' verifika fil-bini tiegħu. |
(33) |
Skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, fl-investigazzjonijiet antidumping li jikkonċernaw l-importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ, il-valur normali għandu jiġi ddeterminat skont il-paragrafi minn 1 sa 6 tal-Artikolu msemmi għal dawk il-produtturi esportaturi li nstabu li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku. |
(34) |
L-investigazzjoni stabbilixxiet li l-produttur esportatur li talab għal TES ma weriex li jissodisfa l-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku. |
(35) |
B'mod aktar speċifiku, ġie stabbilit li t-tieni kriterju kif stabbilit fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku ma ġiex issodisfat, peress li t-transazzjonijiet ta' kontabbiltà ma kinux irreġistrati fuq il-bażi tad-dovuti. Barra minn hekk, ma kien hemm l-ebda preżentazzjoni ġusta rigward il-qagħda finanzjarja tal-kumpanija. Il-Kummissjoni identifikat ukoll kwistjoni dwar it-trattament kontabilistiku għall-proprjetà, għall-impjant u għat-tagħmir. Barra minn hekk, ġie stabbilit li ċerti spejjeż ma kienet rikonoxxuta l-ebda dispożizzjoni. Fl-aħħar nett instab, li ma saret l-ebda konsolidazzjoni fir-rapporti finanzjarji fil-livell (prinċipali) korrett. |
(36) |
Il-Kummissjoni għaddiet is-sejbiet marbutin mat-TES lill-produttur esportatur, lill-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat u lill-industrija tal-Unjoni. Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar is-sejbiet u li jitolbu seduta ta' smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali. |
(37) |
Wara l-iżvelar, il-produttur esportatur ikkonċernat ressaq il-kummenti tiegħu, u kkuntesta s-sejbiet kollha ta' hawn fuq. Il-kummenti li waslu ġew analizzati, madankollu ma kinux tali li jistgħu jbiddlu s-sejbiet preliminari tal-Kummissjoni, u l-produttur esportatur ġie infurmat b'dan fil-11 ta' April 2016. Wara l-iżvelar finali, il-produttur esportatur żamm l-oġġezzjonijiet tiegħu mingħajr ma pprovda aktar evidenza jew argumenti. |
(38) |
Bħala konklużjoni, il-produttur esportatur ikkonċernat ma setax juri li ssodisfa l-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku u għaldaqstant it-talba tiegħu għal TES ġiet miċħuda. |
3.3. Pajjiż analogu
(39) |
F'konformità mal-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali kellu jiġi ddeterminat abbażi tal-prezzijiet f'ekonomija tas-suq xierqa ta' pajjiż terz, jew il-prezz minn tali pajjiż terz għal pajjiżi oħra, inkluża l-Unjoni, jew, fejn dan ma kienx possibbli, fuq xi bażi oħra raġonevoli, inkluż il-prezz imħallas realment jew li għandu jitħallas fl-Unjoni għall-prodott simili, aġġustat b'mod xieraq jekk meħtieġ biex jinkludi marġini ta' profitt raġonevoli. |
(40) |
Ingħatat attenzjoni xierqa sabiex tiġi identifikata ekonomija tas-suq ta' pajjiż terz ħalli jiġu stabbiliti l-prezzijiet jew il-valur maħdum bil-ħsieb li jiġi stabbilit valur normali. |
(41) |
Kif imsemmi fil-premessa 15, il-Kummissjoni infurmat fin-Notifika ta' Bidu lill-partijiet interessati li hija kkunsidrat lill-Indoneżja bħala pajjiż analogu xieraq u stiednet lill-partijiet interessati sabiex jikkummentaw. Ma wasal l-ebda kumment. Il-Kummissjoni fittxet il-kooperazzjoni min-naħa tal-produtturi fl-Indoneżja. L-ittri u l-kwestjonarji rilevanti ntbagħtu lil tliet produtturi esportaturi Indoneżjani magħrufin. |
(42) |
Inizjalment, produttur esportatur Indoneżjan ppreżenta ruħu u wera x-xewqa tiegħu li jikkoopera. Il-Kummissjoni talbet lil din il-kumpanija sabiex timla l-kwestjonarju għall-produtturi taċ-ċiklamat tas-sodju f'pajjiż analogu. Ma waslet l-ebda tweġiba. |
(43) |
Skont l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, il-produzzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat isseħħ biss fl-Unjoni, fir-RPĊ u fl-Indoneżja. Ma kienx hemm indikazzjonijiet fil-fajl li juru li possibilment kienet qed isseħħ il-produzzjoni taċ-ċiklamat tas-sodju f'pajjiżi terzi oħra. |
3.4. Valur normali
(44) |
Kif spjegat fil-premessi 40–43 hawn fuq, l-ebda produttur f'pajjiż analogu ma kkoopera. |
(45) |
Għalhekk, skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali kellu jiġi stabbilit fuq xi bażi raġonevoli oħra. F'dan is-sens, il-Kummissjoni tqis li hu raġonevoli li tibbaża l-valur normali fuq dejta vverifikata dwar il-prezzijiet u l-ispejjeż tal-produttur tal-Unjoni. |
(46) |
Il-prodott simili kien inbiegħ mill-industrija tal-Unjoni fi kwantitajiet rappreżentattivi. Madankollu, il-bejgħ domestiku tal-industrija tal-Unjoni kien qed jagħmel it-telf. Għalhekk, il-valur normali ġie bbażat fuq l-ispejjeż ta' manifattura tal-industrija tal-Unjoni flimkien ma' ammont raġonevoli għall-ispejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (BĠA) u għall-profitt. Il-BĠA ġew ddeterminati abbażi tad-dejta vverifikata mill-produttur tal-Unjoni. Ir-rata ta' profitt miżjuda kienet identika għall-profitt fil-mira użat għall-kalkolu tal-prezz mingħajr dannu tal-industrija tal-Unjoni (ara l-premessi 174–177 hawn taħt). |
3.5. Il-prezz tal-esportazzjoni
(47) |
L-esportazzjonijiet kollha lejn l-Unjoni tal-produttur esportatur ikkonċernat saru permezz ta' kumpaniji kummerċjali tiegħu tal-esportazzjoni f'Ħong Kong, u l-bejgħ kollu tal-Unjoni sar lil klijenti mhux relatati tal-Unjoni. Il-prezz tal-esportazzjoni għalhekk ġie maħdum abbażi tal-prezzijiet li bih il-prodott importat reġa' nbiegħ mill-ġdid għall-ewwel darba lill-klijenti indipendenti tal-produttur esportatur ikkonċernat fl-Unjoni, skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti adegwati fil-prezz għall-ispejjeż kollha sostnuti minħabba l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, inklużi l-ispejjeż tal-BĠA, u għall-profitti, li ġew iddeterminati abbażi ta' dejta vverifikata minn żewġ importaturi mhux relatati. |
3.6. Tqabbil
(48) |
Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produttur esportatur li kkoopera fuq bażi ta' prezz mill-fabbrika. |
(49) |
Fejn dan kien iġġustifikat mill-ħtieġa li jiġi żgurat tqabbil ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u / jew il-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u t-tqabbil tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. |
(50) |
Ġew mogħtija aġġustamenti adegwati għat-trasport, għall-assigurazzjoni, għall-ġestjoni, għat-tagħbija u għall-ispejjeż anċillari, u ddaħħlu t-tariffi bankarji fejn instab li kienu raġonevoli, eżatti u appoġġati minn evidenza vverifikata. |
3.7. Kummenti dwar id-dumping minn partijiet interessati wara l-iżvelar
(51) |
Il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet kollha bil-fatti u bil-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kellha l-ħsieb timponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet taċ-ċiklamat tas-sodju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jiġu prodotti minn Fang Da Food Additive (Shen Zhen) Limited u Fang Da Food Additive (Yang Quan) Limited. Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jikkummentaw dwar l-iżvelar definittiv. Fejn kien xieraq il-kummenti ppreżentati mill-partijiet interessati ġew ikkunsidrati u tqiesu. |
(52) |
Wara l-iżvelar, Fang Da argumentat li kien diskriminatorju li l-valur normali tagħha jiġi ddeterminat abbażi tad-dejta tal-produttur tal-Unjoni, filwaqt li f'waħda mill-investigazzjonijiet preċedenti dwar l-importazzjonijiet taċ-ċiklamat tas-sodju li joriġinaw, fost l-oħrajn, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, il-valur normali kien ġie bbażat fuq dejta mill-Indoneżja, bħala l-pajjiż analogu (11). L-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku jipprevedi ż-żewġ metodi f'ordni ġerarkiku, li jiddependi fuq iċ-ċirkostanzi fattwali ta' kull investigazzjoni. Il-metodu tal-pajjiż analogu huwa l-ewwel wieħed. Kif spjegat fil-premessi minn 40 sa 43, minkejja l-isforzi estensivi tal-Kummissjoni, ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni minn xi produttur f'pajjiż analogu f'din l-investigazzjoni, filwaqt li fl-investigazzjoni preċedenti l-Indoneżja kkooperat. Għaldaqstant, kif intqal fil-premessa 45, il-valur normali kellu jkun bbażat fuq id-dejta tal-Unjoni bħala bażi raġonevoli f'konformità mal-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku. Għaldaqstant, l-argument ġie miċħud abbażi taċ-ċirkostanzi fattwali ta' din l-investigazzjoni. |
(53) |
Barra minn hekk, Fang Da sostniet ukoll li valur normali bbażat fuq id-dejta tal-produttur tal-Unjoni wassal għal marġini ogħla ta' dumping (88,7 %), filwaqt li valur normali bbażat fuq l-Indoneżja bħala pajjiż analogu f'waħda mill-investigazzjonijiet (12) preċedenti wassal għal marġini ta' dumping iktar baxx (jiġifieri 14,2 %, apparagun tat-88,7 % ta' Fang Da). Id-determinazzjoni tal-valur normali allegatament ma kinitx raġonevoli f'dan il-każ minħabba li l-prezzijiet tal-esportazzjoni fiż-żewġ każijiet ma kinux differenti b'mod sinifikanti. |
(54) |
L-ewwel nett, Fang Da, sabiex tissostanzja d-dikjarazzjoni tagħha, ma pparagunatx il-prezz tal-esportazzjoni. F'kull każ, iż-żewġ każijiet jirreferu għal perjodi differenti ta' investigazzjoni, li jagħmel qarrieqi l-paragun bejn il-prezzijiet tal-esportazzjoni. It-tieni, kif ġie spjegat fil-premessa 52 hawn fuq, fin-nuqqas ta' kooperazzjoni minn kull pajjiż analogu, il-valur normali ġie ddeterminat fuq kull bażi raġonevoli oħra u b'mod partikolari fuq id-dejta mill-produttur tal-Unjoni, skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku. L-argument ġie miċħud abbażi taċ-ċirkostanzi fattwali ta' din l-investigazzjoni. |
