EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R0963

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/963 tas-16 ta' Ġunju 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 fir-rigward tal-lista ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

C/2016/3797

ĠU L 160, 17.6.2016, p. 50–78 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/963/oj

17.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 160/50


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/963

tas-16 ta' Ġunju 2016

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 fir-rigward tal-lista ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta' lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni ta' operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpanija tal-ajru li topera, u li tħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 (2) stabbilixxa l-lista ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni, kif jissemma fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

(2)

F'konformità mal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, ċerti Stati Membri u l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (“EASA”) għaddew l-informazzjoni rilevanti lill-Kummissjoni fil-kuntest tal-aġġornament ta' dik il-lista. L-informazzjoni rilevanti kienet ikkomunikata wkoll minn pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali. Abbażi ta' dik l-informazzjoni, il-lista għandha tiġi aġġornata.

(3)

Il-Kummissjoni informat lill-kumpaniji tal-ajru kollha kkonċernati, direttament jew permezz tal-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza regolatorja tagħhom, dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li jistgħu jsawru l-bażi għal deċiżjoni li timponilhom projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni jew li tibdel il-kundizzjonijiet ta' projbizzjoni tal-operat imposta fuq kumpanija tal-ajru inkluża fil-lista.

(4)

Il-Kummissjoni tat l-opportunità lill-kumpaniji tal-ajru kkonċernati biex jikkonsultaw id-dokumenti pprovduti mill-Istati Membri, biex jissottomettu kummenti bil-miktub u biex jagħmlu preżentazzjoni bil-fomm lill-Kummissjoni u lill-Kumitat li twaqqaf permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/1991 (3) (il-“Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru”).

(5)

Il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru rċieva aġġornamenti mingħand il-Kummissjoni dwar il-konsultazzjonijiet konġunti li għaddejjin, fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 u tar-Regolament (KE) Nru 473/2006 (4), mal-awtoritajiet kompetenti u mal-kumpaniji tal-ajru tal-Angola, il-Botswana, il-Georgia, ir-Repubblika tal-Guinea, l-Indja, l-Indoneżja, l-Iran, il-Każakistan, Madagascar, il-Mozambique, is-Sudan, it-Tajwan, it-Tajlandja, u ż-Żambja. Il-Kummissjoni tat ukoll informazzjoni lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar is-sitwazzjoni tas-sikurezza tal-avjazzjoni fl-Afganistan, fl-Iraq, fir-Repubblika Kirgiża, fil-Libanu, fin-Nepal, fil-Pakistan, fl-Ukrajna u fiż-Żimbabwe u dwar il-konsultazzjonijiet tekniċi mal-Federazzjoni Russa.

(6)

L-EASA ppreżentat ir-riżultati tal-analiżi tar-rapporti ta' awditjar li twettqu mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (“ICAO”) fil-qafas tal-Programm Universali ta' Awditjar tas-Sorveljanza tas-Sikurezza tal-ICAO, lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Arju. F'dan il-kuntest, l-Istati Membri ġew mistiedna jagħtu prijorità lill-ispezzjonijiet fir-rampa fuq kumpaniji tal-ajru bil-liċenzja fi Stati fejn l-ICAO kienet identifikat Tħassib Sinifikanti dwar is-Sikurezza (“SSC”) jew li fir-rigward tagħhom l-EASA kkonkludiet li hemm nuqqasijiet sinifikanti fis-sistema tas-sorveljanza tas-sikurezza. Minbarra l-konsultazzjonijiet li għamlet il-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa se tippermetti l-akkwist ta' aktar informazzjoni fir-rigward tal-prestazzjoni tas-sikurezza tal-kumpaniji tal-ajru li ngħataw il-liċenzja f'dawk l-Istati.

(7)

L-EASA informat ukoll lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar ir-riżultati tal-analiżi tal-ispezzjonijiet fir-rampa li twettqu skont il-programm tal-Valutazzjoni tas-Sikurezza tal-Inġenji tal-Ajru Barranin (“SAFA”) f'konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 (5).

(8)

Barra minn hekk, l-EASA informat lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar il-proġetti ta' assistenza teknika li twettqu fi Stati milquta minn miżuri jew minn monitoraġġ skont ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005. L-Aġenzija pprovdiet informazzjoni dwar il-pjanijiet u t-talbiet għal aktar assistenza teknika u kooperazzjoni biex titjieb il-kapaċità amministrattiva u teknika tal-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili, bl-għan li jiġu solvuti n-nuqqasijiet ta' konformità mal-istandards applikabbli tal-avjazzjoni ċivili internazzjonali. L-Istati Membri kienu mistiedna jirrispondu għal dawk it-talbiet fuq bażi bilaterali b'koordinazzjoni mal-Kummissjoni u mal-EASA. Dwar dan, il-Kummissjoni enfasizzat is-siwi tal-għoti ta' informazzjoni lill-komunità tal-avjazzjoni internazzjonali, b'mod partikolari permezz tal-bażi ta' dejta “Safety Collaborative Assistance Network” (“SCAN”) tal-ICAO, dwar l-assistenza teknika li jagħtu l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha biex titjieb is-sikurezza tal-avjazzjoni madwar id-dinja.

(9)

Il-Eurocontrol aġġorna lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar il-qagħda tal-funzjoni ta' twissija tal-SAFA u dwar l-istatistika attwali għall-messaġġi ta' twissija għal kumpaniji tal-ajru pprojbiti.

Il-kumpaniji tal-ajru tal-Unjoni

(10)

Wara l-analiżi mill-EASA tal-informazzjoni li ħarġet minn spezzjonijiet fir-rampa li twettqu fuq inġenji tal-ajru ta' kumpaniji tal-ajru tal-Unjoni jew minn spezzjonijiet ta' standardizzazzjoni li twettqu mill-EASA, kif ukoll minn spezzjonijiet u awditjar speċifiċi li twettqu mill-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni, diversi Stati Membri ħadu ċerti miżuri ta' infurzar u informaw lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar dawk il-miżuri. In-Norveġja informat lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar l-azzjonijiet li kienet ħadet rigward il-kumpanija tal-ajru Airwing A/S.

(11)

L-Istati Membri tennew li kienu lesti jaġixxu kif meħtieġ jekk xi informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza turi li hemm riskji imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta' konformità min-naħa tal-kumpaniji tal-ajru tal-Unjoni mal-istandards xierqa tas-sikurezza.

Il-kumpaniji tal-ajru mill-Angola

(12)

Ir-Regolament (KE) Nru 474/2006 jippermetti lill-kumpanija tal-ajru TAAG Angola Airlines, iċċertifikata fl-Angola, biex topera fl-Unjoni b'erba' inġenji tal-ajru tat-tip Boeing 737-700 bil-marki tar-reġistrazzjoni D2-TBF, D2-TBG, D2-TBH u D2-TBJ, bi tliet inġenji tal-ajru tat-tip Boeing 777-200 bil-marki tar-reġistrazzjoni D2-TED, D2-TEE u D2-TEF, u bi tliet inġenji tal-ajru tat-tip Boeing 777-300 bil-marki tar-reġistrazzjoni D2-TEG, D2-TEH u D2 TEI.

(13)

Fil-25 ta' April 2016, TAAG Angola Airlines issottomettiet, permezz tal-awtoritajiet kompetenti tal-Angola, l-Instituto Nacional da Aviação Civil (“INAVIC”), talba biex jiżdied inġenju tal-ajru ġdid tat-tip Boeing 777-300, bil-marka tar-reġistrazzjoni D2-TEJ, u inġenju tal-ajru ġdid tat-tip Boeing 737-700, bil-marka tar-reġistrazzjoni D2-TBK, fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(14)

Fil-kuntest tal-awtorizzazzjoni tagħha tal-operaturi ta' pajjiżi terzi skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014 (6), TAAG Angola Airlines kienet involuta fi djalogu kontinwu mal-EASA sa minn Novembru 2014 u kienet qed tipprovdi dejta fattwali u ddettaljata dwar l-operazzjonijiet u l-flotta tagħha tal-inġenji tal-ajru. Dan il-proċess wassal għal awditjar TCO fuq il-post li sar bejn l-1 u t-3 ta' Frar 2016. It-tim tal-awditjar qajjem għadd limitat ta' sejbiet tal-livell 2 u osservazzjoni waħda skont il-Parti-TCO. TAAG Angola Airlines issottomettiet pjan ta' azzjoni korrettiva lill-EASA, li ġie aċċettat, u l-problemi qegħdin jiġu indirizzati.

(15)

Id-djalogu kontinwu li ġie stabbilit ma' TAAG Angola Airlines, id-dejta preċiża u ddettaljata li ngħatat minn TAAG Angola Airlines dwar il-flotta u l-operazzjonijiet tagħha, kif ukoll l-eżitu pożittiv tal-awditjar TCO fuq il-post, kollha jindikaw li TAAG Angola Airlines kapaċi topera l-inġenji tal-ajru tagħha Boeing 737-700, Boeing 777-200 u 777-300 f'konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li jkun xieraq, apparti li tintlaqa' t-talba minn TAAG Angola Airlines, li tittaffa parzjalment il-projbizzjoni attwali, billi TAAG Angola Airlines titħalla topera fl-Unjoni bi kwalunkwe inġenju tal-ajru tat-tipi Boeing 737-700, Boeing 777-200 u Boeing 777-300 fil-flotta tagħha.

(16)

Għalhekk, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, qed jitqies li għandha tinbidel il-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni biex tkun tinkludi l-inġenji tal-ajru kollha tat-tip Boeing 737-700 kif ukoll l-inġenji tal-ajru kollha tat-tip Boeing 777-200 u 777-300 ta' TAAG Angola Airlines fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 bħala inġenji tal-ajru li huma awtorizzati li joperaw fl-Unjoni.

(17)

L-Istati Membri għandhom ikomplu jivverifikaw il-konformità effettiva ta' TAAG Angola Airlines mal-istandards rilevanti tas-sikurezza, permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jsiru fuq din il-kumpanija tal-ajru, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

Il-kumpaniji tal-ajru mill-Botswana

(18)

L-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Botswana (“CAAB”) tat informazzjoni dwar il-progress biex jiġi solvut l-SSC u sejbiet oħra tal-ICAO f'ittra tat-23 ta' Diċembru 2015 lill-Kummissjoni. Ir-riżultati tal-Missjoni ta' Validazzjoni Kkoordinata tal-ICAO juru li l-implimentazzjoni effettiva tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza tjiebet sa 71 %. Abbażi ta' dan ir-riżultat, fil-31 ta' Diċembru 2015 l-ICAO ikkonfermat li ż-żewġ SSC ġew solvuti. Is-CAAB ipprovdiet informazzjoni addizzjonali dwar is-sorveljanza tas-sikurezza fuq il-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Botswana.

(19)

It-titjib fl-implimentazzjoni tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza u l-informazzjoni disponibbli dwar is-sikurezza juru żvilupp qawwi tas-CAAB u ma jindikawx li għad fadal xi xejriet negattivi marbuta mas-sikurezza tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Botswana li jkunu raġuni ta' tħassib mill-perspettiva tas-sikurezza tal-avjazzjoni.

(20)

Għaldaqstant, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies li f'dan l-istadju ma hemmx raġunijiet biex tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni billi jiġu inklużi l-kumpaniji tal-ajru mill-Botswana.

Il-kumpaniji tal-ajru mill-Georgia

(21)

F'April 2016 l-ICAO analizzat l-azzjonijiet korrettivi meħuda mill-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Georgia (“GCAA”) biex tindirizza l-SSC fir-rigward tal-proċess ta' ċertifikazzjoni għall-ħruġ ta' ċertifikati tal-operaturi tal-ajru. Dak l-SSC ġie identifikat waqt il-Missjoni ta' Validazzjoni Kkoordinata tal-ICAO ta' Ottubru 2013. Abbażi ta' dan ir-rieżami, l-ICAO stabbiliet li l-azzjonijiet korrettivi li ħadet il-GCAA rnexxielhom isolvu l-SSC.

