Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R1120

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1120 tal-11 ta' Lulju 2016 li jemenda l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2016/4145

    ĠU L 187, 12.7.2016, p. 1–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1120/oj

    12.7.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 187/1


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1120

    tal-11 ta' Lulju 2016

    li jemenda l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-Carbon Black huwa awtorizzat bħala kolorant fil-kożmetiċi skont l-entrata 126 tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009. Il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (l-“SCCS”) wettaq valutazzjoni tar-riskju tal- Carbon Black (nano) u fit-12 ta' Diċembru 2013 (2), adotta opinjoni li fiha kkonkluda li l-użu tal-Carbon Black fil-forma nanostrutturata tiegħu (b'daqs tal-partikula primarja ta' 20 nm jew akbar), b'konċentrazzjoni ta' mhux iktar minn 10 % w/w, bħala kolorant fil-prodotti kożmetiċi ma jippreżenta l-ebda riskju ta' effetti ta' ħsara lill-bniedem wara l-applikazzjoni tiegħu fuq ġilda b'saħħitha u intatta.

    (2)

    Barra minn hekk, f'opinjoni oħra tat-23 ta' Settembru 2014 għall-kjarifika tat-tifsira tat-terminu “applikazzjonijiet/prodotti sprej” għall-forom nano tal-Carbon Black CI 77266, tad-Diossidu tat-Titanju u tal-Ossidu taż-Żingu (3), l-SCCS indika li l-opinjoni tiegħu dwar il-Carbon Black (nano) ma japplikax għal applikazzjonijiet li jistgħu jwasslu biex il-pulmuni tal-konsumatur jiġu esposti għan-nanopartikoli tal-Carbon Black permezz tan-nifs.

    (3)

    Il-konklużjonijiet tal-SCCS japplikaw għall-Carbon Black (nano) bi profil ta' purità u impurità definit. Barra minn hekk, il-kriterji tal-purità stabbiliti għall-Carbon Black mhux nano m'għadhomx aġġornati u għandhom jitneħħew, billi d-Direttiva tal-Kummissjoni 95/45/KE (4) tħassret mid-Direttiva 2008/128/KE (5). Dawk il-kriterji għandhom jiġu ssostitwiti bil-kriterji applikabbli għall-Carbon Black (nano).

    (4)

    Fid-dawl tal-opinjonijiet tal-SCCS imsemmija hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li il-Carbon Black (nano) (skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-SCCS) għandu jkun awtorizzat għall-użu bħala kolorant fil-prodotti kożmetiċi sa konċentrazzjoni massima ta' 10 % w/w, għajr f'applikazzjonijiet li jistgħu jwasslu għall-esponiment tal-pulmuni tal-utent aħħari permezz tan-nifs.

    (5)

    Il-Kummissjoni tqis li l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 għandu jiġi emendat sabiex jiġi adattat għall-progress tekniku u xjentifiku.

    (6)

    Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kożmetiċi,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Lulju 2016.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59.

    (2)  SCCS/1515/13 Reviżjoni tal-15 ta' Diċembru 2015, http://ec.europa.eu/health/scientific_committees/consumer_safety/docs/sccs_o_144.pdf

    (3)  SCCS/1539/14 Reviżjoni tal-25 ta' Ġunju 2015, http://ec.europa.eu/health/scientific_committees/consumer_safety/docs/sccs_o_163.pdf

    (4)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 95/45/KE tas-26 ta' Lulju 1995 li tistabbilixxi kriterji speċifiċi ta' purezza dwar kuluri li jintużaw fl-ikel (ĠU L 226, 22.9.1995, p. 1).

    (5)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/128/KE tat-22 ta' Diċembru 2008 li tippreskrivi l-kriterji speċifiċi tal-purità ta' sustanzi ta' taħlil għall-użu fl-ikel (ĠU L 6, 10.1.2009, p. 20).


    ANNESS

    L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huwa emendat kif ġej:

    Numru ta' referenza

    Identifikazzjoni tas-sustanza

    Kundizzjonijiet

    Kliem li jrid jintuża fil-kundizzjonijiet tal-użu u fit-twissijiet

    Isem Kimiku

    Numru tal-indiċi tal-kulur/Isem fil-Glossarju tal-Ingredjenti Komuni

    Numru CAS

    Numru tal-KE

    Kulur

    Tip ta' prodott, Partijiet tal-ġisem

    Konċentrazzjoni massima fi preparazzjoni lesta għall-użu

    Oħrajn

    a

    b

    c

    d

    e

    f

    g

    h

    i

    j

    “126

    Carbon black

    77266

    1333-86-4, 7440-44-0

    215-609-9, 231-153-3, 931-328-0, 931-334-3

    Iswed

     

     

    Purità > 97 %, bil-profil ta' impurità li ġej: kontenut tal-irmied ≤ 0,15 %, total ta' kubrit ≤ 0,65 %, total ta' PAH ≤ 500 ppb u benżo(a)piren ≤ 5 ppb, dibenż(a,h)antraċen ≤ 5 ppb, total ta' As ≤ 3 ppm, total ta' Pb ≤ 10 ppm, total ta' Hg ≤ 1 ppm.

     

    126a

    Carbon black

    77266 (nano)

    Carbon Black (nano)

    1333-86-4, 7440-44-0

    215-609-9, 231-153-3, 931-328-0, 931-334-3

    Iswed

     

    10 %

    M'għandux jintuża f'applikazzjonijiet li jistgħu jwasslu biex il-pulmuni tal-utent aħħari jkunu esposti permezz tan-nifs.

    Huma permessi biss in-nanomaterjali bil-karatteristiċi li ġejjin:

    Purità > 97 %, bil-profil ta' impurità li ġej: kontenut tal-irmied ≤ 0,15 %, total ta' kubrit ≤ 0,65 %, total ta' PAH ≤ 500 ppb u benżo[a]piren ≤ 5 ppb, dibenż(a,h)antraċen ≤ 5 ppb, total ta' As ≤ 3 ppm, total ta' Pb ≤ 10 ppm, total ta' Hg ≤ 1 ppm;

    Daqs tal-partikuli primarji ≥ 20 nm.”

     


    Top