(55) |
Barra minn hekk, il-produttur esportatur ikkonċernat allega li kien diskriminatorju li d-dazju tiegħu (EUR 1,17 għal kull kilo) jiġi bbażat fuq il-marġini ta' dannu, filwaqt li d-dazju (minn EUR 0,23 sa EUR 0,26 għal kull kg) fuq il-bqija tal-importazzjonijiet Ċiniżi (13) jiġi bbażat fuq il-marġini ta' dumping. Huwa reġa' afferma li din id-differenza fid-dazji mhix imwieżna b'xi differenza sinifikanti fil-prezzijiet medji tal-importazzjoni u li din ippremjat in-nuqqas ta' kooperazzjoni ta' produtturi esportaturi Ċiniżi oħra suġġetti għal proċediment ieħor li jirrigwarda l-istess prodott. |
(56) |
L-ewwel nett, ta' min ifakkar li, jekk id-dazju jissejjisx fuq il-marġini ta' dumping jew fuq il-marġini ta' dannu jiġi stabbilit fuq ir-regola tad-dazju inferjuri fl-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku (ara l-premessa 182 hawn taħt). Għalhekk, ma huwiex dipendenti fuq il-metodu għad-determinazzjoni tal-valur normali. It-tieni, diġà ġie spjegat fil-premessi 52 u 54 li l-użu ta' pajjiż analogu f'investigazzjoni, u l-użu tad-dejta tal-Unjoni f'oħra, ma kinux jikkostitwixxu trattament diskriminatorju. It-tielet, id-differenza fid-dazji tal-produttur esportatur ikkonċernat u tal-produtturi esportaturi Ċiniżi li ma kkooperawx hija r-riżultat ta' proċedimenti separati relatati ma' perjodi differenti skont il-kundizzjonijiet tar-Regolament bażiku. Għaldaqstant, l-argument ġie miċħud. |
(57) |
Abbażi ta' dan ta' hawn fuq, l-ebda kumment wara l-iżvelar finali ma biddel is-sejbiet dwar id-dumping. |
3.8. Marġini tad-dumping
(58) |
Il-Kummissjoni qabblet il-medja ponderata tal-prezz tal-esportazzjoni għal kull tip ta' prodott mal-valur normali medju peżat għal kull tip ta' prodott, skont l-Artikolu 2(11) u 2(12) tar-Regolament bażiku. |
(59) |
Fuq din il-bażi, il-marġnijiet medji peżati ta' dumping, mogħtija bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:
|
4. DANNU
4.1. Kumment preliminari
(60) |
Billi l-industrija tal-Unjoni tikkonsisti minn produttur wieħed biss, u dan il-proċediment jikkonċerna grupp wieħed biss ta' produtturi esportaturi Ċiniżi, l-indikaturi tad-dannu u d-dejta tal-importazzjoni kellhom jiġu indiċjati sabiex tiġi żgurata l-kunfidenzjalità ta' dejta kummerċjali sensittiva. |
4.2. Id-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni
(61) |
Il-prodott simili kien immanifatturat minn produttur wieħed biss tal-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni, li għalhekk jikkostitwixxi l-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. |
4.3. Il-konsum tal-Unjoni
(62) |
Iċ-ċiklamat tas-sodju huwa prodott biss fl-Unjoni, fiċ-RPĊ u fl-Indoneżja. Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-konsum tal-Unjoni fuq il-bażi tal-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni, flimkien mal-volum tal-importazzjonijiet taċ-ċiklamat tas-sodju mill-PPĊ u l-Indoneżja. Minħabba li l-importazzjonijiet taċ-ċiklamat tas-sodju minn dawn iż-żewġ pajjiżi kienu soġġetti għal miżuri matul il-perjodu kkunsidrat, il-Kummissjoni użat l-istatistika miġbura skont l-Artikolu 14(6) (14) tar-Regolament bażiku (“il-bażi tad-dejta tal-Artikolu 14(6)”) sabiex jiġu stabbiliti l-volum u l-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet minn dawn iż-żewġ pajjiżi matul il-perjodu kkunsidrat, peress li kien fiha biżżejjed informazzjoni ddettaljata fil-livell ta' kodiċi TARIC b'10 figuri u kodiċijiet addizzjonali TARIC. |
(63) |
Wara l-iżvelar, il-produttur esportatur kkonċernat ippreżenta d-dejta l-ġdida tal-esportazzjoni Ċiniża li turi, matul il-perjodu kkunsidrat, il-volumi ta' importazzjoni minn produtturi esportaturi Ċiniżi, ħlief ta' Fang Da li kienu ogħla mid-dejta tal-bażi tad-dejta tal-Artikolu 14(6). Il-produttur esportatur madankollu ma żvelax is-sors eżatt ta' din id-dejta l-ġdida jew, apparti li ppreżenta ċifri differenti, ma tax raġunni l-għaliex warrab id-dejta użata f'din l-investigazzjoni dwar importazzjonijiet attwali li jinsabu fil-bażi tad-dejta tal-Artikolu 14(6). Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma biddlitx is-sors tad-dejta użata f'din l-investigazzjoni. |
(64) |
Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 1 Il-konsum tal-Unjoni
|
(65) |
Il-konsum taċ-ċiklamat tas-sodju fl-Unjoni l-ewwel naqas b'7 % bejn l-2011 u l-2013, u żdied fil-perjodu sussegwenti. Il-konsum matul il-perjodu tal-investigazzjoni laħaq bejn wieħed u ieħor l-istess livell bħal tal-2011. |
4.4. L-importazzjonijiet minn Fang Da
(66) |
Sabiex ikun hemm konsistenza fid-dejta matul il-perjodu kollu kkunsidrat, il-Kummissjoni użat l-istess sors ta' informazzjoni ta' hawn fuq — il-bażi tad-dejta tal-Artikolu 14(6) — sabiex tistabbilixxix il-volum u x-xejriet tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet minn Fang Da. Din id-dejta ġiet kontorverifikata maċ-ċifri pprovduti mill Fang Da fit-tweġibiet tagħha tal-kwestjonarju, u nstab li kienet konsistenti. |
4.4.1. Volum u sehem fis-suq
(67) |
L-importazzjonijiet ta' Fang Da fl-Unjoni żviluppaw kif ġej: Tabella 2 Il-volum tal-importazzjonijiet u s-sehem mis-suq
|
(68) |
L-importazzjoni oġġett ta' dumping minn Fang Da żdiedu b'61 % matul il-perjodu kkunsidrat. L-ewwel naqsu b'16 % mill-2011 sal-2012, iżda wara dawn kważi rduppjaw mill-2012 sal-perjodu tal-investigazzjoni. L-ishma tas-suq segwew l-istess xejra, b'żieda sostanzjali globali ta' 60 %. |
(69) |
Fl-2014 u matul il-perjodu ta' investigazzjoni, Fang Da saret l-akbar fornitur fis-suq tal-Unjoni, b'sehem fis-suq ftit ogħla mill-importazzjonijiet l-oħra kollha f'daqqa, u ħafna ogħla minn mis-sehem fis-suq tal-industrija tal-Unjoni. |
(70) |
Wara l-iżvelar, il-produttur esportatur ikkonċernat sostna li abbażi tad-dejta l-ġdida dwar l-esportazzjoni Ċiniża, iż-żieda tiegħu fl-esportazzjoni lejn l-Unjoni kienet ikkumpensata sew mit-tnaqqis fil-bejgħ tal-esportaturi Ċiniżi l-oħra, u dan jikkontradixxi s-sejbiet tal-investigazzjoni abbażi tad-dejta fil-bażi tad-dejta tal-Artikolu 14(6). Kif imsemmi fil-premessa 63 hawn fuq, il-produttur esportatur ikkonċernat ma weriex li d-dejta l-ġdida li ppreżenta dwar il-produtturi esportaturi Ċiniżi, apparti ta' Fang Da, kienet aktar kredibbli mid-dejta użata f'din l-investigazzjoni, għaldaqstant dawn id-dikjarazzjonijiet ġew miċħudin. |
4.4.2. Prezzijiet tal-importazzjonijiet minn Fang Da u t-twaqqigħ tal-prezz
(71) |
Il-prezz medju tal-importazzjonijiet minn Fang Da lejn l-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 3 Prezzijiet tal-importazzjoni (EUR/kg)
|
(72) |
Il-prezz medju tal-importazzjoni ta' Fang Da tal-prodott ikkonċernat naqas b'1 % matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, l-ewwel żdied b'10 % mill-2011 sal-2012, imbagħad naqas b'14-il punt tal-indiċi mill-2012 sal-2014, u fl-aħħar żdied bi tliet (3) punti tal-indiċi bejn l-2014 u l-perjodu tal-investigazzjoni. |
(73) |
Fl-2011 u fl-2012, il-prezzijiet tal-importazzjoni ta' Fang Da kienu, bħala medja, ogħla minn prezzijiet ta' importazzjoni oħra (stabbiliti fuq l-istess sors ta' informazzjoni u inklużi d-dazji antidumping), iżda fl-2013 kienu ugwali għal tal-aħħar u tbaxxew aktar minn dawn il-prezzijiet fl-2014 u fil-perjodu ta' investigazzjoni. |
(74) |
Il-Kummissjoni stabbilixxiet it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu tal-investigazzjoni fuq il-bażi tad-dejta ta' FDYQ u d-dejta tal-produttur tal-Unjoni billi qabblet:
|
(75) |
It-tqabbil tal-prezzijiet sar skont it-tip ta' prodott, aġġustat kif dovut fejn meħtieġ. Ir-riżultat tat-tqabbil ingħata bħala perċentwal tal-fatturat tal-produttur tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Dan wera marġini ta' twaqqigħ tal-prezz b'medja peżata ta' 19,1 %. |
4.5. Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
4.5.1. Kummenti ġenerali
(76) |
Il-produzzjoni taċ-ċiklamat tas-sodju tikkonsisti minn żewġ stadji ta' produzzjoni prinċipali. Matul l-ewwel fażi, li jenħtieġ l-użu ta' reatturi, il-materja prima tinbidel f'ċiklamat tas-sodju mhux raffinat (mhux pur). Matul it-tieni fażi tal-produzzjoni, iċ-ċiklamat tas-sodju mhux raffinat għandu bżonn jiġi ppurifikat qabel ma jkun jista' jintuża, minħabba r-regoli rilevanti regolatorji, minn industriji alimentari, tax-xorb jew farmaċewtiċi aktar 'l isfel fil-katina ta' attivitajiet. |
(77) |
Minħabba inċident tekniku li seħħ f'Lulju 2011 (splużjoni f'fabbrika), l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx twettaq l-ewwel fażi tal-produzzjoni — il-proċess ta' reazzjoni — bejn Awwissu 2011 u Mejju 2012, u kellha temporanjament tiddependi fuq l-importazzjoni taċ-ċiklamat tas-sodju li hija kompliet tippurifika sabiex tkun tista' żżomm l-attivitajiet kummerċjali tagħha. |
(78) |
Minħabba li produttur tal-Unjoni ma kellu l-ebda għażla oħra ħlief li temporanjament jiddependi fuq l-importazzjonijiet, u minħabba t-tul ta' żmien limitat u l-volum ta' importazzjonijiet matul il-perjodu kkunsidrat, dan l-inċident u l-konsegwenzi tiegħu ma jinvalidawx il-konklużjonijiet ta' hawn fuq rigward id-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Dan madankollu kellu impatt importanti fuq is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni għas-snin 2011–2012, jiġifieri fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat, b'mod partikolari fir-rigward tal-kapaċità, tal-produzzjoni u tal-volum tal-bejgħ, kif ukoll tal-indikaturi ta' profittabbiltà. Kellu wkoll impatt — għalkemm żgħar — fuq l-iżvilupp tal-importazzjonijiet. Dawn l-elementi jittieħdu inkonsiderazzjoni meta jiġi analizzat l-iżvilupp tal-indikaturi tad-dannu. |