(22)

It-titjib fl-implimentazzjoni tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza u l-informazzjoni disponibbli dwar is-sikurezza juru impenn qawwi tal-GCAA biex issolvi n-nuqqasijiet marbuta mas-sikurezza u ma jindikawx li għad fadal xi xejriet negattivi marbuta mas-sikurezza tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Georgia li jkunu raġuni ta' tħassib mill-perspettiva tas-sikurezza tal-avjazzjoni.

(23)

Għaldaqstant, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies li f'dan l-istadju ma hemmx raġunijiet biex tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni billi jiġu inklużi l-kumpaniji tal-ajru mill-Georgia.

Il-kumpaniji tal-ajru mir-Repubblika tal-Guinea

(24)

Kif ġie miftiehem fil-laqgħa teknika mal-Kummissjoni, li saret fi Brussell f'Jannar 2013, l-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Guinea, id-Direction nationale de l'aviation civile (“DNAC”), taw informazzjoni b'mod regolari lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni li għaddejja tal-pjan ta' azzjoni korrettiva, li ġie approvat mill-ICAO f'Diċembru 2012, kif ukoll dwar l-inizjattivi kollha marbuta miegħu.

(25)

L-aħħar rapport ta' progress sottomess mid-DNAC, li l-Kummissjoni rċeviet fit-3 ta' Mejju 2016, jiddeskrivi l-aktar attivitajiet u żviluppi riċenti dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni korrettiva, li bħalissa jiffoka fuq it-taħriġ tal-ispetturi fl-oqsma tal-operazzjonijiet, tal-ajrunavigabbiltà, tal-ħruġ tal-liċenzji għall-persunal u tal-ajrudromi, l-issoktar tal-proċess ta' ċertifikazzjoni tal-kumpaniji tal-ajru u l-programm ta' sorveljanza. Iċ-ċertifikazzjoni sħiħa ta' konformità mal-ICAO (f'5 fażijiet) tal-kumpanija tal-ajru Konair Guinée ġiet konkluża u dik il-kumpanija tal-ajru kisbet iċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru (“AOC”) tagħha fis-17 ta' Settembru 2015 (AOC Nru 03/DNAC/2015). Tliet kumpaniji tal-ajru oħra, jiġifieri Sahel Aviation Service Guinée, Fly Nimba Airlines u Ijet Aviation, jissoktaw bil-proċess ta' ċertifikazzjoni tagħhom. Skont id-DNAC, tħejja u ġie implimentat programm ta' sorveljanza.

(26)

Il-Missjoni ta' Validazzjoni Kkoordinata tal-ICAO hija prevista li ssir bejn it-23 u d-29 ta' Novembru 2016.

(27)

L-implimentazzjoni gradwali tal-pjan ta' azzjoni korrettiva, f'konformità ma' dak li kienet approvat l-ICAO f'Diċembru 2012, kif ukoll l-informazzjoni disponibbli dwar is-sikurezza ma jiġġustifikawx, fil-preżent, deċiżjoni li timponi projbizzjoni jew restrizzjonijiet tal-operat fuq il-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fir-Repubblika tal-Guinea. Madankollu, il-Kummissjoni beħsiebha tkompli ssegwi s-sitwazzjoni mill-qrib, filwaqt li tqis ir-riżultati tal-missjoni ta' validazzjoni kkoordinata tal-ICAO ta' Novembru 2016.

(28)

Għaldaqstant, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies li f'dan l-istadju ma hemmx raġunijiet biex tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni billi jiġu inklużi l-kumpaniji tal-ajru mir-Repubblika tal-Guinea.

(29)

Jekk xi informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza tindika li hemm riskji imminenti għas-sikurezza b'konsegwenza ta' nuqqas ta' konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni jista' jkun li jkollha tieħu azzjoni f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

Il-kumpaniji tal-ajru mill-Indja

(30)

Fit-3 ta' Mejju 2016 saru konsultazzjonijiet tekniċi bejn il-Kummissjoni, l-EASA, Stat Membru u rappreżentanti mid-Direttorat Ġenerali tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Indja (“id-DGCA Indjan”) u l-kumpanija tal-ajru Air India, iċċertifikata fl-Indja. Dawn il-konsultazzjonijiet saru fil-kuntest tal-ftehim preċedenti tad-DGCA Indjan li jwettaq konsultazzjonijiet tekniċi mal-Kummissjoni sabiex jiġu diskussi l-obbligi ta' ċertifikazzjoni u sorveljanza tad-DGCA Indjan fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru mill-Indja li ġew iċċertifikati minnha.

(31)

Matul dawn il-konsultazzjonijiet, id-DGCA Indjan ipprovda l-analiżi tiegħu dwar il-prestazzjoni tal-kumpaniji tal-ajru Indjani, fosthom Air India, skont il-Programm SAFA. Id-DGCA Indjan irrapporta li żviluppa unità apposta għall-ispezzjonijiet fir-rampa, sabiex tgħinu bil-miżuri ta' ġestjoni tal-programm SAFA. Id-DGCA Indjan ipprovda wkoll dejta għall-ewwel kwart tal-2016 li tirriżulta mill-attività ta' spezzjoni fir-rampa tagħha stess. Barra minn hekk, id-DGCA Indjan ipprovda dettalji speċifiċi fir-rigward tal-attività ta' sorveljanza li jwettaq fuq ċerti kumpaniji tal-ajru Indjani. Id-dejta ppreżentata kienet tinkludi ħarsa ġenerali lejn l-attività ta' sorveljanza li twettqet matul l-2015. Barra minn hekk, id-DGCA Indjan ipprovda aġġornament tal-inizjattivi ta' sostenibbiltà li kien qed jieħu. Dawn l-inizjattivi kienu jinkludu r-reklutaġġ u t-taħriġ ta' persunal ikkwalifikat, l-iżvilupp tal-ġestjoni tal-bażi ta' dejta u aġġornament dwar il-kompitu taċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid.

(32)

Air India pprovdiet id-dettalji dwar is-sistema tagħha ta' ġestjoni tas-sikurezza u tal-kwalità. Air India ppreżentat ukoll id-dejta tal-analiżi tas-sikurezza tat-titjiriet għall-2015, kif ukoll l-approċċ tagħha lejn it-tixrid ta' informazzjoni dwar is-sikurezza tat-titjiriet u l-programm tagħha ta' ġestjoni tal-SAFA. Id-dejta tal-SAFA ppreżentata minn Air India kienet tinkludi l-analiżi approfondita tagħha stess tal-attività tal-SAFA li kienet soġġetta għaliha. F'dan ir-rigward, Air India pprovdiet ħarsa ġenerali lejn il-proċessi u l-proċeduri interni tagħha, inklużi d-dettalji fir-rigward tal-analiżi tal-kawżi ewlenin u l-miżuri ta' mitigazzjoni li jirriżultaw u li ġew implimentati minnha. Barra minn hekk, Air India rrapportat li tinteraġixxi mad-DGCA Indjan fuq bażi regolari, inkluż b'rabta mal-miżuri ta' ġestjoni tal-SAFA tagħha.

(33)

Permezz ta' ittri datati l-24 ta' Mejju 2016, il-Kummissjoni tenniet għadd ta' messaġġi lid-DGCA Indjan, inkluż li dan għandu jkompli jimmonitorja mill-qrib il-prestazzjoni tal-SAFA tal-kumpaniji tal-ajru Indjani. Il-Kummissjoni indikat ukoll lil Air India li kienet ħadet nota tal-miżuri ta' ġestjoni tal-SAFA li ġew implimentati minn Air India, iżda indikat li dawk il-miżuri jridu joħolqu titjib konsistenti u sostenibbli skont il-programm SAFA. Barra minn hekk, il-Kummissjoni saħqet kemm mad-DGCA Indjan kif ukoll ma' Air India fuq ir-responsabbiltà li l-EASA għandha skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014 li twettaq valutazzjonijiet tas-sikurezza tal-operaturi ta' pajjiżi terzi u li l-prestazzjoni skont l-SAFA hija wieħed mill-elementi ewlenin li l-EASA tqis meta twettaq dawn il-valutazzjonijiet.

(34)

Il-Kummissjoni tieħu nota tal-informazzjoni li ngħatat mid-DGCA Indjan u minn Air India. Jitqies li, abbażi tal-informazzjoni kollha disponibbli, inklużi d-dettalji mogħtija kemm mid-DGCA Indjan kif ukoll minn Air India waqt il-laqgħa ta' konsultazzjoni teknika tat-3 ta' Mejju 2016, kif ukoll ir-riżultati preliminari li ħarġu mill-awditjar riċenti ta' Air India li sar mill-EASA fil-qafas tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014, f'dan l-istadju ma hemmx raġuni għalfejn jiġu imposti projbizzjoni jew restrizzjonijiet tal-operat fuq il-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fl-Indja. Madankollu, għadhom meħtieġa aktar konsultazzjonijiet tekniċi sabiex jiġi żgurat li kwistjonijiet relatati mas-sikurezza jkunu jistgħu jiġu indirizzati fuq bażi kontinwa.

(35)

Għaldaqstant, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies li f'dan l-istadju ma hemmx raġunijiet biex tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni billi jiġu inklużi l-kumpaniji tal-ajru mill-Indja.

(36)

Il-Kummissjoni beħsiebha tissokta bil-konsultazzjonijiet uffiċjali tagħha mad-DGCA Indjan, skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 473/2006.

(37)

L-Istati Membri jridu jibqgħu jivverifikaw il-konformità effettiva mal-istandards rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jitwettqu fuq il-kumpaniji tal-ajru Indjani, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

Il-kumpaniji tal-ajru mill-Indoneżja

(38)

F'April 2016 ġiet organizzata żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post fl-Indoneżja li kienet tinvolvi esperti mill-Kummissjoni, mill-EASA u mill-Istati Membri. Iż-żjara ta' valutazzjoni twettqet fl-uffiċċji tad-Direttorat Ġenerali tal-Avjazzjoni Ċivili fl-Indoneżja (id-“DGCA Indoneżjan”) u f'għadd ta' kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fl-Indoneżja, jiġifieri Citilink, Lion Air, Batik Air, Indonesia Air Asia u Aviastar Mandiri (iċċertifikati taħt il-kategorija CASR-135, titjiriet reġjonali u charter).

(39)

L-esperti sabu li ċ-ċertifikazzjoni inizjali tal-kumpaniji tal-ajru ssir permezz tal-approċċ xieraq f'ħames fażijiet u titwettaq koordinazzjoni suffiċjenti ma' dipartimenti oħra fi ħdan id-DGCA Indoneżjan. L-awditi taċ-ċertifikazzjoni huma ddokumentati, qed isiru s-sejbiet u huwa mitlub segwitu mingħand il-kumpaniji tal-ajru, inklużi azzjonijiet korrettivi u analiżi tal-kawżi ewlenin.

(40)

L-esperti setgħu jistabbilixxu li l-attivitajiet ta' sorveljanza, kemm l-awditjar kif ukoll l-ispezzjonijiet, jiġu ppjanati fuq bażi annwali u li, b'mod ġenerali, l-attivitajiet ta' sorveljanza jitwettqu skont il-pjan. L-esperti osservaw li dan l-aħħar ġew irreklutati għadd sinifikanti ta' spetturi tal-operazzjonijiet waqt it-titjira u tas-sikurezza fil-kabini, li għad iridu jitħarrġu dwar il-metodi ta' spezzjoni u r-regolamentazzjoni speċifika. Barra minn hekk, għadha meħtieġa l-istandardizzazzjoni tal-metodi ta' ħidma tal-ispetturi fir-rigward tar-rappurtar, il-komunikazzjoni tas-sejbiet, l-aċċettazzjoni ta' azzjonijiet korrettivi, inkluża l-analiżi tal-kawżi ewlenin u l-qbil dwar l-iskedi taż-żmien għas-segwitu tas-sejbiet.

(41)

Id-DGCA Indoneżjan seta' juri li qed jittieħdu miżuri ta' infurzar. Pereżempju, l-AOC ta' Aviastar Mandiri (iċċertifikat taħt il-kategorija CASR-121, l-operazzjonijiet tal-kumpaniji tal-ajru interni, nazzjonali u supplementari, l-AOC numru 121-043) ġie rrevokat minħabba n-nuqqas ta' konformità mar-regolamentazzjoni dwar l-għadd minimu ta' inġenji tal-ajru fil-flotta.

