Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R0988

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/988 tal-20 ta' Ġunju 2016 li jistipula l-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2016 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħin bir-Regolament (KE) Nru 442/2009 fis-settur tal-laħam tal-majjal

    ĠU L 162, 21.6.2016, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/988/oj

    21.6.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 162/8


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/988

    tal-20 ta' Ġunju 2016

    li jistipula l-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2016 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħin bir-Regolament (KE) Nru 442/2009 fis-settur tal-laħam tal-majjal

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188(2) u (3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 442/2009 (2) fetaħ kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur tal-laħam tal-majjal. Il-kwoti li jidhru fl-Anness I, il-parti B tar-Regolament imsemmi huma amministrati skont il-metodu tal-eżami simultanju.

    (2)

    Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Ġunju 2016 għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat 30 ta' Settembru 2016 huma inqas mill-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jixraq li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, u li dawn jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss.

    (3)

    Sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja tal-miżura, jixraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 442/2009, li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2016, jidhru fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Ġunju 2016.

    Għall-Kummissjoni,

    F'isem il-President,

    Jerzy PLEWA

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 442/2009 tas-27 ta' Mejju 2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur tal-laħam tal-majjal (ĠU L 129, 28.5.2009, p. 13).


    ANNESS

    Numru tal-ordni

    Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2016

    (f'kg)

    09.4038

    8 516 250

    09.4170

    1 230 500

    09.4204

    1 156 000


    Top