(79) |
F'dan il-kuntest u skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-analiżi tal-impatt tal-importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping fl-industrija tal-Unjoni kien jinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li influwenzaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Sabiex jiġi stabbilit id-dannu, il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi ekonomiċi abbażi tad-dejta relatata mal-uniku produttur tal-Unjoni li jikkostitwixxi l-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. |
(80) |
L-indikaturi ekonomiċi tal-uniku produttur tal-Unjoni, li ġew evalwati mill-Kummissjoni, huma kif ġej: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-utilizzazzjoni tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, il-kost lavorattiv, il-kobor tal-marġini ta' dumping u l-irkupru minn dumping imgħoddi, il-prezzijiet medji ta' unità, il-kostijiet ta' unità, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investiment, ir-redditu fuq l-investiment u l-abbiltà li jiġi ġġenerat il-kapital. |
4.5.2. L-indikaturi tad-dannu
4.5.2.1. Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità
(81) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità matul il-perjodu kkunsidrat żviluppaw kif ġej: Tabella 4 Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità
|
(82) |
Il-produzzjoni inġenerali żdiedet b'57 % matul il-perjodu kkunsidrat. Kif spjegat fil-premessi 77 ta' hawn fuq u 83 ta' hawn taħt, il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni madankollu kienet inqas minn tas-soltu, fl-2011–2012. Bejn l-2013 u l-perjodu ta' investigazzjoni, il-livell ta' produzzjoni naqas sew, bi 32 punt tal-indiċi. |
(83) |
Il-kapaċità ta' produzzjoni żdiedet ukoll b'mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat (b'71 %), iżda din ix-xejra hija spjegata mill-ġdid minn livell mhux normalment baxx fl-2011 u fl-2012 li rriżulta minn inċident tekniku fil-faċilitajiet ta' produzzjoni. Il-kapaċità kienet ikkalkulata abbażi tax-xhur li matulhom l-industrija tal-Unjoni setgħet tipproduċi ċ-ċiklamat tas-sodju tagħha stess, li kienu seba' (7) xhur biss fl-2011, tmien (8) xhur fl-2012 u 12-il xahar għall-perjodi l-oħra. Sa mill-2013 il-livell tal-kapaċità tal-produzzjoni baqa' f'livell stabbli sal-perjodu tal-investigazzjoni. |
(84) |
Ir-rata ta' użu tal-kapaċità naqset bi 8 % bejn l-2011 u l-perjodu tal-investigazzjoni, iżda segwiet xejra sinifikanti 'l isfel sa mill-2013, li huwa konformi mat-tnaqqis fil-volum tal-produzzjoni. |
4.5.2.2. Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq
(85) |
Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw hekk matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 5 Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq
|
(86) |
Il-volum tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni u s-sehem mis-suq korrispondenti segwew l-istess xejra matul il-perjodu kkunsidrat. Dawn żdiedu b'mod globali b'4 %. |
(87) |
Billi ż-żewġ ċifri jirriflettu biss il-bejgħ taċ-ċiklamat tas-sodju prodott mill-industrija tal-Unjoni stess, il-livelli tal-2011 u tal-2012 kienu baxxi aktar mis-soltu minħabba r-raġunijiet imsemmija fil-premessi 77 u 83 ta' hawn fuq. Sa mill-2013, minn meta l-produzzjoni taċ-ċiklamat tas-sodju tagħha stess kienet reġgħet ġiet stabbilita b'mod permanenti, il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 42 punt tal-indiċi minħabba t-telf ta' ordnijiet. |
(88) |
Is-sehem mis-suq naqas ukoll b'mod sinifikanti bejn l-2013 u l-perjodu tal-investigazzjoni. Dan jikkuntrasta mal-iżvilupp kemm tal-konsum fl-Unjoni, li żdied bi 8 punti tal-indiċi kif ukoll mal-importazzjonijiet ta' Fang Da, li komplew jiżdiedu wkoll u komplew iżidu s-sehem tas-suq tagħhom matul dawn it-tliet snin. |
4.5.2.3. Tkabbir
(89) |
Is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni tjiebet bejn l-2011 u l-2013 meta hija kienet kapaċi żżid il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, il-bejgħ u s-sehem mis-suq. Din iż-żieda seħħet minħabba żewġ fatturi: (i) iż-żieda tad-dazji antidumping għal ċerti produtturi esportaturi tar-RPĊ, li rduppjaw f'Mejju 2012 u (ii) il-fatt li l-industrija tal-Unjoni reġgħet kienet f'pożizzjoni li tipproduċi ċ-ċiklamat tas-sodju tagħha stess matul it-12-il xahar tal-2013, apparagun ta' seba' (7) xhur fl-2011 u tmien (8) xhur fl-2012 biss. |
(90) |
Li kieku ma seħħitx l-isplużjoni f'Lulju 2011, il-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-bejgħ u ċ-ċifri tas-sehem mis-suq kienu jkunu ħafna ogħla fl-2011 u fl-2012, ġaladarba l-industrija tal-Unjoni setgħet tipprovdi lill-klijenti tagħha ċ-ċiklamat tas-sodju tagħha stess minflok wieħed importat li kienet tkompli tipproċessa (tippurifika) bejn Awwissu 2011 u Mejju 2012. B'riżultat ta' dan, iż-żieda fil-produzzjoni, fil-bejgħ u tas-sehem mis-suq ta' bejn l-2011 u l-2013 kienu jkunu ferm iżgħar, filwaqt li l-kapaċità ta' produzzjoni kienet saħansitra tibqa' fil-livell li kellha fl-2013 matul il-perjodu kollu kkunsidrat. Mill-2013 sal-perjodu tal-investigazzjoni x-xejriet relatati mal-volum imsemmijin hawn fuq inqalbu kompletament, ħlief għall-kapaċità tal-produzzjoni. Għalkemm mill-2013 il-konsum tal-Unjoni kellu t-tendenza li jiżdied, l-industrija tal-Unjoni daħlet f'fażi ta' tnaqqis fir-ritmu ekonomiku. Fl-istess ħin, il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni baqgħet negattiva sew matul il-perjodu kollu kkunsidrat, li ostakolat il-prospetti tagħha ta' tkabbir. |
4.5.2.4. Impjiegi u produttività
(91) |
L-impjiegi u l-produttività żviluppaw hekk matul il-perjodu kunsidrat: Tabella 6 Impjiegi u produttività
|
(92) |
Minkejja li ma kinitx kapaċi tipproduċi ċ-ċiklamat tas-sodju tagħha stess bejn Awwissu 2011 u Mejju 2012, l-industrija tal-Unjoni ddeċidiet li żżomm l-impjiegi kostanti f'dan il-perjodu, peress li kwalunkwe tnaqqis kien meqjus bħala għoli wisq u bla bżonn. Għalkemm fl-2012 ingħata s-sensja impjegat, il-livell tal-impjiegi ma nbidilx bejn l-2011 u l-2012 minħabba li l-industrija tal-Unjoni impjegat fl-istess sena impjegat ġdid. L-għadd ta' impjegati żdied bi ftit fl-2013, u mbagħad baqa' stabbli sal-perjodu tal-investigazzjoni. |
(93) |
Minħabba l-isplużjoni fil-fabbrika, il-produttività tal-industrija tal-Unjoni kienet affettwata bħal kif kienu affettwati l-indikaturi ekonomiċi l-oħra ppreżentati hawn fuq. Il-produttività, bħall-produzzjoni, kienet eċċezzjonalment baxxa fl-2011 u fl-2012, u mbagħad żdied b'mod qawwi bi kważi 80 punt tal-indiċi fl-2013. Minn dak iż-żmien 'l hawn madankollu, minħabba t-telf ta' ordnijiet, din naqset bi 30 punt tal-indiċi fl-2014, u baqgħet f'dan il-livell sal-perjodu tal-investigazzjoni. |
4.5.2.5. Id-daqs tal-marġini tad-dumping u l-irkupru minn dumping tal-imgħoddi
(94) |
Il-marġini tad-dumping kien ferm ogħla mil-livell de minimis. L-impatt tad-daqs tal-marġini attwali tad-dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien sostanzjali, meta jitqies il-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet minn Fang Da. |
(95) |
Il-miżuri antidumping kontra l-importazzjonijiet ta' produtturi esportaturi Ċiniżi u Indoneżjani oħra ilhom fis-seħħ mill-2004. F'dan il-kuntest, ta' min isemmi li l-livell tad-dazju antidumping, li kien impost fl-investigazzjoni oriġinali fuq żewġ produtturi esportaturi Ċiniżi differenti minn Fang Da, instab li ma ma kienx biżżejjed sabiex ipatti għad-dumping li kien ta' dannu għall-industrija tal-Unjoni. B'riżultat ta' dan, id-dazju antidumping għal dawn il-produtturi esportaturi Ċiniżi, f'Mejju 2012 kien aktar milli rduppjat, kif spjegat fil-premessa 2 ta' hawn fuq. Fid-dawl tal-analiżi attwali, huwa ċar li għadu qed iseħħ dumping. |
4.5.2.6. Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet
(96) |
Il-prezzijiet tal-bejgħ medji għal kull unità tal-uniku produttur tal-Unjoni lill-klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw hekk matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 7 Prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni
|
(97) |
Il-prezz medju tal-bejgħ għal kull unità tal-industrija tal-Unjoni żdied b'6 % matul il-perjodu kkunsidrat. L-ewwel żdied b'5 punti tal-indiċi bejn l-2011 u l-2012, u mbagħad baqa' stabbli sal-perjodu tal-investigazzjoni. |
(98) |
L-ispiża medja tal-produzzjoni għal kull unità tal-industrija tal-Unjoni żdiedet b'7 punti tal-indiċi bejn l-2011 u l-2012, u mbagħad naqset b'10 punti tal-indiċi fl-2013 apparagun tal-2012. Sa mill-2013 din baqgħet f'livell stabbli sal-perjodu tal-investigazzjoni. Dan it-tibdil irriżulta prinċipalment mill-fluttwazzjoni fl-ispejjeż tal-materja prima. |
(99) |
Rigward dan ta' hawn fuq, jinħtieġ li wieħed isemmi li l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tissepara b'mod preċiż l-ispejjeż tal-purifikazzjoni mit-total tal-ispejjeż ta' produzzjoni. Bħala riżultat, l-indiċijiet tal-2011 u tal-2012, bil-kontra tal-indiċijiet tal-2013, tal-2014 u tal-perjodu tal-investigazzjoni, jirriflettu wkoll l-ispejjeż ta' purifikazzjoni taċ-ċiklamat tas-sodju li kien importat mill-industrija tal-Unjoni. |
(100) |
Fid-dawl ta' hawn fuq, l-interpretazzjoni tax-xejriet bejn l-2011–2012 u l-perjodi sussegwenti jinħtieġ li ssir bi prudenza peress li l-iżvilupp tagħhom kien influwenzat — għalkemm bi ftit biss — minħabba li l-indiċijiet tal-2011–2012 kienu bbażati fuq settijiet differenti ta' dejta. |