(42)

L-evidenza ppreżentata minn Citilink waqt iż-żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post turi li Citilink kapaċi tiżgura l-konformità mal-istandards nazzjonali u internazzjonali tas-sikurezza. Citilink uriet li għandha sistema ta' ġestjoni tal-kwalità u tas-sikurezza żviluppata sewwa, kif ukoll organizzazzjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwa żviluppata sewwa u li tapplika approċċ proattiv lejn is-sikurezza.

(43)

Il-Lion Group jikkonsisti f'sitt kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fi tliet Stati differenti u japplika approċċ integrat għall-operazzjonijiet tiegħu u għall-ġestjoni tiegħu tas-sikurezza u l-kwalità. Fi ħdan il-Lion Group, Lion Air u Batik Air huma żewġ detenturi tal-AOC iċċertifikati fl-Indoneżja. Lion Air u Batik Air urew għas-sodisfazzjon tal-esperti li t-tnejn li huma għandhom sistemi ta' ġestjoni tal-assigurazzjoni tal-kwalità u tas-sikurezza li jiffunzjonaw sew. Il-maniġment superjuri ta' dawn iż-żewġ kumpaniji tal-ajru, kif ukoll il-maniġment tal-Lion Group għandhom għarfien tajjeb ta' dawn is-sistemi u jużawhom biex jidentifikaw ir-riskji u jieħdu l-miżuri xierqa biex jimmitigaw l-ogħla riskji sa livelli aċċettabbli. L-esperti sabu li Lion Air u Batik Air jimpjegaw ekwipaġġ u persunal professjonali u għandhom sistemi fis-seħħ biex jimmaniġġaw l-operazzjonijiet varji. Il-maniġment, kemm fil-livell tal-kumpanija tal-ajru individwali kif ukoll fil-livell ta' grupp, jirċievi u jaġixxi fuq l-analiżi u l-informazzjoni tas-sikurezza u tal-kwalità. Il-maniġment jippromulga wkoll l-informazzjoni u l-azzjonijiet korrettivi permezz ta' pubblikazzjonijiet interni, elettroniċi jew b'xi mod ieħor.

(44)

Id-DGCA Indoneżjan u l-kumpaniji tal-ajru Citilink, Lion Air u Batik Air instemgħu mill-Kummissjoni u mill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru fil-31 ta' Mejju 2016. Id-DGCA Indoneżjan ippreżenta l-istruttura organizzazzjonali attwali tiegħu, inklużi d-dettalji dwar il-ħaddiema assenjati lid-Direttorat tiegħu tal-Ajrunavigabbiltà u tal-Operazzjonijiet tal-Inġenji tal-Ajru u l-baġit disponibbli għall-ħidmiet ta' sorveljanza tas-sikurezza u t-taħriġ tal-ispetturi. Id-DGCA Indoneżjan ipprovda d-dettalji dwar il-miżuri importanti meħuda matul is-sena li għaddiet, b'mod partikolari l-aġġornament tar-Regolamentazzjoni dwar is-Sikurezza fl-Avjazzjoni Ċivili, l-aġġornament tal-Istruzzjonijiet tal-Persunal lill-ispetturi, it-titjib tas-sistema ta' ġestjoni tal-informazzjoni dwar is-sikurezza u l-bidu tal-iżvilupp tal-Programm tal-Istat dwar is-Sikurezza. Fil-preżentazzjoni tiegħu, id-DGCA Indoneżjan ta sommarju tal-azzjonijiet korrettivi rigward l-osservazzjonijiet li saru mill-esperti waqt iż-żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post.

(45)

Citilink ippreżentat il-pjan ta' azzjoni korrettiva tagħha li żviluppat fuq il-bażi tal-osservazzjonijiet li ħarġu miż-żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post. Dan il-pjan ta' azzjoni korrettiva jinkludi azzjonijiet korrettivi u preventivi u kien ibbażat fuq analiżi serja ta' tal-kawżi ewlenin ta' dawn l-osservazzjonijiet. Barra minn hekk, saret enfasi fuq l-aktar żviluppi importanti li saru minn Novembru 2015, inkluż it-titjib fl-implimentazzjoni tal-Programm ta' Analiżi tad-Dejta tat-Titjiriet, ir-riżorsi addizzjonali għas-sikurezza u l-kwalità, kif ukoll l-iżvilupp kontinwu tas-softwer għar-rappurtar elettroniku dwar is-sikurezza.

(46)

Fil-preżentazzjoni ta' Lion Air u Batik Air saret enfasi fuq l-istrateġija għas-sitt kumpaniji tal-ajru fil-Lion Group. Ibbażata fuq l-iżvilupp tas-suq, l-istrateġija tal-grupp issa tiffoka fuq it-tkabbir fis-swieq barra mill-Indoneżja. Lion Air u Batik Air it-tnejn taw preżentazzjoni dwar il-pjan ta' azzjoni korrettiva li ġie żviluppat fuq il-bażi tal-osservazzjonijiet li ħarġu miż-żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post. Dan il-pjan jinkludi azzjonijiet korrettivi bbażati fuq analiżi tal-kawżi ewlenin ta' dawn l-osservazzjonijiet. Barra minn hekk, Batik Air spjegat l-investigazzjoni tagħha dwar l-inkursjoni riċenti fir-runway li involviet wieħed mill-inġenji tal-ajru tagħha, inklużi l-azzjonijiet ta' sikurezza li Batik Air ħadet minnufih wara l-aċċident.

(47)

Matul is-seduta, id-DGCA Indoneżjan informa lill-Kummissjoni li matul dawn l-aħħar sitt xhur l-ICAO wettqet validazzjoni mhux fuq il-post tal-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu mid-DGCA Indoneżjan. Ir-riżultat finali ta' din il-validazzjoni għadu mhux disponibbli. Id-DGCA Indoneżjan spjega wkoll li jinsab impenjat mal-Amministrazzjoni Federali tal-Avjazzjoni biex itejjeb is-sistema ta' sorveljanza tas-sikurezza tiegħu. Fi Frar 2016 l-Amministrazzjoni Federali tal-Avjazzjoni wettqet Valutazzjoni tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni Internazzjonali, li wasslet għal seba' sejbiet, bi żjara ta' segwitu f'Mejju 2016. Skont id-DGCA Indoneżjan, is-sejbiet kollha ġew solvuti, għalkemm id-DGCA Indoneżjan hu mitlub mill-Amministrazzjoni Federali tal-Avjazzjoni biex jirrapporta kull xahar dwar il-progress tat-taħriġ tal-ispetturi.

(48)

Abbażi tal-informazzjoni kollha disponibbli, inklużi r-riżultati taż-żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post u tal-informazzjoni mogħtija waqt is-seduta ta' smigħ, il-Kummissjoni tqis li d-DGCA Indoneżjan wettaq titjib mill-2014. Madankollu, jidher ċar li d-DGCA Indoneżjan jeħtieġ li jwettaq, fost kwistjonijiet oħra, titjib ulterjuri fis-sistema ta' sorveljanza tas-sikurezza tiegħu kif ukoll it-taħriġ u l-istandardizzazzjoni tal-metodi ta' ħidma tal-ispetturi tiegħu.

(49)

Il-Kummissjoni nnotat li Citilink, Lion Air u Batik Air huma lkoll f'qagħda li jipprovdu dettalji speċifiċi fir-rigward tat-twettiq sikur tal-operazzjonijiet rispettivi tagħhom. Il-Kummissjoni tqis li hemm biżżejjed evidenza ta' konformità mar-regolamentazzjoni Indoneżjana applikabbli u mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali min-naħa ta' dawn il-kumpaniji tal-ajru.

(50)

Għaldaqstant, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies li l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni għandha tiġi emendata biex Aviastar Mandiri (AOC numru 121-043), Citilink, Lion Air u Batik Air jitneħħew mill-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(51)

L-Istati Membri għandhom ikomplu jivverifikaw il-konformità effettiva mal-istandards rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni ta' spezzjonijiet fir-rampa li jridu jitwettqu fuq il-kumpaniji tal-ajru li ġew iċċertifikati fl-Indoneżja, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(52)

Jekk xi informazzjoni rilevanti tas-sikurezza tindika li hemm riskji imminenti għas-sikurezza b'konsegwenza ta' nuqqas ta' konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni tista' tkun obbligata tieħu azzjoni ulterjuri f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

Il-kumpaniji tal-ajru mill-Iran

(53)

Il-kumpanija tal-ajru Iran Air, iċċertifikata mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran (“CAO-IRI”), ġiet inkluża fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 f'Marzu 2010. Wara żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post, ir-restrizzjonijiet tal-operat għall-flotta ta' Iran Air ġew speċifikati aktar f'Lulju 2010.

(54)

F'Mejju 2016 saret żjara ġdida ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post fl-Iran li kienet tinvolvi esperti mill-Kummissjoni, mill-EASA u mill-Istati Membri. Iż-żjara ta' valutazzjoni saret fl-uffiċċji tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran u fl-uffiċċji u fil-faċilitajiet ta' Iran Air.

(55)

L-esperti sabu li CAO-IRI hija awtorità tal-avjazzjoni ċivili strutturata tajjeb, li tindirizza l-aspetti kollha tal-avjazzjoni ċivili bħala korp regolatorju. L-esperti sabu wkoll li l-Iran għandu fis-seħħ sistema regolatorja komprensiva, li tiġi aġġornata ta' spiss. Fid-dawl tal-fatti osservati waqt iż-żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post, l-esperti kkonkludew li ma hemmx nuqqas ta' kapaċità u rieda min-naħa tas-CAO-IRI li tindirizza n-nuqqasijiet marbuta mas-sikurezza.

(56)

L-esperti sabu li, miż-żjara ta' valutazzjoni fuq il-post li l-Unjoni wettqet preċedentament f'Lulju 2010, Iran Air indirizzat l-osservazzjonijiet li saru f'dik l-okkażjoni. Il-ġestjoni kontinwa tal-ajrunavigabbiltà tal-flotta Airbus A320 tjiebet u issa tinsab fl-istess livell bħal dik tal-flotta Airbus A300 u A310. L-esperti sabu li s-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza ta' Iran Air tjiebet matul is-snin, għalkemm tista' tibbenefika minn aktar titjib, l-aktar fl-oqsma tal-applikazzjoni effettiva tal-proċeduri deskritti u tal-integrazzjoni ulterjuri tal-funzjoni tal-ġestjoni tas-sikurezza u tal-ġestjoni tal-kwalità fil-livell korporattiv. Fil-qasam tal-ajrunavigabbiltà, l-esperti għamlu għadd ta' osservazzjonijiet, li jistgħu jgħinu lil Iran Air biex ittejjeb aktar is-sikurezza u l-kwalità tal-operazzjonijiet tagħha.

(57)

Fl-1 ta' Ġunju 2016, is-CAO-IRI u Iran Air instemgħu mill-Kummissjoni u mill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru. Is-CAO-IRI tat preżentazzjoni dwar l-attivitajiet tal-avjazzjoni fl-Iran, l-istruttura organizzazzjonali tas-CAO-IRI u d-deskrizzjoni ġenerali tar-regolamentazzjoni tas-sikurezza tal-avjazzjoni fl-Iran. Barra minn hekk, is-CAO-IRI ppreżentat dettalji dwar ir-rapport tal-awditjar tal-ICAO u l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu. Dawk l-azzjonijiet jinkludu emendi leġiżlattivi biex jiżguraw li s-CAO-IRI għandha biżżejjed riżorsi u indipendenza biex twettaq il-funzjonijiet ta' sorveljanza tas-sikurezza tagħha. Dik il-preżentazzjoni kkonfermat l-iżviluppi ġeneralment pożittivi li ġew osservati waqt iż-żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post.