(101) |
F'kull każ, matul il-perjodu kollu kkunsidrat, il-prezz medju tal-bejgħ għal kull unità dejjem kien taħt l-ispejjeż medji tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni għal kull unità stipulati fit-tabella ta' hawn fuq. |
4.5.2.7. Kostijiet lavorattivi
(102) |
Il-kostijiet lavorattivi medji tal-uniku produttur tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 8 Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat
|
(103) |
Il-kostijiet lavorattivi medji naqsu b'5 % matul il-perjodu kollu kkunsidrat. L-ispejjeż madankollu, l-ewwel żdiedu b'27 % fl-2012 — prinċipalment minħabba li ġie kkumpensat impjegat li ngħata s-sensja — u mbagħad kienu qed jonqsu b'mod kostanti sal-perjodu tal-investigazzjoni meta waqgħu b'5 % taħt il-livell li kellhom fl-2011. |
4.5.2.8. Inventarji
(104) |
Il-livelli tal-istokk tal-uniku produttur tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 9 Inventarji
|
(105) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, l-istokkijiet tal-għeluq murija bħala perċentwal tal-produzzjoni, varjaw b'mod sinifikanti. Dawn l-ewwel żdiedu bejn l-2011 u l-2012, imbagħad naqsu fis-sena ta' wara, u fl-aħħar żdiedu b'mod sinifikanti sal-perjodu tal-investigazzjoni. Kumplessivament, tul il-perjodu kkunsidrat dawn żdiedu bi 351 punt tal-indiċi. Sa ċertu punt, din iż-żieda seħħet għax il-produttur tal-Unjoni ma kienx kapaċi jbigħ il-prodotti tiegħu għax kien qed jikkompeti ma' importazzjonijiet bi prezzijiet baxx, iżda hija wkoll ir-riżultat ta' livelli ta' stokkijiet baxxi fl-2011 wara l-inċident tekniku spjegat fil-premessa 77 ta' hawn fuq. |
4.5.2.9. Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investiment, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital
(106) |
Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-uniku produttur tal-Unjoni żviluppaw matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej: Tabella 10 Profittabbiltà, fluss tal-flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti
|
(107) |
Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni billi uriet il-profitt nett ta' qabel it-taxxa tal-bejgħ taċ-ċiklamat tas-sodju lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta' dan il-bejgħ. Kif imsemmi fil-premessa 99 ta' hawn fuq, l-ispiża tal-produzzjoni użata biex jiġi stabbilit il-livell tal-profitt/telf għall-2011–2012 setgħet tiġi stabbilita biss b'mod ġenerali, jiġifieri billi jiddaħħlu wkoll l-ispejjeż relatati maċ-ċiklamat tas-sodju impurtat. Abbażi ta' dan, l-analiżi taċ-ċifri dwar il-profittabbiltà wrew li l-industrija tal-Unjoni ġġenerat telf sinifikanti matul il-perjodu kollu kkunsidrat. Kienu partikolarment għoljin fl-2011–2012, iżda s-sitwazzjoni mill-2013 tjiebet. |
(108) |
Il-fluss tal-flus nett huwa l-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tiffinanzja hija stess l-attivitajiet tagħha. Ix-xejra tal-fluss tal-flus nett, stabbilita apparagun tal-bejgħ kollu (15) taċ-ċiklamat tas-sodju, inbidlet minn waħda pożittiva fl-2011 għal waħda ferm negattiva bejn l-2012 u l-perjodu tal-investigazzjoni. |
(109) |
L-uniċi investimenti sinifikanti saru fl-2011–2013, u dawn jikkonċernaw biss is-sostituzzjoni tal-għodda tal-produzzjoni li ġiet affettwata mill-isplużjoni tal-2011. Dawn l-investimenti kienu kompletament koperti bil-polza tal-assigurazzjoni. |
(110) |
Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt muri bħala perċentwal tal-valur kontabilistiku tal-assi fissi. Dan kien ferm negattiv tul il-perjodu kollu kkunsidrat. |
(111) |
Minħabba l-livell ta' telf li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni, il-kapaċità tagħha li tiġġenera kapital kienet affettwata serjament. |
4.5.3. Konklużjoni dwar id-dannu
(112) |
Għalkemm xi indikaturi ekonomiċi li jappartenu għas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni bħalma huma l-produzzjoni, il-kapaċità ta' produzzjoni, il-bejgħ, is-sehem mis-suq u l-produttività tjiebu bejn l-2011–2012 u 2013, dawn it-tendenzi kienu influwenzati, b'mod parzjali biss, mill-iżviluppi ta' suq ġenwin li rriżultaw mill-impożizzjoni ta' dazji antidumping ogħla għal ċerti produtturi esportaturi mir-RPĊ f'Mejju 2012. |
(113) |
Fil-fatt, kif issemma fil-premessa 89 ta' hawn fuq, dan it-titjib jista' jiġi spjegat sa ċertu punt: (i) mill-isplużjoni fil-fabbrika f'Lulju 2011, (ii) mill-fatt li l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tipproduċi ċ-ċiklamat tas-sodju tagħha stess minħabba din l-isplużjoni bejn Awwissu 2011 u Mejju 2012, u (iii) billi fl-2013 reġa' ġie għal kif kien il-proċess ta' produzzjoni għal 12-il xahar sħaħ wara li l-linji tal-produzzjoni ġew mibdulin wara li nqerdu. Evidentement, iż-żieda ta' dawn l-indikaturi sal-2013 kienet tkun ferm inqas li kieku din l-isplużjoni ma seħħitx. |
(114) |
L-evoluzzjoni pożittiva tat-tendenzi msemmijin hawn fuq evidentement inbidlet mill-2013 'l hawn, peress li l-produzzjoni, il-bejgħ u l-produttività tal-industrija tal-Unjoni, kif ukoll is-sehem mis-suq tagħha maru għall-agħar sostanzjalment. |
(115) |
Barra minn hekk, matul il-perjodu kollu kkunsidrat, is-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni baqgħet f'qagħda prekarja b'mod permanenti. B'mod partikolari, l-indikaturi tal-industrija tal-Unjoni bħall-profittabbiltà, il-fluss tal-flus u r-redditu fuq l-investimenti, kollox ma' kollox wrew riżultati negattivi ħafna. |
(116) |
Abbażi ta' dak li ntqal aktar 'il fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni sofriet ħsara materjali skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku. |
(117) |
Il-produttur esportatur ikkonċernat, fil-kummenti tiegħu wara l-iżvelar finali, ikkuntesta l-konklużjoni fil-premessa 115 li l-profittabbiltà, il-fluss tal-flus u r-redditu fuq l-investimenti esponew dannu ġaladarba żviluppaw b'mod pożittiv bejn l-2013 u l-perjodu tal-investigazzjoni. |
(118) |
Il-Kummissjoni tinnota li għalkemm tul il-perjodu kkunsidrat il-livell tat-telf, il-fluss tal-flus negattiv u r-redditu fuq l-investiment tabilħaqq żdiedu bi ftit, il-livelli tagħhom kienu xorta waħda ferm negattivi għall-2013, għall-2014 u għall-perjodu tal-investigazzjoni. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-ebda wieħed mill-fatturi ta' dannu ma huwa deċiżiv fih nnifisu, iżda kollha huma analizzati flimkien. Għalhekk l-asserzjoni qed tiġi miċħuda. |
(119) |
Barra minn hekk, Fang Da argumentat li l-perjodu kkunsidrat ma kienx rappreżentattiv għax kien affettwat minn żewġ fatturi ewlenin, jiġifieri, id-dejta kollha tal-2011 u tal-2012 kienet distorta, u l-perjodu li kien fadal mill-2013 sal-perjodu tal-investigazzjoni kien qasir wisq. |
(120) |
Fir-rigward tal-ewwel fattur, Fang Da argumentat li d-dejta kollha tal-2011 u tal-2012 statistikament ma setgħetx tintuża u trid tiġi injorati f'kull analiżi dwar id-dannu minħabba r-raġunijiet li ġejjin:
|
(121) |
Rigward il-punt (i) ta' hawn fuq, Fang Da ma wrietx għaliex jew kif l-investigazzjoni preċedenti kienet immodifikat id-dejta tal-industrija tal-Unjoni għal dak il-perjodu. Għaldaqstant, dan l-argument kellu jitwarrab mill-Kummissjoni fil-valutazzjoni tagħha tal-asserzjonijiet ta' hawn fuq. |
(122) |
Rigward il-punt (ii) ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tirrikonoxxi b'mod ċar li l-isplużjoni kellha impatt fuq l-indikaturi ekonomiċi tal-industrija tal-Unjoni fl-2011–2012 u, kif imsemmi fil-premessa 78 hawn fuq, dawn l-elementi kienu debitament ikkunsidrati meta ġie analizzat l-iżvilupp tal-indikaturi tad-dannu. Ta' min ifakkar ukoll li l-Kummissjoni kkonkludiet fil-premessa 114 ta' hawn fuq li l-qagħda tal-industrija tal-Unjoni evidentement kompliet sejra għall-agħar sa mill-2013, jiġifieri wara l-perjodu bejn l-2011 u l-2012. B'riżultat ta' dan, din l-asserzjoni kellha tiġi miċħuda. |
(123) |
Fir-rigward tat-tieni element, Fang Da ddikjarat li l-bqija tal-perjodu kkunsidrat, mill-2013 sal-2014 u l-perjodu tal-investigazzjoni, ma kenux biżżejjed sabiex jinġibdu konklużjonijiet sinifikanti dwar id-dannu. Il-produttur esportatur ikkonċernat ma ssostanzjatx l-asserzjoni tiegħu. Għall-perjodu tal-investigazzjoni, s-sejba tad-dannu saret abbażi ta' analiżi tax-xejriet tal-indikaturi tad-dannu matul il-perjodu kkunsidrat. Għaldaqstant, din l-asserzjoni kellha tiġi miċħuda wkoll. |
(124) |
B'żieda ma' dan ta' hawn fuq, Fang Da ddikjarat ukoll li l-2013 ma setgħetx tintuża bħala s-sena ta' referenza għall-valutazzjoni tad-dannu minħabba li ċ-ċifri tal-2013 kienu eċċezzjonalment għoljin. Dan kien allegatament ikkawżat minn klijenti tal-industrija tal-Unjoni, li wara l-isplużjoni ma setgħux jixtru ċ-ċiklamat tas-sodju u, meta l-produzzjoni reġgħet ġiet għal li kienet, reġgħu lura lejn l-industrija tal-Unjoni sabiex iżżidu l-livelli tal-istokkijiet tagħhom. |
(125) |
L-ewwel nett, dan l-argument huwa bbażat fuq sempliċi allegazzjoni li ma tistax tiġi ssostanzjata, ġaladarba Fang Da ma ppreżentat l-ebda evidenza li, bħala riżultat tal-isplużjoni, l-industrija tal-Unjoni tilfet għadd sinifikanti mill-klijenti tagħha li ddeċidew li jerġa' lura b'aktar ordnijiet fl-2013. Fit-tieni, l-evidenza ddokumentata ma tissostanzjax din l-allegazzjoni. Għall-kuntrarju, turi li fl-2011–2012, il-perjodu li matulu hija ma setgħetx tipproduċi ċ-ċiklamat tas-sodju tagħha stess, l-industrija tal-Unjoni żammet il-klijenti tagħha u kompliet tipprovdihom b'ċiklamat tas-sodju impurtat, li kompla jiġi pproċessat, kif imsemmi fil-premessa 77 ta' hawn fuq. Għaldaqstant, din l-asserzjoni kellha tiġi wkoll miċħuda. |
5. KAWŻALITÀ
(126) |
Skont l-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping minn Fang Da kkawżawx dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. Skont l-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk fatturi magħrufa oħrajn setgħux fl-istess ħin ikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni żgurat li kwalunkwe dannu possibbli kkawżat minn fatturi oħra għajr l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn Fang Da ma ġiex attribwit għall-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn Fang Da. |
5.1. Effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping minn Fang Da
(127) |
L-investigazzjoni wriet li hemm korrelazzjoni qawwija bejn il-prezzijiet tal-importazzjoni ta' Fang Da, is-sehem mis-suq tagħha u s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Din hija spjegata fit-tabella li ġejja: Tabella 11 Prezzijiet tal-importazzjoni u s-sehem mis-suq
|
(128) |
Fil-perjodu mill-2011 sal-2012 il-prezzijiet tal-importazzjoni ta' Fang Da lejn l-Unjoni żdiedu b'10 % u s-sehem mis-suq tagħha naqas bi 18 %. Fil-perjodu ta' wara mill-2013 sal-perjodu ta' investigazzjoni, madankollu, Fang Da ġestiti sabiex tirdoppja sehemha tas-suq billi tnaqqas b'mod sinifikanti l-prezzijiet tagħha. |
(129) |
Mill-2012 sal-2013 Fang Da l-ewwel naqqset il-prezzijiet tagħha b'5 % u allinjathom mal-prezzijiet l-oħra tal-importazzjonijiet Ċiniżi. Dawn tal-aħħar kienu wkoll affettwati, minn Mejju 2012, minn żieda sinifikanti fid-dazji antidumping applikabbli għal produttur esportatur Ċiniż kbir, żvilupp li huwa muri fit-tabella ta' hawn fuq bil-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi inklużi d-dazji antidumping. Mill-2012 sal-2013 dan l-allinjament fil-prezz wassal għal żieda sinifikanti tas-sehem mis-suq ta' Fang Da, b'37 punt tal-indiċi, u seħħ prinċipalment għad-dannu ta' importazzjonijiet Ċiniżi oħrajn li s-sehem tagħhom mis-suq naqas b'31 punt tal-indiċi. |
(130) |
Mill-2013 sal-2014 Fang Da kompliet tnaqqas il-prezzijiet tagħha b'9 punti tal-indiċi, biex laħqu livell ta' prezz orħos minn dak ta' importazzjonijiet Ċiniżi oħrajn, bir-riżultat li s-sehem mis-suq tagħha reġa' żdied b'mod sinifikanti bi 42 punt tal-indiċi. Din id-darba dan seħħ direttament għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni li s-sehem mis-suq tagħha naqas bi 53 punt tal-indiċi matul l-istess perjodu. |
(131) |
Kif indikat fil-premessa 75 ta' hawn fuq, il-marġini ta' twaqqigħ il-prezz stabbilit għal Fang Da kien konsiderevoli. Minħabba l-volum dejjem jikber ta' importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping minn Fang Da bi prezzijiet li jwaqqgħu b'mod sinifikanti dawk tal-industrija tal-Unjoni, l-industrija tal-Unjoni ma kinitx f'qagħda li tibbenefika miż-żieda tad-dazji antidumping għal produttur esportatur Ċiniż ieħor fl-2012, u ma setgħetx tikseb lura s-sehem li kellha mis-suq. |
(132) |
Abbażi ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn Fang Da kkontribwew b'mod sinifikanti għad-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku. |
5.2. L-effetti ta' fatturi oħra
5.2.1. L-importazzjonijiet minn produtturi esportaturi oħra ħlief minn Fang Da
(133) |
Il-volum ta' importazzjonijiet minn produtturi esportaturi oħra ħlief minn Fang Da żviluppaw kif ġej: Tabella 12 Indiċi tal-volum tal-Importazzjoni
|
(134) |
Il-volum tal-importazzjonijiet mill-Indoneżja kien baxx fl-2011 u fl-2012, kien baxx ħafna fl-2013 u negliġibbli fl-2014 u fil-perjodu tal-investigazzjoni. Għaldaqstant għalkemm varja ħafna matul il-perjodu kkunsidrat, l-impatt tiegħu fuq l-industrija tal-Unjoni jista' jitqies bħala limitat ħafna mill-2011 sal-2012 u bħala insinifikanti mill-2013 sal-perjodu tal-investigazzjoni. |
(135) |
Il-volum tal-importazzjonijiet minn produtturi Ċiniżi minbarra Fang Da naqas bi 23 % matul il-perjodu kkunsidrat. L-ewwel żdied b'14 % bejn l-2011 u l-2012, u minn dak iż-żmien 'il hawn naqas b'mod sinifikanti, b'mod partikolari bi tnaqqis ferm qawwi ta' 41 punt tal-indiċi mill-2012 sal-2013. |
(136) |
Minkejja dan it-tnaqqis globali, l-importazzjonijiet Ċiniżi l-oħra baqgħu f'livell sinifikanti, li kien qrib ħafna għal-livell ta' Fang Da. Anki jekk il-prezzijiet medji tagħhom — inklużi d-dazji antidumping applikati fuqhom — kienu bħala medja naqra ogħla minn ta' Fang Da, xorta kienu għadhom ta' livell baxx, u ferm aktar baxxi mill-prezzijiet tal-Unjoni. Għalhekk, jista' jiġi konkluż li, matul il-perjodu kkunsidrat, l-importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi tal-produtturi Ċiniżi minbarra ta' Fang Da kkontribwew għas-sitwazzjoni dannuża tal-industrija tal-Unjoni. |
(137) |
Kif spjegat fil-punt 5.1 ta' hawn fuq, is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni li kompliet tiħżien sa mill-2013 kienet minħabba l-volum dejjem jikber ta' importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping u bi prezz baxx minn Fang Da. Għaldaqstant, l-effetti tal-importazzjonijiet minn produtturi oħra minbarra minn Fang Da, anki jekk ikkontribwew għad-dannu, mhumiex tali li jiksru r-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping minn Fang Da u d-dannu materjali li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni. |
5.2.2. Inċident tekniku (splużjoni) fil-fabbrika tal-industrija tal-Unjoni
(138) |
Kif kien diġà spjegat fil-premessi 77 u 83 ta' hawn fuq, kien hemm splużjoni fil-fabbrika tal-industrija tal-Unjoni f'Lulju 2011, li minħabba fiha l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx twettaq il-proċess ta' reazzjoni biex b'hekk tipproduċi u tbigħ iċ-ċiklamat tas-sodju tagħha stess bejn Awwissu 2011 u Mejju 2012. |
(139) |
In-nuqqas ta' kapaċità li tipproduċi ċ-ċiklamat tas-sodju tagħha stess kellu impatt negattiv fuq l-indikaturi ekonomiċi tal-industrija tal-Unjoni bejn Awwissu 2011 u Mejju 2012. Tabilħaqq, pereżempju, il-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-bejgħ, is-sehem mis-suq u ċ-ċifri tal-produttività kienu jkunu ogħla f'dak il-perjodu, li kieku ma seħħx l-inċident, peress li l-industrija tal-Unjoni setgħet tipprovdi lill-klijenti tagħha biċ-ċiklamat tas-sodju tagħha stess minflok dak impurtat li kienet qed tippurifika u tbigħu mill-ġdid bejn Awwissu 2011 u Mejju 2012. |
(140) |
Minkejja li l-indikaturi ekonomiċi tal-industrija tal-Unjoni msemmijin hawn fuq ġew affettwati minħabba n-nuqqas ta' kapaċità tagħha li tipproduċi ċ-ċiklamat tas-sodju tagħha stess bejn Awwissu 2011 u Mejju 2012, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-isplużjoni fil-fabbrika ma kkontribwixxietx b'mod sinifikanti għad-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni bejn l-2013 u l-perjodu tal-investigazzjoni. |
(141) |
Tabilħaqq, diġà f'Mejju 2012, l-industrija tal-Unjoni reġgħet kienet totalment kapaċi tipproduċi ċ-ċiklamat tas-sodju tagħha stess, u minn dan iż-żmien 'il hawn, l-isplużjoni ma affettwatx aktar l-attività ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. Bejn l-2013 u l-perjodu tal-investigazzjoni, kienu l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn Fang Da li bdew iħallu impatt dannuż fuq is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. Tajjeb li wieħed jinnota li dan l-impatt negattiv beda jseħħ diversi xhur wara li l-industrija tal-Unjoni biddlet il-linji tal-produzzjoni li nqerdu, u meta l-produzzjoni taċ-ċiklamat tas-sodju tagħha stess reġgħet ġiet totalment kif kienet u ġiet ikkalkulata abbażi ta' ċikli ta' 12-il xahar fl-2013, fl-2014 u fil-perjodu ta' investigazzjoni. |
(142) |
Meta jittieħed inkonsiderazzjoni dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-inċident tekniku, li affettwa l-operazzjonijiet tan-negozju tal-industrija tal-Unjoni bejn Awwissu 2011 u Mejju 2012, ma kisirx ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn Fang Da u s-sitwazzjoni dannuża tal-industrija tal-Unjoni kkawżata minn dawn l-importazzjonijiet bejn l-2013 u l-perjodu tal-investigazzjoni. |
5.2.3. Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni
(143) |
Il-volum tal-esportazzjonijiet tal-produttur tal-Unjoni żviluppa kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 13 Il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni
|
(144) |
Il-bejgħ bl-esportazzjoni kien jirrappreżenta parti sinifikanti tal-volum tal-bejgħ totali tal-industrija tal-Unjoni fil-perjodu kkunsidrat, li jvarja minn madwar 30 % għal madwar 50 %. Il-volumi ta' bejgħ baxx fl-2011–2012 iridu jiġu interpretati fil-kuntest tan-nuqqas ta' kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tipproduċi u tbigħ iċ-ċiklamat tas-sodju tagħha stess bejn Awwissu 2011 u Mejju 2012. Fil-perjodu ta' wara, ladarba l-produzzjoni taċ-ċiklamat tas-sodju reġgħet bdiet, il-bejgħ bl-esportazzjoni l-ewwel żdied b'14-il punt tal-indiċi bejn l-2013 u l-2014, u sussegwentement waqa' bi 32 punt tal-indiċi matul il-perjodu tal-investigazzjoni. |
(145) |
Il-prezzijiet medji tal-bejgħ bl-esportazzjoni kienu qed jiżdiedu matul il-perjodu kkunsidrat, u kienu 8 % ogħla fil-perjodu ta' investigazzjoni apparagun tal-2011. Anki li kieku baqgħu sistematikament inqas mill-ispejjeż medji tal-produzzjoni għal kull unità tal-industirja tal-Unjoni, il-prezzijiet tal-esportazzjoni kienu ogħla milli l-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni, u b'hekk jiġġeneraw livell ferm iktar baxx ta' telf meta mqabbel mal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni. |