(58)

Iran Air tat ħarsa ġenerali dettaljata tal-kumpanija, inklużi l-flotta attwali tagħha u r-riżorsi u l-faċilitajiet disponibbli, u enfasizzat li fl-opinjoni tagħha hija kapaċi ġġedded u tespandi l-flotta tagħha. Barra minn hekk, Iran Air ippreżentat l-azzjonijiet korrettivi li hija wettqet fuq il-bażi tal-osservazzjonijiet li ħarġu miż-żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post li saret f'Lulju 2010, inkluż it-titjib li sar fil-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà tal-flotta Airbus A320 u t-titjib fil-ġestjoni tagħha tas-sikurezza u tal-kwalità. Iran Air ippreżentat il-pjan ta' azzjoni korrettiva li ġie żviluppat fuq il-bażi tal-osservazzjonijiet li saru matul iż-żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post f'Mejju 2016. L-elementi ewlenin f'dan il-pjan huma t-titjib tal-Programm ta' Analiżi tad-Dejta tat-Titjiriet u l-introduzzjoni ta' softwer imtejjeb biex jappoġġja s-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza.

(59)

Parti importanti mill-preżentazzjoni kienet iddedikata lill-pjanijiet ta' Iran Air għat-tiġdid u l-espansjoni tal-flotta tagħha. Iran Air beħsiebha żżid l-inġenji tal-ajru ta' tip eżistenti fil-flotta tagħha u tintroduċi tip ġdid ta' inġenju tal-ajru fil-flotta. Skont il-preżentazzjoni tagħha, ġie stabbilit proġett komprensiv ta' ġestjoni tal-bidla b'tim tal-proġett iddedikat, biex jidentifika, jiġġestixxi u jimmitiga b'mod proattiv kwalunkwe riskju għas-sikurezza li ġġib magħha l-introduzzjoni ta' tip ta' inġenju tal-ajru ġdid. Il-proċeduri ddokumentati standard jintużaw għall-bidliet esterni u interni kollha fl-operazzjonijiet, assoċjati mal-introduzzjoni ta' tip ta' inġenju tal-ajru ġdid, li jista' jkollu effett negattiv fuq is-sikurezza.

(60)

Madankollu, fir-rigward tal-inġenji tal-ajru eżistenti tat-tipi Fokker F100 u Boeing B747 fil-flotta ta' Iran Air, ma ngħatat l-ebda informazzjoni dwar it-titjib fir-rigward tal-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà tagħhom.

(61)

Abbażi tal-informazzjoni kollha disponibbli, inklużi r-riżultati taż-żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post f'Mejju 2016 u s-seduta ta' smigħ, il-Kummissjoni tqis li Iran Air għamel titjib sostnut fil-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà tal-flotta Airbus A320 u li Iran Air uriet li kapaċi tintroduċi tipi ta' inġenji tal-ajru ġodda fil-flotta tagħha.

(62)

Huwa rrikonoxxut ukoll li ma kienx hemm nuqqas ta' rieda min-naħa tas-CAO-IRI u ta' Iran Air li jiddjalogaw mal-Kummissjoni. Jitqies li, b'mod ġenerali, is-CAO-IRI għandha biżżejjed kapaċità biex teżerċita r-responsabbiltajiet tagħha fejn tidħol is-sorveljanza tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fl-Iran. Fir-rigward ta' Iran Air, il-Kummissjoni tqis li hemm biżżejjed evidenza ta' konformità mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali u mal-prattiki rrakkomandati applikabbli. Madankollu, il-ġestjoni tal-flotot Fokker F100 u Boeing B747 għadha trid titjieb. Abbażi ta' dan, il-Kummissjoni tqis li r-restrizzjonijiet tal-operat li hemm fis-seħħ bħalissa fuq Iran Air jistgħu jitneħħew, bl-eċċezzjoni tar-restrizzjonijiet attwali fuq l-inġenji tal-ajru tat-tipi Fokker F100 u Boeing B747 fil-flotta ta' Iran Air, li jeħtieġ li jinżammu.

(63)

Għaldaqstant, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies li l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni għandha tiġi emendata biex tillimita r-restrizzjonijiet tal-operat fir-rigward ta' Iran Air għall-inġenji tal-ajru kollha tat-tipi Fokker F100 u Boeing B747 fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(64)

L-Istati Membri għandhom ikomplu jivverifikaw il-konformità effettiva mal-istandards rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni ta' spezzjonijiet fir-rampa li jridu jitwettqu fuq il-kumpaniji tal-ajru li ġew iċċertifikati fl-Iran, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(65)

Jekk xi informazzjoni rilevanti tas-sikurezza tindika li hemm riskji imminenti għas-sikurezza b'konsegwenza ta' nuqqas ta' konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni tista' tkun obbligata tieħu azzjoni ulterjuri f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

Il-kumpaniji tal-ajru mill-Każakistan

(66)

Sa minn Lulju 2009, il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati fil-Każakistan, ħlief wieħed, huma soġġetti għal projbizzjoni sħiħa tal-operat, primarjament minħabba n-nuqqas ta' kapaċità tal-awtorità responsabbli mis-sorveljanza tas-sikurezza tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Każakistan, il-Kumitat tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Każakistan (“CAC”), li timplimenta u tinforza l-istandards internazzjonali tas-sikurezza applikabbli. Il-kumpanija tal-ajru Air Astana, iċċertifikata fil-Każakistan, tneħħiet mill-Anness B tar-Regolamernt (KE) Nru 474/2006 f'Diċembru 2015 u qed titħalla topera fl-Unjoni.

(67)

F'April 2016 twettqet Missjoni ta' Validazzjoni Kkoordinata tal-ICAO fil-Każakistan. Is-CAC informa lill-Kummissjoni li bħala riżultat preliminari, l-implimentazzjoni effettiva tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza tjiebet minn 64 % għal 74 %. Abbażi tar-riżultati preliminari ta' dik il-Missjoni ta' Validazzjoni Kkoordinata tal-ICAO, fl-20 ta' April 2016 l-ICAO stabbiliet li l-SSC ġie solvut b'suċċess mis-CAC. Ir-rapport finali tal-Missjoni ta' Validazzjoni Kkoordinata tal-ICAO se jkun disponibbli f'Lulju 2016.

(68)

Abbażi tal-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha għad-dispożizzjoni tagħha bħalissa, ġie konkluż li l-proġett għal riforma regolatorja fil-Każakistan fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili kompla jimxi 'l quddiem. Madankollu, l-informazzjoni dettaljata dwar ir-riżultati tal-Missjoni ta' Validazzjoni Kkoordinata tal-ICAO ta' April 2016 għadha mhijiex disponibbli. Qabel ma tkun tista' tittieħed kwalunkwe deċiżjoni dwar emenda tar-restrizzjonijiet fuq il-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Każakistan, tinħtieġ verifika fuq il-post tat-titjib tas-sistema tas-sorveljanza tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili tas-CAC.

(69)

Għaldaqstant, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies li f'dan l-istadju ma hemmx raġunijiet biex tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru mill-Każakistan.

Il-kumpaniji tal-ajru minn Madagascar

(70)

Il-kumpanija tal-ajru Air Madagascar, iċċertifikata f'Madagascar, hija soġġetta għal restrizzjonijiet tal-operat u tinsab elenkata fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006. Saru konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet kompetenti ta' Madagascar, Aviation civile de Madagascar (“ACM”) u ma' Air Madagascar bl-għan li jiksbu aġġornamenti dwar il-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet korrettivi.

(71)

Fit-2 ta' Ottubru 2015 saru konsultazzjonijiet tekniċi bejn esperti mill-Kummissjoni, l-EASA u rappreżentanti għolja mill-ACM u minn Air Madagascar. Matul dik il-laqgħa, l-ACM u Air Madagascar taw informazzjoni dwar il-progress li wettqu fir-rigward tal-pjanijiet ta' azzjoni preventivi u korrettivi rispettivi li huma implimentaw biex jindirizzaw in-nuqqasijiet fis-sikurezza msemmija fil-premessi 66 sa 74 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2011 (7). Meta wieħed iqis li dawk in-nuqqasijiet fis-sikurezza ġew indirizzati b'mod adegwat, l-ACM flimkien ma' Air Madagascar, talbu li titwettaq valutazzjoni mill-ġdid tar-restrizzjonijiet tal-operat imposti fuq Air Madagascar.

(72)

Dik it-talba ġiet diskussa f'Novembru 2015. Filwaqt li tirrikonoxxi l-progress miksub mill-ACM u minn Air Madagascar, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-verifika fuq il-post tal-implimentazzjoni effettiva tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza għadha meħtieġa qabel ma jsir kwalunkwe aġġustament tal-projbizzjoni parzjali attwali fuq Air Madagascar.

(73)

F'Marzu 2016, l-esperti tal-EASA, akkumpanjati minn osservatur espert minn Stat Membru, wettqu awditjar ta' Air Madagascar fil-qafas tal-applikazzjoni sottomessa minn Air Madagascar għal awtorizzazzjoni ta' operatur ta' pajjiż terz mill-EASA skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014.

(74)

Fil-kuntest ta' dan l-awditjar, l-esperti tal-EASA u l-osservatur espert żaru wkoll l-ACM. Matul din iż-żjara, l-ACM ipprovdiet lit-tim ta' esperti evidenza tal-effettività tal-pjan ta' azzjoni preventiva u korrettiva tagħha li ġie żviluppat u implimentat wara li ġew imposti r-restrizzjonijiet tal-operat fuq Air Madagascar. Ipprovdiet ukoll evidenza tal-kapaċità tagħha li twettaq l-obbligi tagħha skont l-istandards tal-ICAO għall-attivitajiet tagħha ta' sorveljanza u ċertifikazzjoni. Hija wriet li, minn mindu saret iż-żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post fi Frar 2014, l-ACM irnexxielha tlesti ċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid ta' disa' kumpaniji tal-ajru, irrifjutat li ġġedded iċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru ta' kumpanija tal-ajru waħda u pproċediet biċ-ċertifikazzjoni ta' kumpanija tal-ajru ġdida. Il-fajls taċ-ċertifikazzjoni rieżaminati minn tim ta' esperti nstabu li kienu organizzati u strutturati tajjeb f'konformità mal-proċess ta' ċertifikazzjoni tal-ICAO. Il-programm ta' sorveljanza ġie rieżaminat għal erba' operaturi u t-tim ta' esperti nnota li l-ACM kienet evolviet minn programm ta' sorveljanza tal-konformità tradizzjonali għal pjan ta' attivitajiet ta' sorveljanza li japplika approċċ ibbażat fuq ir-riskju. It-tim ta' esperti nnota wkoll li 90 % tal-attivitajiet ippjanati kienu twettqu effettivament għall-perjodu 2014/2015 fl-oqsma tal-operazzjonijiet, tal-ħruġ tal-liċenzji u tal-ajrunavigabbiltà kontinwa.

(75)

L-awditjar ta' Air Madagascar wera l-effettività tal-azzjoni korrettiva u preventiva li ġiet żviluppata u implimentata minn dik il-kumpanija tal-ajru. B'mod partikolari, Air Madagascar ipprovdiet evidenza li l-ġestjoni tal-flotta Airbus A340 tagħha hija identika għall-flotot l-oħra kollha tagħha u li l-flotta Airbus A340 hija wkoll inkluża kompletament fis-sistemi ta' ġestjoni tal-kwalità tas-sikurezza tagħha. Il-kampjuni rilevanti tal-attivitajiet ta' Air Madagascar ma żvelaw l-ebda evidenza ta' nuqqas ta' konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza kritiċi għas-sikurezza.

(76)

Iż-żjara ta' valutazzjoni fuq il-post f'Marzu 2016, fir-rigward tal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, uriet li l-ACM u Air Madagascar huma lesti u kapaċi jindirizzaw in-nuqqasijiet ta' sikurezza li għad fadal. Barra minn hekk, intwera li l-ACM għandha biżżejjed kapaċità biex timplimenta u, fejn meħtieġ, tinforza l-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza, inklużi r-regolamentazzjonijiet dwar is-sikurezza tal-avjazzjoni promulgati mill-ACM.

(77)

Abbażi tal-informazzjoni kollha disponibbli bħalissa, inklużi r-riżultati tal-awditjar li sar f'Marzu 2016, il-Kummissjoni tqis li l-ACM u Air Madagascar għamlu titjib dejjiem fuq perjodu ta' żmien kontinwu. Huwa rrikonoxxut ukoll li ma kienx hemm nuqqas ta' rieda min-naħa tal-ACM u ta' Air Madagascar li jiddjalogaw fuq bażi kontinwa mal-Kummissjoni. Jitqies li l-ACM għandha l-abilità li teżerċita r-responsabbiltajiet tagħha fejn tidħol is-sorveljanza tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati f'Madagascar u li hemm biżżejjed evidenza ta' konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza applikabbli u mal-prattiki rrakkomandati min-naħa ta' Air Madagascar.

(78)

Għaldaqstant, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies li l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni għandha tiġi emendata biex Air Madagascar, iċċertifikata f'Madagascar, titneħħa mill-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(79)

L-Istati Membri għandhom ikomplu jivverifikaw il-konformità effettiva ta' Air Madagascar mal-istandards rilevanti tas-sikurezza, permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012. Jekk ir-riżultati ta' tali spezzjonijiet, jew kull informazzjoni oħra rilevanti dwar is-sikurezza tindika li hemm riskji imminenti għas-sikurezza b'konsegwenza tan-nuqqas ta' konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni tista' tkun obbligata tieħu azzjoni ulterjuri, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

Il-kumpaniji tal-ajru mill-Mozambique

(80)

Il-proġett ta' assistenza teknika, li ġie stabbilit wara ż-żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post li saret f'April 2015, kompla jipprovdi appoġġ f'diversi oqsma lill-awtoritajiet kompetenti tal-avjazzjoni ċivili fil-Mozambique, l-Instituto de Aviação Civil de Moçambique (“IACM”). Il-leġiżlazzjoni li testendi s-setgħat tal-IACM u tagħtih awtonomija akbar, ġiet approvata mill-Parlament permezz ta' vot unanimu fit-30 ta' Marzu 2016 u issa għad trid tiġi promulgata mill-Kap ta' Stat. Għadd ta' regolamentazzjonijiet legali u tekniċi speċifiċi ġew rieżaminati fil-fond u bħalissa jinsabu fi stadji differenti ta' żvilupp jew approvazzjoni. Kompla għaddej it-taħriġ tal-persunal tekniku eżistenti fl-oqsma tal-ajrunavigabbiltà, tal-operazzjonijiet, tal-ħruġ tal-liċenzji għall-persunal, tal-ajrudromi, tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru, tal-ġestjoni tal-informazzjoni ajrunawtika u tas-sigurtà tal-avjazzjoni. Twettqet sensiela ġdida ta' reklutaġġ ta' persunal tekniku fl-oqsma tal-operazzjonijiet, tal-ajrunavigabbiltà u tas-sigurtà tal-avjazzjoni. L-assessuri mediċi ġew imħarrġa fil-qafas ta' protokoll ta' kooperazzjoni mal-Portugall. Il-ħidma qed tkompli tindirizza b'mod sistematiku u tagħlaq is-sejbiet kollha miftuħa tal-Programm Universali ta' Awditjar tas-Sorveljanza tas-Sikurezza tal-ICAO, bil-ħsieb li jittejjeb b'mod sinifikanti l-proporzjon ta' implimentazzjoni effettiva. Issoktaw il-kuntatti regolari mal-operaturi eżistenti kollha u saru diversi sessjonijiet ta' diskussjoni dwar it-titjib tal-operazzjonijiet tagħhom. Il-proċessi u l-proċeduri interni kollha tal-IACM li jirrikjedu riforma sinifikanti kienu ġew identifikati preċedentament u l-ħidma maħsuba biex toħloq titjib sinifikanti miexja 'l quddiem.

(81)

Il-kumpanija tal-ajru Linhas Aéreas de Moçambique (LAM), iċċertifikata fil-Mozambique, ġarrbet tiġrif ta' ajruplan fin-Namibja fid-29 ta' Novembru 2013. Ir-rapport finali tal-inċident ġie ppubblikat uffiċjalment mid-Direttorat tal-Investigazzjoni tal-Inċidenti tal-Inġenji tal-Ajru tal-Ministeru tax-Xogħol u t-Trasport tar-Repubblika tan-Namibja fit-30 ta' Marzu 2016. Dan jikkonkludi li t-tiġrif kien dovut għal azzjoni intenzjonali min-naħa tal-kaptan. Ir-rapport jinkludi ħames rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-ICAO u rakkomandazzjoni waħda indirizzata lill-IACM maħsuba biex jagħmlu obbligatorja l-preżenza ta' żewġ membri tal-ekwipaġġ fil-kabina tal-ekwipaġġ matul il-fażijiet kollha tat-titjira. L-IACM implimenta r-rakkomandazzjoni permezz tad-Direttiva dwar is-Sikurezza DOS-02/16 ippubblikata f'Mejju 2016.

(82)

Madankollu, il-kapaċità tal-IACM li jissorvelja l-attivitajiet tal-avjazzjoni ċivili fil-Mozambique, f'dan l-istadju ma tikkonformax għalkollox mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. Għaldaqstant ma hemmx evidenza biżżejjed biex tiġġustifika deċiżjoni dwar aġġustament tal-projbizzjoni tal-operat tal-kumpaniji tal-ajru kollha li huma ċċertifikati fil-Mozambique.

(83)

Filwaqt li t-titjib mhuwiex biżżejjed biex jiġġustifika aġġustament tal-projbizzjoni attwali, is-sitwazzjoni hi promettenti biżżejjed biex tiġġustifika żjara addizzjonali ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post matul ix-xhur li ġejjin.

(84)

Skont lista mogħtija mill-IACM fit-13 ta' Mejju 2016, fil-Mozambique ġew iċċertifikati żewġ kumpaniji tal-ajru ġodda, jiġfieri CHC Helicópteros Lda (AOC MOZ-22) u Inter Airways Lda (AOC MOZ-24). Madankollu, l-IACM ma setax jagħti evidenza li s-sorveljanza tas-sikurezza ta' dawk il-kumpaniji tal-ajru hija żgurata f'konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. Permezz ta' din l-istess lista, l-IACM informa lill-Kummissjoni li l-AOC tal-kumpaniji tal-ajru Kaya Airlines Lda (AOC MOZ-09) u Trabalhos e Transportes Aéreos Lda (AOC MOZ-16) ġew irrevokati.

(85)

Għaldaqstant, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies li għandha tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni biex jiġu inklużi l-kumpaniji tal-ajru CHC Helicópteros Lda u Inter Airways Lda fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 u biex jitneħħew il-kumpaniji tal-ajru Kaya Airlines Lda u Trabalhos e Transportes Aéreos Lda minn dak l-Anness.

Il-kumpaniji tal-ajru mill-Federazzjoni Russa

(86)

Matul dan l-aħħar perjodu, il-Kummissjoni, l-EASA u l-Istati Membri komplew jimmonitorjaw mill-qrib il-prestazzjoni tas-sikurezza tal-kumpaniji tal-ajru li ġew iċċertifikati fil-Federazzjoni Russa u li joperaw fl-Unjoni, inkluż permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jitwettqu fuq ċerti kumpaniji tal-ajru Russi, f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(87)

Fl-4 ta' Marzu 2016, il-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-EASA, iltaqgħet mar-rappreżentanti tal-Aġenzija Federali tat-Trasport tal-Ajru Russa (“FATA”). L-għan ta' din il-laqgħa kien li tiġi rieżaminata l-prestazzjoni tas-sikurezza tal-kumpaniji tal-ajru Russi abbażi tar-rapporti tal-SAFA dwar l-ispezzjonijiet fir-rampa għall-perjodu bejn il-21 ta' Frar 2015 u l-20 ta' Frar 2016 u li jiġu identifikati każijiet li jistħoqqilhom attenzjoni speċjali.

(88)

Waqt il-laqgħa, il-Kummissjoni analizzat aktar fid-dettall ir-riżultati tal-SAFA ta' erba' kumpaniji tal-ajru mill-Federazzjoni Russa. L-FATA informat lill-Kummissjoni dwar ir-revoka f'Diċembru 2015 tal-AOC ta' waħda minn dawn l-erba' kumpaniji tal-ajru, kif ukoll l-azzjonijiet li ttieħdu minn tnejn oħra minn dawk l-erba' kumpaniji tal-ajru nfushom.

(89)

Barra minn hekk, matul din il-laqgħa l-FATA impenjat ruħha li tintensifika l-ħidma tagħha mar-raba' kumpanija tal-ajru sabiex jiġi żgurat li din ittejjeb ir-rekords tagħha tal-SAFA. Billi din il-kumpanija tal-ajru ssottomettiet ukoll applikazzjoni għal awtorizzazzjoni minn operatur ta' pajjiż terz tal-EASA skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014, il-Kummissjoni ħadet l-okkażjoni ta' din il-laqgħa biex tiċċara r-rabta bejn ir-Regolament (KE) Nru 2011/2005 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014. B'riżultat ta' diskussjonijiet ulterjuri bejn l-FATA u din ir-raba' kumpanija tal-ajru, l-FATA neħħiet l-awtorizzazzjoni ta' din il-kumpanija tal-ajru għal titjiriet lejn l-UE mill-kamp ta' applikazzjoni tal-AOC tagħha. Sussegwentament, din il-kumpanija tal-ajru ddeċidiet li tirtira l-applikazzjoni tagħha mal-EASA.

(90)

Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, ġie konkluż li ma kinitx meħtieġa seduta ta' smigħ quddiem il-Kummissjoni u l-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-awtoritajiet tal-avjazzjoni Russi jew tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Federazzjon Russa. Madankollu, ġie maqbul li għandhom jissoktaw il-laqgħat regolari ta' esperti tas-sikurezza bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Russi, mill-inqas darba qabel kull laqgħa tal-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru.

(91)

Għalhekk, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies li f'dan l-istadju ma hemmx raġunijiet biex tinbidel il-lista tal-Unjoni tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni sabiex jiġu inklużi l-kumpaniji tal-ajru mill-Federazzjoni Russa.

(92)

L-Istati Membri jridu jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tal-kumpaniji tal-ajru tal-Federazzjoni Russa mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, permezz tal-prijoritizzazzjoni ta' spezzjonijiet fir-rampa, f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(93)

Jekk dawn l-ispezzjonijiet jindikaw riskju imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta' konformità mal-istandards rilevanti tas-sikurezza, il-Kummissjoni tista' tkun obbligata tieħu azzjoni kontra l-kumpaniji tal-ajru mill-Federazzjoni Russa, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

Il-kumpaniji tal-ajru mis-Sudan

(94)

Matul dan l-aħħar perjodu, l-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tas-Sudan (“SCAA”) żammet kuntatti regolari mal-Kummissjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-valutazzjoni tal-kumpaniji tal-ajru li ġew irreġistrati fis-Sudan. Skont lista aġġornata tal-kumpaniji tal-ajru mis-Sudan, li ngħatat mill-SCAA fit-22 ta' Diċembru 2015, ma ġiet iċċertifikata l-ebda kumpanija tal-ajru ġdida u ġew irrevokati ċ-Ċertifikati tal-Operatur tal-Ajru ta' sitt kumpaniji tal-ajru: Almajal Aviation Service, Bentiu Air Transport, Dove Airlines, Fourty Eight Aviation, Marsland Company u Mid Airlines. Fl-istess ittra, l-SCAA informat lill-Kummissjoni li s-Sudan żviluppa l-manwal tiegħu tal-Programm Nazzjonali tas-Sikurezza u r-Regolamenti tal-Avjazzjoni Ċivili tas-Sudan Parti 19 — Il-Ġestjoni tas-Sikurezza, li jinkludi l-Istandards u r-rekwiżiti regolatorji għat-twaqqif u ż-żamma tas-sistemi ta' ġesjtoni tas-sikurezza mill-fornituri tas-servizz applikabbli.

(95)

Għalhekk, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies li għandha tinbidel il-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni biex jinteħħew il-kumpaniji tal-ajru Almajal Aviation Service, Bentiu Air Transport, Dove Airlines, Fourty Eight Aviation, Marsland Company u Mid Airlines mill-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

Il-kumpaniji tal-ajru mit-Tajwan

(96)

Il-Kummissjoni kompliet il-konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet kompetenti tat-Tajwan, l-Amministrazzjoni Ajrunawtika Ċivili (is-“CAA tat-Tajwan”). Fit-23 ta' Mejju 2016 saret laqgħa bejn il-Kummissjoni, l-EASA u l-esperti kemm mis-CAA tat-Tajwan kif ukoll mill-kumpanija tal-ajru TransAsia Airways (“TNA”), iċċertifikata fit-Tajwan.