(146) |
Minkejja l-fatt li l-bejgħ bl-esportazzjoni kien qed jiġġenera xi telf, il-Kummissjoni xorta kkonkludiet li l-attività tal-esportazzjoni ma kkontribwixxietx b'mod sinifikanti għad-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni. Dan kien minħabba r-raġunijiet li ġejjin: L-ewwel nett, il-volumi ta' bejgħ bl-esportazzjoni naqsu ħafna aktar, kemm f'termini assoluti kif ukoll f'termini relattivi, mill-bejgħ fis-suq tal-Unjoni bejn l-2013 u l-perjodu tal-investigazzjoni. Dan il-bejgħ tal-aħħar ġie partikolarment affettwat sew f'dan il-perjodu mill-volumi kbar ta' importazzjonijiet bi prezz baxx li huma oġġett ta' dumping ta' Fang Da. It-tieni, minħabba l-prezzijiet għoljin tagħhom u għaldaqstant il-marġnijiet ta' telf aktar baxxi, il-bejgħ bl-esportazzjoni ppermetta lill-industrija tal-Unjoni li tnaqqas it-telf globali tagħha li jirriżulta mill-bejgħ tal-prodott simili. |
(147) |
Konsegwentement, fil-fehma tal-Kummissjoni, il-bejgħ bl-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni ma kisirx ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn Fang Da u s-sitwazzjoni dannuża tal-industrija tal-Unjoni kkawżata minn dawn l-importazzjonijiet. |
5.2.4. Konsum
(148) |
Id-dannu ma jistax ikun ir-riżultat ta' bidla fil-mudell tal-konsum peress li d-domanda żdiedet bi ftit bejn l-2011 u l-perjodu tal-investigazzjoni. Matul il-perjodu bejn l-2013 u l-perjodu tal-investigazzjoni meta l-impatt dannuż tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping minn Fang Da kien partikolarment sinifikanti, il-konsum żdied anki bi 8 %, żvilupp li jsaħħaħ il-konklużjoni ta' hawn fuq. |
5.3. Konklużjoni dwar il-kawżalità
(149) |
L-investigazzjoni wriet li l-industrija tal-Unjoni kienet evidentement qed iġġarrab dannu materjali fil-perjodu tal-investigazzjoni. L-industrija tal-Unjoni kienet qed tagħmel telf matul il-perjodu kollu kkonċernat. Barra minn hekk, sa mill-2013, meta l-industrija tal-Unjoni setgħet tipproduċi b'mod normali wara l-inċident li affettwa l-linji tal-produzzjoni tagħha, l-indikaturi tal-volum tad-dannu bħall-produzzjoni, il-bejgħ u s-sehem mis-suq urew sinjali ċari ta' deterjorament. |
(150) |
Dan ikkonċida ma' żieda sinifikanti ta' importazzjonijiet oġġett ta' dumping ta' Fang Da bi prezzijiet baxxi, li fil-bidu rnexxielhom ineħħu minn posthom importazzjonijiet Ċiniżi oħrajn, u mbagħad ħadu f'idejhom is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni. Għaldaqstant hemm rabta ċara ta' kawżalità bejn id-dannu li sofriet l-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping ta' Fang Da. |
(151) |
Il-Kummissjoni ddistingwixxiet u sseparat l-effetti tal-fatturi magħrufa kollha dwar is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping. Xi fatturi oħra bħall-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni u l-inċident tekniku fil-fabbrika kkontribwixxew għal dan id-dannu. Dawn l-effetti, anki f'daqqa, tqiesu madankollu bħala insinifikanti apparagun tal-impatt tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping. Minħabba l-volum u l-livell tal-prezzijiet, l-importazzjonijiet minn produtturi esportaturi Ċiniżi oħra, madankollu, instab li kkontribwixxew b'mod sinifikanti għal dan id-dannu. |
(152) |
Minkejja dan, fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni kien ikkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta' dumping minn Fang Da, u li l-fatturi l-oħra ma kissrux ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping ta' Fang Da u d-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni. Id-dannu jikkonsisti prinċipalment fit-telf tal-produzzjoni, tal-volum tal-bejgħ u tas-sehem mis-suq, b'mod partikolari mill-2013 'l hawn, kif ukoll fit-telf finanzjarju u fil-prestazzjoni ħażina tal-indikaturi finanzjarji l-oħra kollha bħalma huma l-fluss tal-flus u r-redditu fuq l-investimenti. |
(153) |
Skont il-kummenti li waslu minn Fang Da wara l-iżvelar, l-analiżi tal-Kummissjoni dwar il-kawżalità kienet żbaljata, ma kinitx sħiħa u kien fiha purament suppożizzjonijiet li mhumiex ibbażati fuq il-fatti. F'dan il-kuntest, Fang Da, speċifikament ddikjarat li l-importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi tal-produtturi Ċiniżi minbarra ta' Fang Da, u d-dannu awtokkaġunat b'riżultat tal-splużjoni fil-fabbrika kienu aktar minn biżżejjed biex jiksru r-rabta ta' bejn l-importazzjonijiet minn Fang Da u d-dannu kkawżat minn dawn l-importazzjonijiet lill-industrija tal-Unjoni. |
(154) |
Din l-allegazzjoni madankollu ma kinitx issostanzjata minn xi evidenza li turi li l-Kummissjoni ma ddistingwixxietx u sseparat biżżejjed l-effetti tal-fatturi magħrufin kollha dwar is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping. Il-Kummissjoni tabilħaqq analizzat adegwatament l-effetti tal-importazzjonijiet minn produtturi esportaturi oħra għajr minn Fang Da, kif spjegat fit-taqsima 5.2.1. Barra minn hekk, l-użu tad-dejta tal-bażi tad-dejta tal-Artikolu 14(6) minflok tad-dejta l-ġdida tal-esportazzjoni Ċiniża li tressqet wara l-iżvelar diġà ġie indirizzat fil-premessi 63 u 70. Id-dejta tal-bażi tad-dejta tal-Artikolu 14(6) ma tissostanzjax id-dikjarazzjoni ta' Fang Da li ż-żieda fl-esportazzjonijiet ta' Fang Da lejn l-Unjoni kienet aktar milli kkuntrastata bit-tnaqqis fil-bejgħ ta' esportaturi Ċiniżi oħrajn. Għalhekk, l-istqarrijiet imsemmija hawn fuq dwar l-impatt tal-importazzjonijiet minn produtturi esportaturi oħra għajr Fang Da ma jistgħux jiġu aċċettati. |
(155) |
Il-Kummissjoni analizzat adegwatament wkoll l-effetti tal-isplużjoni fil-fabbrika tal-industrija tal-Unjoni taħt it-taqsima 5.2.2 ta' hawn fuq u waslet għall-konklużjoni li minkejja li laqtet lill-industrija tal-Unjoni fl-2011 u fl-2012, ma kisritx ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn Fang Da u d-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni. Għaldaqstant, din it-talba għandha tiġi miċħuda. |
(156) |
Fang Da sostnew ukoll li l-impatt ta' superdolċifikanti oħra, bħall-aċesulfam potassiku u l-aspartam, kien wieħed mill-fatturi u r-raġuni reali għall-iżvilupp negattiv tas-suq tal-Unjoni għaċ-ċiklamat tas-sodju, u kien kontributur ferm sinifikanti għal kull dannu li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet, fattur li kien imissu ġie analizzat mill-Kummissjoni. Dawn l-allegazzjonijiet ma ġewx sostnuti minn xi evidenza oħra ħlief mir-referenzi għas-sejbiet tal-Kummissjoni fil-proċedimenti li jikkonċernaw l-importazzjonijiet tal-aċesulfam potassiku u tal-aspartam (16). |
(157) |
Jinħtieġ li wieħed ifakkar li l-uniku produttur fl-Unjoni taċ-ċiklamat tas-sodju la jipproduċi l-aċesulfam potassiku, u lanqas l-aspartam, għaldaqsant il-produttur tal-Unjoni ma kienx parti mill-industrija tal-Unjoni kif definita fiż-żewġ proċedimenti antidumping li jirrigwardaw dolċifikanti oħra. Għaldaqstant, is-sejbiet dwar l-impatt tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping tal-aċesulfam potassiku u tal-aspartam fuq is-sitwazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni tal-aċesulfam potassiku u tal-aspartam ma jkollu l-ebda effett fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni f'dan il-proċediment. F'kull każ, l-asserzjoni mhux issostanzjata li l-aċesulfam potassiku huwa prodott konkorrenti preferibbli għaċ-ċiklamat tas-sodju u li kkontribwixxa b'mod sinifikanti ħafna għal kull dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni, għandha normalment tidher bħala tnaqqis fil-konsum taċ-ċiklamat tas-sodju. Kif deskritt fil-premessi minn 64 to 65, matul il-perjodu kkunsidrat, il-konsum tal-Unjoni taċ-ċiklamat tas-sodju laħaq bejn wieħed u ieħor l-istess livell tal-2011, u dan ma kienx ikun il-każ li kieku, kif allegat, l-aċesulfam potassiku ssostitwixxa ċ-ċiklamat tas-sodju bħala prodott konkorrenti ppreferut. Għaldaqstant, fin-nuqqas ta' kwalunkwe evidenza sostanzjata li tikkontradixxi s-sejbiet tal-Kummissjoni kif spjegat fil-premessa 148, l-asserzjoni ta' Fang Da għandha tiġi miċħuda. |
6. L-INTERESS TAL-UNJONI
(158) |
F'konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk setgħetx b'mod ċar tikkonkludi li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li tadotta miżuri f'dan il-każ, minkejja li ġie stabbilit dumping dannuż. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq ir-rikonoxximent ta' bosta interessi involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi u tal-utenti. |
6.1. L-interess tal-industrija tal-Unjoni
(159) |
L-investigazzjoni stabbilixxiet li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali kkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta' dumping ta' Fang Da. L-industrija tal-Unjoni ma kinetx f'qagħda li tibbenefika bis-sħiħ mill-impożizzjoni ta' dazji antidumping kontra l-Indoneżja u l-esportaturi Ċiniżi l-oħra, inkluża ż-żieda fid-dazji antidumping fl-2012. Il-politika aggressiva fl-ipprezzar u ż-żieda mis-sehem fis-suq li rriżultat minn Fang Da sa mill-2013 kkawżaw tnaqqis konsiderevoli fil-volum tal-bejgħ u fis-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni minkejja l-preżenza ta' miżuri antidumping fuq importazzjonijiet mir-RPĊ u mill-Indoneżja. |
(160) |