(97)

Waqt din il-laqgħa, is-CAA tat-Tajwan ippreżentat il-progress tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet imnedija wara l-aċċidenti u l-inċidenti li jinvolvu lil TNA kif ukoll ir-riżultati tal-programm ta' sorveljanza għal TNA. Is-CAA tat-Tajwan indikat ukoll li r-rakkomandazzjonijiet kollha maħruġa minn organizzazzjonijiet esterni, b'riżultat taż-żjarat ta' valutazzjoni fuq il-post rispettivi tagħhom fl-2015, ġew aċċettati u implimentati.

(98)

Barra minn hekk, is-CAA tat-Tajwan informat lill-Kummissjoni li se tippermetti biss lil TNA li żżid l-għadd ta' operazzjonijiet tagħha biss wara li s-CAA tat-Tajwan tkun ivvalidat l-effettività tal-azzjonijiet ta' mitigazzjoni meħuda minn TNA. Finalment, is-CAA tat-Tajwan u TNA qablu li jkomplu l-konsultazzjonijiet tekniċi sabiex il-Kummissjoni tkun tista' ssegwi l-implimentazzjoni tal-pjanijiet rispettivi ta' azzjoni korrettiva u preventiva u biex jiġi żgurat li kull kwistjoni relatata mas-sikurezzà tkun tista' tiġi diskussa kif xieraq.

(99)

Abbażi tal-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, tqies li ma kienx meħtieġ li s-CAA tat-Tajwan u TNA jidhru quddiem il-Kummissjoni u l-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru u li mhija meħtieġa l-ebda projbizzjoni tal-operat fuq il-kumpaniji tal-ajru mit-Tajwan.

(100)

Għaldaqstant, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies li f'dan l-istadju ma hemmx raġunijiet biex tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru mit-Tajwan.

Il-kumpaniji tal-ajru mit-Tajlandja

(101)

Fit-2 ta' Mejju 2016 saret laqgħa teknika bħala parti mill-konsultazzjonijiet attivi mal-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tat-Tajlandja (“CAAT”), sabiex taġġorna lill-Kummissjoni dwar il-progress li sar minn Novembru 2015. Is-CAAT tat aġġornament dwar l-attivitajiet ewlenin ta' infurzar għall-iżgurar tal-kwalità, inklużi r-revoka ta' AOC wieħed, iż-żamma fuq l-art ta' inġenji tal-ajru minħabba kwistjonijiet ta' sikurezza, id-dereġistrazzjoni ta' inġenji tal-ajru minħabba l-inkapaċità finanzjarja tal-kumpaniji tal-ajru u l-ispezzjoni tal-ħinijiet tat-titjiriet u tas-servizz. Barra minn hekk, is-CAAT tat informazzjoni dwar il-progress fiċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid tal-AOC b'appoġġ minn organizzazzjoni esterna, is-sostenibbiltà u t-tisħiħ tal-kapaċità tal-organizzazzjoni tas-CAAT, kif ukoll dwar l-organizzazzjoni attwali tas-CAAT.

(102)

Is-CAAT iddikjarat għal diversi drabi li tqis li huwa aktar importanti li jittieħdu azzjonijiet korrettivi sostenibbli minflok “soluzzjonijiet ta' malajr”. Is-CAAT spjegat li hemm biżżejjed impenn politiku għal dan l-approċċ, iżda jeħtieġ iż-żmien. Bil-kuntratt ma' organizzazzjoni esterna fis-seħħ, iċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid tal-kumpaniji tal-ajru se tibda dalwaqt bl-għan li jiġu ċċertifikati mill-ġdid l-operaturi internazzjonali matul id-9 xhur li ġejjin. Dan se jifforma wkoll il-bażi għar-riżoluzzjoni tal-SSC tal-ICAO.

(103)

Fir-rigward tal-proġett ta' bini ta' kapaċità fit-tul li s-CAAT trid twettaq bl-appoġġ tal-EASA, skont il-Memorandum ta' Qbil li ġie ffirmat fl-2015, is-CAAT titlob li jkun hemm esperti tal-EASA f'seba' dipartimenti strateġiċi ewlenin tas-CAAT li jkunu jiggwidaw lill-maniġers tas-CAAT fl-implimentazzjoni tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza.

(104)

Il-Gvern tat-Tajlandja u s-CAAT juru impenn ċar biex itejbu s-sistema tas-sorveljanza tas-sikurezza fit-Tajlandja u pprovdew evidenza li matul l-aħħar sena sar progress rilevanti. Barra minn hekk, l-informazzjoni disponibbli dwar is-sikurezza fuq il-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fit-Tajlandja ma tappoġġax deċiżjoni li jiġu imposti projbizzjoni jew restrizzjonijiet tal-operat. Sabiex is-sitwazzjoni tiġi mmonitorjata mill-qrib, se jissoktaw il-konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet tat-Tajlandja, f'konformità mal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 473/2006.

(105)

Għaldaqstant, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies li f'dan l-istadju ma hemmx raġunijiet biex tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru mit-Tajlandja.

(106)

L-Istati Membri għandhom ikomplu jivverifikaw il-konformità effettiva mal-istandards rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni ta' spezzjonijiet fir-rampa li jridu jitwettqu fuq il-kumpaniji tal-ajru li ġew iċċertifikati fit-Tajlandja, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(107)

Jekk xi informazzjoni rilevanti tas-sikurezza tindika li hemm riskji imminenti għas-sikurezza b'konsegwenza ta' nuqqas ta' konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni tista' tkun obbligata tieħu azzjoni ulterjuri f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

Il-kumpaniji tal-ajru miż-Żambja

(108)

F'April 2016 ġiet organizzata żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post fiż-Żambja. F'din iż-żjara ta' valutazzjoni ħadu sehem esperti mill-Kummissjoni, mill-EASA u mill-Istati Membri. Iż-żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post saret fl-uffiċċji tal-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili taż-Żambja (“ZCAA”) u permezz ta' kampjun rilevanti fl-uffiċċji tal-kumpaniji tal-ajru Proflight Commuter Services (dba Proflight Zambia) u Royal Air Charters, iċċertifikati fiż-Żambja.

(109)

Il-konklużjonijiet ewlenin ta' dik iż-żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post fir-rigward taz-ZCAA jistgħu jiġu deskritti fil-qosor kif ġej. Iz-ZCAA hija ġeneralment lesta u kapaċi tindirizza n-nuqqasijiet marbuta mas-sikurezza u għandha biżżejjed kapaċità biex timplimenta u meta jkun hemm bżonn, tinforza l-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza, kif ukoll ir-Rekwiżiti tal-Avjazzjoni Ċivili taż-Żambja tagħha stess. Iz-ZCAA setgħet turi li, b'mod ġenerali, il-persunal tagħha għandu esperjenza u huwa kkwalifikat kif xieraq biex iwettaq id-dmirijiet ta' sorveljanza kif suppost. Min-naħa l-oħra, l-esperti indikaw li jkun utli għaz-ZCAA li tkompli tibni fuq il-progress tagħha sal-lum, fir-rigward tal-istandardizzazzjoni tal-attività ta' sorveljanza tagħha inkluż it-taħriġ kontinwu tal-ispetturi ta' sorveljanza tagħha. Bl-istess mod, jista' jkun utli wkoll li z-ZCAA toqgħod speċifikament attenta biex ittejjeb il-proċessi u l-proċeduri tagħha fir-rigward tal-kontroll u tal-aċċess tad-dokumentazzjoni.

(110)

Il-konklużjoni ewlenija taż-żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post fir-rigward ta' Proflight Commuter Services (dba Proflight Zambia) hija li ma hemmx nuqqas ta' rieda u b'mod ġenerali, ma hemmx nuqqas ta' kapaċità tal-kumpanija tal-ajru biex tindirizza n-nuqqasijiet marbuta mas-sikurezza. Barra minn hekk, l-esperti sabu li teżisti biżżejjed evidenza li tindika li, b'mod ġenerali Proflight Commuter Services (dba Proflight Zambia) hija kapaċi tiżgura l-konformità mal-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza, inklużi r-Rekwiżiti tal-Avjazzjoni Ċivili taż-Żambja.

(111)

Il-konklużjoni ewlenija li ħarġet miż-żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post fir-rigward ta' Royal Air Charters hija li ma hemmx nuqqas ta' rieda jew kapaċità tal-kumpanija tal-ajru li tindirizza n-nuqqasijiet marbuta mas-sikurezza. Barra minn hekk, l-esperti sabu li teżisti biżżejjed evidenza li tindika li Royal Air Charters hija kapaċi tiżgura l-konformità mal-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza u mar-Rekwiżiti tal-Avjazzjoni Ċivili taż-Żambja.

(112)

Fl-1 ta' Ġunju 2016 iz-ZCAA instemgħet quddiem il-Kummissjoni u l-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru. F'dik l-okkażjoni, instemgħet ukoll Proflight Commuter Services (dba Proflight Zambia).

(113)

Iz-ZCAA ppreżentat l-istruttura organizzazzjonali attwali tagħha, inkluż it-taħriġ u l-kwalifiki tal-ispetturi tagħha. Hija spjegat li tinsab impenjata li tissokta bl-istandardizzazzjoni tal-forza tal-ispetturi tagħha. F'termini tal-attività ta' ċertifikazzjoni u sorveljanza, iz-ZCAA rrappurtat li attwalment għandha responsabbiltà ta' sorveljanza għal għaxar detenturi biss tal-AOC. Iz-ZCAA tat informazzjoni li tikkonċerna ċ-ċertifikazzjoni tagħhom u spjegat fil-qosor l-elementi prinċipali tas-sorveljanza li huma soġġetti għalihom. Barra minn hekk, iz-ZCAA enfasizzat l-impenn tagħha biex tkompli ssegwi l-politika tagħha ta' titjib kontinwu, inkluża l-ħidma essenzjali tagħha fuq l-istandardizzazzjoni tas-sorveljanza tas-sikurezza.

(114)

Iz-ZCAA tat ukoll sommarju tal-azzjonijiet korrettivi tagħha fir-rigward tal-osservazzjonijiet li tqajmu waqt iż-żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post f'April 2016.

(115)

Proflight Commuter Services (dba Proflight Zambia) ippreżentat dettalji dwar l-istruttura organizzazzjonali tagħha, il-pjanijiet ta' żvilupp tagħha, u dettalji dwar is-Sistemi ta' ġestjoni tal-kwalità u tas-sikurezza tagħha, inkluż il-proċess u d-dettall tat-trattament u tal-valutazzjoni tagħha tar-rapporti dwar is-sikurezza. Barra minn hekk, irrapportat ukoll dwar l-azzjonijiet korrettivi tagħha fir-rigward tal-osservazzjonijiet li tqajmu waqt iż-żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post f'April 2016.

(116)

Il-Kummissjoni nnotat li Proflight Commuter Services (dba Proflight Zambia) matul is-seduta ta' smigħ ippreżentat sa livell sodisfaċenti u setgħet tipprovdi dettalji speċifiċi fir-rigward tat-twettiq sikur tal-operazzjonijiet tagħha.

(117)

Abbażi tal-informazzjoni kollha disponibbli, inklużi r-riżultati taż-żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post u l-informazzjoni mogħtija waqt is-seduta ta' smigħ, il-Kummissjoni tqis li hemm biżżejjed evidenza ta' konformità mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali applikabbli u mal-prattiki rrakkomandati min-naħa tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fiż-Żambja.