L-impożizzjoni tal-miżuri kontra l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping minn Fang Da mistennija tħalli lill-industrija tal-Unjoni tikkompeti mal-importazzjonijiet b'kundizzjonijiet ġusti tas-suq. Dan għandu jtaffi minn fuq l-industrija l-pressjoni tal-prezzijiet li attwalment il-volumi sostanzjali ta' importazzjonijiet ta' Fang Da qed jeżerċitaw fuq is-suq tal-Unjoni. Huwa biss taħt dawn iċ-ċirkostanzi li l-industrija tal-Unjoni tkun kapaċi żżid il-prezzijiet, il-produzzjoni u l-volum tal-bejgħ tagħha. |
(161) |
Fin-nuqqas ta' miżuri, il-pressjoni tal-prezzijiet mill-importzzjonijiet oġġett ta' dumping f'volumi sostanzjali ta' Fang Da hija mistenni li tkompli tiddeterjora l-qagħda tal-industrija tal-Unjoni li diġà hija ferm prekarja. Dan fl-aħħar mill-aħħar se jġiegħel lill-industrija tal-Unjoni biex twaqqaf il-produzjoni taċ-ċiklamat tas-sodju kompletament, bil-konsegwenza li jintilfu l-impjiegi u sorsi alternattivi ta' provvista fl-Unjoni. |
(162) |
Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li l-impożizzjoni ta' dazji antidumping fuq l-importazzjonijiet minn Fang Da tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni. |
6.2. L-interess ta' importaturi mhux relatati
(163) |
Il-Kummissjoni rċeviet tweġiba għall-kwestjonarju mingħand żewġ importaturi mhux relatati li jirrappreżentaw biss proporzjon żgħir mill-importazzjonijiet totali minn Fang Da matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Wieħed minn dawn l-importaturi huwa wkoll utent li juża xi kwantitajiet impurtati taċ-ċiklamat tas-sodju sabiex jipproduċi t-taħlitiet li jagħtu ħlewwa tiegħu stess, li mbagħad jinbiegħu lill-kumpaniji tal-ikel u tax-xorb. |
(164) |
Rigward il-bejgħ mill-ġdid taċ-ċiklamat tas-sodju importat minn Fang Da, il-Kummissjoni stabbilixxiet li l-marġnijiet tal-profitt taż-żewġ importaturi mhux relatati huma baxxi. Huwa għalhekk mistenni li l-impożizzjoni ta' miżuri tista' tagħmel din l-attività mhux profittabbli u l-importaturi probabbilment jew jibdlu l-fornituri jew saħansitra jwaqqfu l-attivitajiet relatati tagħhom. Madankollu l-Kummissjoni sabet ukoll li, għaż-żewġ kumpaniji, iċ-ċiklamat tas-sodju kien jirrappreżenta biss proporzjon żgħir ħafna tal-fatturat totali tagħhom. L-impatt tal-impożizzjoni tal-miżuri fuq l-attività globali ta' dawn il-kumpaniji għaldaqstant ma jkunx importanti. L-attività ta' taħlit ta' waħda mill-kumpaniji li kkooperaw uriet ukoll marġnijiet robusti ta' profitt li jistgħu jnaqqsu l-effett tad-dazji antidumping. |
6.3. L-interess tal-utenti
(165) |
Bl-eċċezzjoni tal-importatur ta' hawn fuq li huwa wkoll utent taċ-ċiklamat tas-sodju, il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda tweġiba tal-kwestjonarju mill-utenti. |
(166) |
L-utenti finali ewlenin tal-prodott ikkonċernat / tal-prodott simili fl-Unjoni huma fl-industriji tal-ikel, tax-xorb u farmaċewtiċi. Fl-investigazzjonijiet preċedenti dwar l-importazzjonijiet taċ-ċiklamat tas-sodju minn produtturi oħra minbarra Fang Da, ġie stabbilit li ċ-ċiklamat tas-sodju kien jammonta għal proporzjon baxx ħafna tal-ispejjeż tal-produzzjoni tagħhom. Għalhekk, l-effett tal-impożizzjoni ta' dazji antidumping ma kienx meqjus sinifikanti. Ma hemm l-ebda indikazzjoni li proporzjon sinifikanti ta' ċiklamat tas-sodju importat minn Fang Da jista' jkollu użu aħħari differenti minn dak taċ-ċiklamat tas-sodju impurtat minn produtturi esportaturi oħrajn. Fin-nuqqas ta' xi rappreżentanza tal-ikel, tax-xorb u farmaċewtika f'din l-investigazzjoni, huwa raġonevoli li jiġi konkluż li l-impatt tal-miżuri fuq l-importazzjonijiet minn Fang Da mhux se jkun sinifikanti fuqhom. |
(167) |
Fid-dawl tal-osservazzjoni ta' hawn fuq li, fin-nuqqas ta' miżuri, l-industrija tal-Unjoni tista' tkun imġiegħla twaqqaf il-produzzjoni taċ-ċiklamat tas-sodju u peress li jeżistu biss ftit produtturi taċ-ċiklamat tas-sodju globalment, il-miżuri se jkunu probabbilment ta' benefiċċju għall-utenti, peress li jżommu l-produzzjoni taċ-ċiklamat tas-sodju fl-Unjoni kif ukoll jagħtu għażla minn għejun taċ-ċiklamat tas-sodju magħmul minn produtturi konkorrenti differenti li jipproduċu ċ-ċiklamat tas-sodju. |
(168) |
Wara l-iżvelar, Fang Da argumentat li l-impożizzjoni tal-miżuri antidumping definittivi proposti se tpoġġi l-uniku produttur tal-Unjoni f'pożizzjoni dominanti fis-suq, pożizzjoni li jkun jista' jieħu vantaġġ minnha totalment. |
(169) |
F'dan il-kuntest jinħtieġ li jiġi enfasizzat li, fil-qafas tat-test tal-interess tal-Unjoni, l-ebda kumment dwar kwistjonijiet ta' kompetizzjoni ma wasal mingħand il-partijiet interessati rilevanti skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku. B'mod partikolari, l-ebda utent tal-Unjoni ma bagħat xi kumment f'dan ir-rigward. |
(170) |
Barra minn hekk, minkejja l-miżuri antidumping eżistenti fuq l-importazzjonijiet minn produtturi esportaturi Ċiniżi ħlief minn Fang Da, dawn l-importazzjonijiet komplew b'volum sostanzjali u s-sehem mis-suq tagħhom għadu konsiderevolment ogħla mis-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, mhux probabbli li l-industrija tal-Unjoni tkun kapaċi tikseb jew tieħu vantaġġ minn pożizzjoni dominanti fis-suq fl-Unjoni. Għalhekk, l-istqarrijiet imsemmijin hawn fuq minn Fang Da ġew miċħuda. |
6.4. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
(171) |
Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti biex jiġi konkluż li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li jiġu imposti l-miżuri fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat minn Fang Da. |
7. IL-MIŻURI ANTIDUMPING DEFINITTIVI
(172) |
Fuq il-bażi tal-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Kummissjoni fir-rigward tad-dumping, tad-dannu, tal-kawżalità u tal-interess tal-Unjoni, jinħtieġ li jiġu imposti miżuri sabiex ma jsirx aktar dannu lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet oġġett ta' dumping. |
7.1. Livell ta' eliminazzjoni tad-dannu (marġini ta' dannu)
(173) |
Sabiex jiġi ddeterminat il-livell ta' dawn il-miżuri, il-Kummissjoni l-ewwel stabbilixxiet l-ammont ta' dazju neċessarju sabiex jiġi eliminat id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
(174) |
Id-dannu jiġi eliminat jekk l-industrija tal-Unjoni tkun kapaċi tkopri l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħha u tagħmel profitt qabel it-taxxa mill-bejgħ tal-prodott simili fis-suq tal-Unjoni li jista' jinkiseb b'mod raġonevoli f'kundizzjonijiet normali ta' kompetizzjoni minn industrija ta' dan it-tip fis-settur, jiġifieri fin-nuqqas ta' importazzjonijiet oġġett ta' dumping. |
(175) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, ma kien hemm l-ebda sena li fiha kien hemm kundizzjonijiet bħal dawn. Billi għal kważi għaxar snin, l-industrija tal-Unjoni sofriet telf b'żewġ ċifri, l-istess japplika għal xi perjodu ta' qabel il-perjodu ta' żmien kkunsidrat. |
(176) |
Il-produttur tal-Unjoni kien ippropona li jiħaq il-profitt ta' 10 %. Din iċ-ċifra ma setgħetx tiġi aċċettata bħala l-profitt fil-mira minħabba s-sejbiet msemmijin fil-premessa 175 u minħabba li l-produttur tal-Unjoni ma setax juri li din iċ-ċifra setgħet tintlaħaq taħt kundizzjonijiet kompetittivi tas-suq normali għaċ-ċiklamat tas-sodju, li huwa prodott bażiku li għalih is-suq immatura. |
(177) |
Għalhekk, il-Kummissjoni reġgħet lura għall-profitti fil-mira użati f'investigazzjonijiet oħra marnutin ma' industrija ta' dan it-tip fis-settur. F'investigazzjoni antidumping reċenti li kienet tirrigwarda dolċifikant ieħor, l-aspartam, il-Kummissjoni stabbilixxiet fl-istadju provviżorju (17), li l-profitt fil-mira ta' 5 % — 10 % (firxa mogħtija għal raġunijiet ta' kunfidenzjalità) jikkorrispondi għal dak li jista' jinkiseb f'kundizzjonijiet normali tas-suq u b'kompetizzjoni effettiva mill-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li dan il-profitt fil-mira huwa raġonevoli biex jintuża f'din l-investigazzjoni ukoll. |
(178) |
Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkalkolat il-prezz mhux dannuż ta' prodott simili tal-industrija tal-Unjoni billi żiedet il-marġini ta' profitt fil-mira mal-ispejjeż tal-produzzjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni tal-produttur tal-Unjoni. |
(179) |
Imbagħad, il-Kummissjoni ddeterminat il-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu fuq il-bażi ta' tqabbil tal-prezz ta' importazzjoni medju ponderat tal-produtturi esportaturi kkonċernati, aġġustat kif dovut għall-ispejjeż tal-importazzjoni u d-dazji doganali, kif stabbilit għall-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezzijiet, mal-prezz mingħajr dannu medju ponderat tal-prodott simili mibjugħ mill-produttur tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Kull differenza li tirriżulta minn dan it-tqabbil ingħatat bħala perċentwal tal-valur CIF medju ponderat tal-importazzjoni. Għaldaqstant, il-marġini ta' dannu għall-produtturi esportaturi nstab li kien 61,6 %. |
(180) |
Wara l-iżvelar, il-produttur esportatur kkonċernat sostna li l-profitt fil-mira użat għall-kalkolu tal-eliminazzjoni tad-dannu ma ġiex żvelat. Madankollu, il-Kummissjoni kienet spjegat b'mod ċar fl-iżvelar tagħha li l-profitt fil-mira, kif deskritt fil-premessa 177, seta' jingħata biss bħala firxa għal raġunijiet ta' kunfidenzjalità, u pprovda referenza għal att leġiżlattiv fejn dan ġie deskritt f'aktar dettall. Il-profitt fil-mira ġie żvelat bħala firxa reali, għaliex l-ikkwotar tal-profitt fil-mira eżatt kien jiżvela informazzjoni kunfidenzjali tal-uniku produttur tal-Unjoni tal-aspartam. Għaldaqstant, l-assertzjoni ta' Fang Da għandha tiġi miċħuda. |
(181) |