(118)

Abbażi tal-informazzjoni kollha disponibbli bħalissa, inklużi r-riżultati taż-żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post u l-informazzjoni mogħtija waqt is-seduta ta' smigħ, il-Kummissjoni tqis li z-ZCAA wettqet titjib sostenibbli. Il-Kummissjoni tagħraf ukoll li ma kienx hemm nuqqas ta' rieda min-naħa taz-ZCAA li tiddjaloga fuq bażi kontinwa mal-Kummissjoni u li z-ZCAA hija trasparenti meta tirrikonoxxi li għandha tkompli tiżviluppa aktar il-proċeduri ta' sorveljanza tas-sikurezza. Hu vvalutat li z-ZCAA kapaċi teżerċita r-responsabbiltajiet tagħha fejn tidħol is-sorveljanza tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fiż-Żambja. Matul is-seduta, iz-ZCAA qablet li tissokta bid-djalogu dwar is-sikurezza mal-Kummissjoni, inkluż permezz ta' laqgħat jew żjarat addizzjonali, jekk u meta jkun meħtieġ mill-Kummissjoni.

(119)

Għaldaqstant, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies li l-lista tal-Unjoni tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni jeħtieġ li tiġi emendata biex il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati fiż-Żambja jitneħħew mill-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(120)

L-Istati Membri għandhom ikomplu jivverifikaw il-konformità effettiva mal-istandards rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni ta' spezzjonijiet fir-rampa li jridu jitwettqu fuq il-kumpaniji tal-ajru li ġew iċċertifikati fiż-Żambja, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(121)

Jekk xi informazzjoni rilevanti tas-sikurezza tindika li hemm riskji imminenti għas-sikurezza b'konsegwenza ta' nuqqas ta' konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni tista' tkun obbligata tieħu azzjoni ulterjuri, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

(122)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 474/2006 għandu jiġi emendat skont dan,

(123)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 474/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Anness A huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness I ta' dan ir-Regolament;

(2)

L-Anness B huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Violeta BULC

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 344, 27.12.2005, p. 15.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 tat-22 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 84, 23.3.2006, p. 14).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/1991 tas-16 ta' Diċembru 1991 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili (ĠU L 373, 31.12.1991, p. 4).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 473/2006 tat-22 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni għal-lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fil-Komunità kif jissemma fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 84, 23.3.2006, p. 8).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta' Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014 tad-29 ta' April 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet tal-ajru ta' pajjiżi terzi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 133, 6.5.2014, p. 12)

(7)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 390/2011 tad-19 ta' April 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità (ĠU L 104, 20.4.2011, p. 10).


ANNESS I

“ANNESS A

LISTA TA' KUMPANIJI TAL-AJRU LI HUMA PPROJBITI MILLI JOPERAW FL-UNJONI, B'XI EĊĊEZZJONIJIET  (1)

Isem l-entità legali tal-kumpanija tal-ajru kif juri l-AOC tagħha (u l-isem kummerċjali tiegħu, jekk ikun differenti)

In-Numru taċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru (“AOC”) jew in-Numru tal-Liċenzja tal-Operat

In-numru tal-identifikazzjoni tal-ICAO għal-linja tal-ajru

L-Istat tal-Operatur

BLUE WING AIRLINES

SRBWA-01/2002

BWI

Is-Suriname

IRAQI AIRWAYS

001

IAW

L-Iraq

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Afganistan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

 

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan

ARIANA AFGHAN AIRLINES

AOC 009

AFG

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan

KAM AIR

AOC 001

KMF

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan

PAMIR AIRLINES

Mhux magħruf

PIR

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan

SAFI AIRWAYS

AOC 181

SFW

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Angola responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, bl-eċċezzjoni ta' TAAG Angola Airlines li ddaħħlet fl-Anness B, inklużi

 

 

Ir-Repubblika tal-Angola

AEROJET

AO 008-01/11

TEJ

Ir-Repubblika tal-Angola

AIR GICANGO

009

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

AIR JET

AO 006-01/11-MBC

MBC

Ir-Repubblika tal-Angola

AIR NAVE

017

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

AIR26

AO 003-01/11-DCD

DCD

Ir-Repubblika tal-Angola

ANGOLA AIR SERVICES

006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

DIEXIM

007

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

FLY540

AO 004-01 FLYA

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

GIRA GLOBO

008

GGL

Ir-Repubblika tal-Angola

HELIANG

010

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

HELIMALONGO

AO 005-01/11

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

MAVEWA

016

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

SONAIR

AO 002-01/10-SOR

SOR

Ir-Repubblika tal-Angola

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Benin responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

 

Ir-Repubblika tal-Benin

AERO BENIN

PEA Nru 014/MDCTTTATP-PR/ANAC/DEA/SCS

AEB

Ir-Repubblika tal-Benin

AFRICA AIRWAYS

Mhux magħruf

AFF

Ir-Repubblika tal-Benin

ALAFIA JET

PEA Nru 014/ANAC/MDCTTTATP-PR/DEA/SCS

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Benin

BENIN GOLF AIR

PEA Nru 012/MDCTTP-PR/ANAC/DEA/SCS.

BGL

Ir-Repubblika tal-Benin

BENIN LITTORAL AIRWAYS

PEA Nru 013/MDCTTTATP-PR/ANAC/DEA/SCS.

LTL

Ir-Repubblika tal-Benin

COTAIR

PEA Nru 015/MDCTTTATP-PR/ANAC/DEA/SCS.

COB

Ir-Repubblika tal-Benin

ROYAL AIR

PEA Nru 11/ANAC/MDCTTP-PR/DEA/SCS

BNR

Ir-Repubblika tal-Benin

TRANS AIR BENIN

PEA Nru 016/MDCTTTATP-PR/ANAC/DEA/SCS

TNB

Ir-Repubblika tal-Benin

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Kongo responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

 

Ir-Repubblika tal-Kongo

AERO SERVICE

RAC06-002

RSR

Ir-Repubblika tal-Kongo

CANADIAN AIRWAYS CONGO

RAC06-012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Kongo

EMERAUDE

RAC06-008

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Kongo

EQUAFLIGHT SERVICES

RAC 06-003

EKA

Ir-Repubblika tal-Kongo

EQUAJET

RAC06-007

EKJ

Ir-Repubblika tal-Kongo

EQUATORIAL CONGO AIRLINES S.A.

RAC 06-014

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Kongo

MISTRAL AVIATION

RAC06-011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Kongo

TRANS AIR CONGO

RAC 06-001

TSG

Ir-Repubblika tal-Kongo

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

 

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

AIR FAST CONGO

409/CAB/MIN/TVC/0112/2011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

AIR KASAI

409/CAB/MIN/TVC/0053/2012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

AIR KATANGA

409/CAB/MIN/TVC/0056/2012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

AIR TROPIQUES

409/CAB/MIN/TVC/00625/2011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

BLUE AIRLINES

106/CAB/MIN/TVC/2012

BUL

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

BLUE SKY

409/CAB/MIN/TVC/0028/2012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

BUSY BEE CONGO

409/CAB/MIN/TVC/0064/2010

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

COMPAGNIE AFRICAINE D'AVIATION (CAA)

409/CAB/MIN/TVC/0050/2012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

CONGO AIRWAYS

019/CAB/MIN/TVC/2015

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

DAKOTA SPRL

409/CAB/MIN/TVC/071/2011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

DOREN AIR CONGO

102/CAB/MIN/TVC/2012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

GOMAIR

409/CAB/MIN/TVC/011/2010

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

KIN AVIA

409/CAB/MIN/TVC/0059/2010

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

KORONGO AIRLINES

409/CAB/MIN/TVC/001/2011

KGO

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

MALU AVIATION

098/CAB/MIN/TVC/2012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

MANGO AIRLINES

409/CAB/MIN/TVC/009/2011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

SERVE AIR

004/CAB/MIN/TVC/2015

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

SERVICES AIR

103/CAB/MIN/TVC/2012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

SWALA AVIATION

409/CAB/MIN/TVC/0084/2010

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

TRANSAIR CARGO SERVICES

409/CAB/MIN/TVC/073/2011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

WILL AIRLIFT

409/CAB/MIN/TVC/0247/2011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Djibouti responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

 

Il-Djibouti

DAALLO AIRLINES

Mhux magħruf

DAO

Il-Djibouti

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Guinea Ekwatorjali responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

 

Il-Guinea Ekwatorjali

CEIBA INTERCONTINENTAL

2011/0001/MTTCT/DGAC/SOPS

CEL

Il-Guinea Ekwatorjali

CRONOS AIRLINES

2011/0004/MTTCT/DGAC/SOPS

Mhux magħruf

Il-Guinea Ekwatorjali

PUNTO AZUL

2012/0006/MTTCT/DGAC/SOPS

Mhux magħruf

Il-Guinea Ekwatorjali

TANGO AIRWAYS

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Il-Guinea Ekwatorjali

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Eritrea responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

 

L-Eritrea

ERITREAN AIRLINES

AOC Nru 004

ERT

L-Eritrea

NASAIR ERITREA

AOC Nru 005

NAS

L-Eritrea

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Gaboniża responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, bl-eċċezzjoni ta' Afrijet u SN2AG li ddaħħlu fl-Anness B, inklużi

 

 

Ir-Repubblika Gaboniża

AFRIC AVIATION

010/MTAC/ANAC-G/DSA

EKG

Ir-Repubblika Gaboniża

ALLEGIANCE AIR TOURIST

007/MTAC/ANAC-G/DSA

LGE

Ir-Repubblika Gaboniża

NATIONALE REGIONALE TRANSPORT (N.R.T)

008/MTAC/ANAC-G/DSA

NRG

Ir-Repubblika Gaboniża

SKY GABON

009/MTAC/ANAC-G/DSA

SKG

Ir-Repubblika Gaboniża

SOLENTA AVIATION GABON

006/MTAC/ANAC-G/DSA

SVG

Ir-Repubblika Gaboniża

TROPICAL AIR-GABON

011/MTAC/ANAC-G/DSA

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Gaboniża

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Indoneżja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, bl-eċċezzjoni ta' Garuda Indonesia, Airfast Indonesia, Ekspres Transportasi Antarbenua, Indonesia Air Asia, Citilink, Lion Air u Batik Air, inklużi

 

 

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

AIR BORN INDONESIA

135-055

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

AIR PACIFIC UTAMA

135-020

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

ALDA TRANS PAPUA

135-056

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

ALFA TRANS DIRGANTATA

135-012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

ANGKASA SUPER SERVICES

135-050

LBZ

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

ASI PUDJIASTUTI

135-028

SQS

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

AVIASTAR MANDIRI

135-029

VIT

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

DABI AIR NUSANTARA

135-030

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

DERAYA AIR TAXI

135-013

DRY

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

DERAZONA AIR SERVICE

135-010

DRZ

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

DIRGANTARA AIR SERVICE

135-014

DIR

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

EASTINDO

135-038

ESD

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

ELANG LINTAS INDONESIA

135-052

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

ELANG NUSANTARA AIR

135-053

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

ENGGANG AIR SERVICE

135-045

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

ERSA EASTERN AVIATION

135-047

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

GATARI AIR SERVICE

135-018

GHS

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

HEAVY LIFT

135-042

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

INDONESIA AIR ASIA EXTRA

121-054

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

INDONESIA AIR TRANSPORT

121-034

IDA

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

INTAN ANGKASA AIR SERVICE

135-019

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

JAYAWIJAYA DIRGANTARA

121-044

JWD

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

JOHNLIN AIR TRANSPORT

135-043

JLB

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

KAL STAR

121-037

KLS

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

KARTIKA AIRLINES

121-003

KAE

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

KOMALA INDONESIA

135-051

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

KURA-KURA AVIATION

135-016

KUR

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

MARTABUANA ABADION

135-049

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

MATTHEW AIR NUSANTARA

135-048

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

MIMIKA AIR

135-007

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

MY INDO AIRLINES

121-042

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

NAM AIR

121-058

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

NATIONAL UTILITY HELICOPTER

135-011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

NUSANTARA AIR CHARTER

121-022

SJK

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

PEGASUS AIR SERVICES

135-036

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

PELITA AIR SERVICE

121-008

PAS

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

PENERBANGAN ANGKASA SEMESTA

135-026

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

PURA WISATA BARUNA

135-025

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

RIAU AIRLINES

121-016

RIU

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

SAYAP GARUDA INDAH

135-004

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

SMAC

135-015

SMC

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

SRIWIJAYA AIR

121-035

SJY

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

SURYA AIR

135-046

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

TRANSNUSA AVIATION MANDIRI

121-048

TNU

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

TRANSWISATA PRIMA AVIATION

135-021

TWT

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

TRAVEL EXPRESS AVIATION SERVICE

121-038

XAR

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

TRAVIRA UTAMA

135-009

TVV

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

TRI MG INTRA ASIA AIRLINES

121-018

TMG

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

TRIGANA AIR SERVICE

121-006

TGN

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

UNINDO

135-040

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

WESTSTAR AVIATION INDONESIA

135-059

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

WING ABADI AIRLINES

121-012

WON

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Każakistan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, bl-eċċezzjoni ta' Air Astana, inklużi