Wara l-iżvelar, Fang Da sostniet li minħabba li għal kważi għaxar snin, l-industrija tal-Unjoni sofriet telf b'żewġ ċifri, il-profitt fil-mira jew l-ogħla livell ta' profitt li produttur tal-Unjoni kien jistenna li jilħaq fin-nuqqas ta' importazzjonijiet allegatament li huma l-oġġett ta' dumping kien ta' — 10 %. Jinħtieġ li jiġi nnotat li — 10 % mhuwiex profitt, iżda telf, għalhekk l-użu tat-telf bħala profitt fil-mira jkun illoġiku u jmur kontra kull ħsieb ekonomiku peress li dan ma jeliminax jew ineħħi d-dannu. Barra minn hekk, il-fatt li l-industrija tal-Unjoni sofriet telf dovut minħabba perjodu twil ta' importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping minn produtturi esportaturi oħra u mhux minn Fang Da, jiġġustifika l-użu ta' marġini ta' profitt reċenti identifikat f'dan is-settur, kif spjegat fil-premessa 177. Il-Kummissjoni kienet diġà spjegat fil-premessi minn 174 sa 177 l-għaliex fl-investigazzjoni attwali hija użat profitt fil-mira li kien inqas minn kemm il-profitt fil-mira propost mill-produttur tal-Unjoni kif ukoll il-profitt fil-mira użat fil-proċediment antidumping li kien jirrigwarda l-produtturi esportaturi l-oħrajn taċ-ċiklamat tas-sodju. Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, għandu jiġi konkluż li ma hemm l-ebda evidenza li l-għażla tal-Kummissjoni ta' profitt fil-mira ma kinitx raġonevoli, għaldaqstant l-asserzjoni ta' Fang Da għandha tiġi miċħuda. |
7.2. Miżuri definittivi
(182) |
Jinħtieġ li jiġu imposti miżuri antidumping fuq l-importazzjonijiet taċ-ċiklamat tas-sodju prodotti u esportati minn Fang Da, skont ir-regola tad-dazju inferjuri fl-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni qabblet il-marġnijiet tad-dannu u l-marġnijiet tad-dumping. L-ammont tad-dazji jinħtieġ li jkun stabbilit fil-livell il-baxx tal-marġnijiet tad-dumping u tad-dannu. |
(183) |
Fir-rigward tal-forma tal-miżuri, tqies li d-dazju antidumping jinħtieġ li jieħu l-istess forma tad-dazji imposti mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1160 (18) rigward l-importazzjonijiet minn produtturi esportaturi oħra fil-RPĊ u fl-Indoneżja. Biex tiġi żgurata l-effiċjenza tal-miżuri u biex tiġi skoraġġuta l-manipulazzjoni tal-prezzijiet, tqies f'loku li d-dazji jiġu imposti f'forma ta' ammont speċifiku għal kull kilogramm. |
(184) |
Abbażi ta' dak li ntqal hawn fuq, ir-rati ta' dazju antidumping, mogħtija skont il-prezz CIF fil-fruntieri tal-Unjoni, bid-dazji doganali mhux imħallsin, jinħtieġ li jkunu abbażi tal-marġini tad-dannu u kif ġej:
|
(185) |
Ir-rati tad-dazju antidumping ta' kumpaniji individwali speċifikati f'dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tas-sejbiet ta' din l-investigazzjoni. Gћaldaqstant, dawn irriflettew is-sitwazzjoni li nstabet matul din l-investigazzjoni fir-rigward ta' din il-kumpanija. Din ir-rata tad-dazju hija applikabbli esklussivament għall-importazzjonijiet tal-prodott kkonċernat li joriġina mill-pajjiż kkonċernat u li huwa magħmul mill-entità legali msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat immanifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija b'mod speċifiku fil-parti operattiva ta' dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet relatati ma' dawk imsemmijin b'mod speċifiku, għandhom suġġetti għar-rati tad-dazju elenkati taħt l-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1160. |
(186) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Hemm impost dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet taċ-ċiklamat tas-sodju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jiġu prodotti minn Fang Da Food Additive (Shen Zhen) Limited u Fang Da Food Additive (Yang Quan) Limited, li attwalment jaqgħu taħt il-Kodiċi NM ex 2929 90 00 (il-kodiċi TARIC 2929900010).
2. Ir-rati tad-dazju antidumping definittivi applikabbli għall-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u magħmul mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, ikunu kif ġej:
Kumpanija |
Id-dazju antidumping definittiv (euro għal kull kg) |
Kodiċi TARIC addizzjonali |
Fang Da Food Additive (Shen Zhen) Limited, Gong Le Industrial Estate, Xixian County, Bao An, Shenzhen, 518102, ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
EUR 1,17 |
A471 |
Fang Da Food Additive (Yang Quan) Limited, Da Lian Dong Lu, Economic u Technology Zone, Yangquan City, Shanxi 045000, People's Republic of China |
EUR 1,17 |
A472 |
3. F'każijiet fejn il-merkanzija ssirilha ħsara qabel ma tidħol f'ċirkolazzjoni libera, u għalhekk, il-prezz effettivament imħallas jew pagabbli jinqasam proporzjonalment sabiex jiġi ddeterminat il-valur doganali skont l-Artikolu 131 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (19), l-ammont ta' dazju antidumping, ikkalkulat abbażi tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, għandu jitnaqqas b'perċentwal li jikkorrispondi mat-tqassim proporzjonali tal-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas.
4. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Lulju 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 435/2004 tat-8 ta' Marzu 2004 li jimponi dazju definittiv kontra d-dumping u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq importazzjoni taċ-ċiklamat tas-sodju li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fl-Indoneżja (ĠU L 72, 11.3.2004, p. 1).
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 492/2010 tat-3 ta' Ġunju 2010 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet taċ-ċiklamat tas-sodju li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u fl-Indoneżja wara reviżjoni ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 140, 8.6.2010, p.2).
(4) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 398/2012 tas-7 ta' Mejju 2012 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 492/2010 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet taċ-ċiklamat tas-sodju li joriġina, fost l-oħrajn, mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, ĠU L 124, 11.5.2012, p. 1.
(5) WT/DS295/AB/R, id-29 ta' Novembru 2005, AB-2005-6.
(6) Avviż ta' bidu ta' proċediment antidumping fir-rigward tal-importazzjonijiet taċ-ċiklamat tas-sodju li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, limitat għal żewġ produtturi esportaturi Ċiniżi, Fang Da Food Additive (Shen Zhen) Limited u Fang Da Food Additive (Yang Quan) Limited, u ta' bidu ta' rieżami tal-miżuri antidumping fuq l-importazzjonijiet taċ-ċiklamat tas-sodju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU C 50, 17.2.2011, p. 9).
(7) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta' April 2012 li ttemm il-proċediment antidumping dwar l-importazzjonijiet taċ-ċiklamat tas-sodju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, ristrett għal żewġ produtturi esportaturi Ċiniżi, Fang Da Food Additive (Shen Zhen) Limited u Fang Da Food Additive (Yang Quan) Limite (2012/185/UE) (ĠU L 99, 5.4.2012, p. 33).
(8) Notifika ta' bidu dwar ir-rieżami fil-kuntest tal-iskadenza tal-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet taċ-ċiklamat tas-sodju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Indoneżja, (ĠU C 189, 6.6.2015, p. 2).
(9) Notifika ta' bidu ta' proċediment antidumping rigward l-importazzjonijiet taċ-ċiklamat tas-sodju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, ristrett għal Fang Da Food Additive (Shen Zhen) Limited u Fang Da Food Additive (Yang Quan) Limited (ĠU C 264, 12.8.2015, p. 32).
(10) Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta' Settembru 2012 fil-Kawża T-156/11, Since Hardware (Guangzhou) Co., Ltd vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, EU:T:2012:431, il-paragrafu 84.
(11) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 4.
(12) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 4.
(13) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 3.
(14) Il-bażi tad-dejta tal-Artiklu 14(6) fiha dejta dwar l-importazzjoni ta' prodotti suġġetti għal miżuri jew investigazzjonijiet ta' antidumping jew antisussidji, it-tnejn li huma mill-pajjiżi u mingħand il-produtturi esportaturi li jikkonċernahom il-proċediment u minn pajjiżi terzi oħra u produtturi esportaturi oħra, fil-livell ta' kodiċijiet TARIC b'10 figuri u kodiċijiet addizzjonali TARIC.
(15) Bil-kontra tal-bejgħ irrappurtat fit-Tabella 5, il-bejgħ totali msemmi f'din il-premessa jkopri l-bejgħ taċ-ċiklamat tas-sodju tal-industrija tal-Unjoni stess u taċ-ċiklamat tas-sodju bbażat fuq il-materjal importat fl-2011 u fl-2012, li sar kemm fis-swieq tal-Unjoni kif ukoll tal-esportazzjoni.
(16) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1963 tat-30 ta' Ottubru 2015 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-aċesulfam potassiku li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 287, 31.10.2015, p.52) u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/262 tal-25 ta' Frar 2016 li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet tal-aspartam li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 50, 26.2.2016, p.4).
(17) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/262.
(18) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1160 tal-15 ta' Lulju 2016 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet taċ-ċiklamat tas-sodju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Indoneżja wara rieżami fil-kuntest tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (ara l-paġna 49 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(19) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).