 

 

Ir-Repubblika tal-Każakistan

AIR ALMATY

AK-0483-13

LMY

Ir-Repubblika tal-Każakistan

ATMA AIRLINES

AK-0469-12

AMA

Ir-Repubblika tal-Każakistan

AVIA-JAYNAR/AVIA-ZHAYNAR

AK-0467-12

SAP

Ir-Repubblika tal-Każakistan

BEK AIR

AK-0463-12

BEK

Ir-Repubblika tal-Każakistan

BEYBARS AIRCOMPANY

AK-0473-13

BBS

Ir-Repubblika tal-Każakistan

BURUNDAYAVIA AIRLINES

KZ-01/001

BRY

Ir-Repubblika tal-Każakistan

COMLUX-KZ

KZ-01/002

KAZ

Ir-Repubblika tal-Każakistan

EAST WING

KZ-01/007

EWZ

Ir-Repubblika tal-Każakistan

EURO-ASIA AIR

AK-0472-13

EAK

Ir-Repubblika tal-Każakistan

FLY JET KZ

AK-0477-13

FJK

Ir-Repubblika tal-Każakistan

INVESTAVIA

AK-0479-13

TLG

Ir-Repubblika tal-Każakistan

IRTYSH AIR

AK-0468-13

MZA

Ir-Repubblika tal-Każakistan

JET AIRLINES

KZ-01/003

SOZ

Ir-Repubblika tal-Każakistan

KAZAIR JET

AK-0474-13

KEJ

Ir-Repubblika tal-Każakistan

KAZAIRTRANS AIRLINE

AK-0466-12

KUY

Ir-Repubblika tal-Każakistan

KAZAVIASPAS

AK-0484-13

KZS

Ir-Repubblika tal-Każakistan

PRIME AVIATION

AK-0478-13

PKZ

Ir-Repubblika tal-Każakistan

SCAT

KZ-01/004

VSV

Ir-Repubblika tal-Każakistan

ZHETYSU AIRCOMPANY

AK-0470-12

JTU

Ir-Repubblika tal-Każakistan

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Kirgiża responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

 

Ir-Repubblika Kirgiża

AIR BISHKEK (dik li kienet EASTOK AVIA)

15

EAA

Ir-Repubblika Kirgiża

AIR MANAS

17

MBB

Ir-Repubblika Kirgiża

AVIA TRAFFIC COMPANY

23

AVJ

Ir-Repubblika Kirgiża

CENTRAL ASIAN AVIATION SERVICES (CAAS)

13

CBK

Ir-Repubblika Kirgiża

HELI SKY

47

HAC

Ir-Repubblika Kirgiża

AIR KYRGYZSTAN

03

LYN

Ir-Repubblika Kirgiża

MANAS AIRWAYS

42

BAM

Ir-Repubblika Kirgiża

S GROUP INTERNATIONAL

(dik li kienet S GROUP AVIATION)

45

IND

Ir-Repubblika Kirgiża

SKY BISHKEK

43

BIS

Ir-Repubblika Kirgiża

SKY KG AIRLINES

41

KGK

Ir-Repubblika Kirgiża

SKY WAY AIR

39

SAB

Ir-Repubblika Kirgiża

TEZ JET

46

TEZ

Ir-Repubblika Kirgiża

VALOR AIR

07

VAC

Ir-Repubblika Kirgiża

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Liberja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja.

 

 

Il-Liberja

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Libja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

 

Il-Libja

AFRIQIYAH AIRWAYS

007/01

AAW

Il-Libja

AIR LIBYA

004/01

TLR

Il-Libja

BURAQ AIR

002/01

BRQ

Il-Libja

GHADAMES AIR TRANSPORT

012/05

GHT

Il-Libja

GLOBAL AVIATION AND SERVICES

008/05

GAK

Il-Libja

LIBYAN AIRLINES

001/01

LAA

Il-Libja

PETRO AIR

025/08

PEO

Il-Libja

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Mozambique responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

 

Ir-Repubblika tal-Mozambique

AMBASSADOR LDA

MOZ-21

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Mozambique

CFM — TRABALHOS E TRANSPORTES AÉREOS LDA

MOZ-07

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Mozambique

CHC HELICÓPTEROS LDA

MOZ-22

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Mozambique

COA — COASTAL AVIATION

MOZ-15

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Mozambique

CPY — CROPSPRAYERS

MOZ-06

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Mozambique

CRA — CR AVIATION LDA

MOZ-14

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Mozambique

ETA — EMPRESA DE TRANSPORTES AÉREOS LDA

MOZ-04

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Mozambique

EVERETT AVIATION LDA

MOZ-18

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Mozambique

HCP — HELICÓPTEROS CAPITAL LDA

MOZ-11

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Mozambique

INAER AVIATION MOZAMBIQUE LDA

MOZ-19

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Mozambique

INTER AIRWAYS LDA

MOZ-24

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Mozambique

LAM — LINHAS AÉREAS DE MOÇAMBIQUE S.A.

MOZ-01

LAM

Ir-Repubblika tal-Mozambique

MAKOND, LDA

MOZ-20

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Mozambique

MEX — MOÇAMBIQUE EXPRESSO, SARL MEX

MOZ-02

MXE

Ir-Repubblika tal-Mozambique

OHI — OMNI HELICÓPTEROS INTERNATIONAL LDA

MOZ-17

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Mozambique

SAF — SAFARI AIR LDA

MOZ-12

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Mozambique

SAM — SOLENTA AVIATION MOZAMBIQUE, SA

MOZ-10

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Mozambique

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tan-Nepal responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

 

Ir-Repubblika tan-Nepal

AIR DYNASTY HELI. S.

035/2001

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

AIR KASTHAMANDAP

051/2009

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

BUDDHA AIR

014/1996

BHA

Ir-Repubblika tan-Nepal

FISHTAIL AIR

017/2001

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

GOMA AIR

064/2010

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

HIMALAYA AIRLINES

084/2015

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

MAKALU AIR

057 A/2009

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

MANANG AIR PVT LTD

082/2014

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

MOUNTAIN HELICOPTERS

055/2009

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

MUKTINATH AIRLINES

081/2013

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

NEPAL AIRLINES CORPORATION

003/2000

RNA

Ir-Repubblika tan-Nepal

SAURYA AIRLINES

083/2014

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

SHREE AIRLINES

030/2002

SHA

Ir-Repubblika tan-Nepal

SIMRIK AIR

034/2000

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

SIMRIK AIRLINES

052/2009

RMK

Ir-Repubblika tan-Nepal

SITA AIR

033/2000

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

TARA AIR

053/2009

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

YETI AIRLINES DOMESTIC

037/2004

NYT

Ir-Repubblika tan-Nepal

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet ta' São Tomé u Príncipe responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

 

São Tomé u Príncipe

AFRICA'S CONNECTION

10/AOC/2008

ACH

São Tomé u Príncipe

STP AIRWAYS

03/AOC/2006

STP

São Tomé u Príncipe

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet ta' Sierra Leone responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

 

Sierra Leone

AIR RUM, LTD

Mhux magħruf

RUM

Sierra Leone

DESTINY AIR SERVICES, LTD

Mhux magħruf

DTY

Sierra Leone

HEAVYLIFT CARGO

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Sierra Leone

ORANGE AIR SIERRA LEONE LTD

Mhux magħruf

ORJ

Sierra Leone

PARAMOUNT AIRLINES, LTD

Mhux magħruf

PRR

Sierra Leone

SEVEN FOUR EIGHT AIR SERVICES LTD

Mhux magħruf

SVT

Sierra Leone

TEEBAH AIRWAYS

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Sierra Leone

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tas-Sudan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

 

Ir-Repubblika tas-Sudan

ALFA AIRLINES SD

54

AAJ

Ir-Repubblika tas-Sudan

BADR AIRLINES

35

BDR

Ir-Repubblika tas-Sudan

BLUE BIRD AVIATION

11

BLB

Ir-Repubblika tas-Sudan

ELDINDER AVIATION

8

DND

Ir-Repubblika tas-Sudan

GREEN FLAG AVIATION

17

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tas-Sudan

HELEJETIC AIR

57

HJT

Ir-Repubblika tas-Sudan

KATA AIR TRANSPORT

9

KTV

Ir-Repubblika tas-Sudan

KUSH AVIATION CO.

60

KUH

Ir-Repubblika tas-Sudan

NOVA AIRWAYS

46

NOV

Ir-Repubblika tas-Sudan

SUDAN AIRWAYS CO.

1

SUD

Ir-Repubblika tas-Sudan

SUN AIR

51

SNR

Ir-Repubblika tas-Sudan

TARCO AIR

56

TRQ

Ir-Repubblika tas-Sudan”


(1)  Il-kumpaniji tal-ajru mniżżla fl-Anness A jistgħu jitħallew jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku tagħhom billi jużaw inġenji tal-ajru mikrijin bl-ekwipaġġ mingħand kumpanija tal-ajru li mhix soġġetta għal projbizzjoni tal-operat, dment li jkunu rrispettati l-istandards rilevanti tas-sikurezza.


ANNESS II

“ANNESS B

LISTA TA' KUMPANIJI TAL-AJRU SOĠĠETTI GĦAL RESTRIZZJONIJIET TAL-OPERAT FL-UNJONI  (1)

Isem l-entità legali tal-kumpanija tal-ajru kif indikat fl-AOC tagħha (u l-isem kummerċjali tagħha, jekk ikun differenti)

In-Numru taċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru (“AOC”)

In-numru tal-identifikazzjoni tal-ICAO għal-linja tal-ajru

L-Istat tal-Operatur

It-tip ta' inġenju tal-ajru ristrett

Il-marka jew il-marki tar-reġistrazzjoni u, meta disponibbli, in-numru jew in-numri tas-serje tal-kostruzzjoni tal-inġenju tal-ajru li jkollu restrizzjoni

L-Istat tar-reġistru

TAAG ANGOLA AIRLINES

001

DTA

Ir-Repubblika tal-Angola

Il-flotta kollha ħlief: inġenji tal-ajru tat-tip Beoing B737-700, inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B777-200 u inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B777-300.

Il-flotta kollha ħlief: inġenji tal-ajru fil-flotta Boeing B737-700, kif imsemmi fl-AOC; inġenji tal-ajru fil-flotta Boeing B777-200, kif imsemmi fl-AOC; u inġenji tal-ajru fil-flotta Boeing B777-300, kif imsemmi fl-AOC.

Ir-Repubblika tal-Angola

AIR SERVICE COMORES

06-819/TA-15/DGACM

KMD

Comoros

Il-flotta kollha ħlief: LET 410 UVP.

Il-flotta kollha ħlief: D6-CAM (851336).

Comoros

AFRIJET BUSINESS SERVICE (2)

002/MTAC/ANAC-G/DSA

ABS

Ir-Repubblika Gaboniża

Il-flotta kollha ħlief: 2 inġenji tal-ajru tat-tip Falcon 50, 2 inġenji tal-ajru tat-tip Falcon 900.

Il-flotta kollha ħlief: TR-LGV; TR-LGY; TR-AFJ; TR-AFR.

Ir-Repubblika Gaboniża

NOUVELLE AIR AFFAIRES GABON (SN2AG)

003/MTAC/ANAC-G/DSA

NVS

Ir-Repubblika Gaboniża

Il-flotta kollha ħlief: inġenju tal-ajru wieħed tat-tip Challenger CL-601, inġenju tal-ajru wieħed tat-tip HS-125-800.

Il-flotta kollha ħlief: TR-AAG, ZS-AFG.

Ir-Repubblika Gaboniża; Ir-Repubblika tal-Afrika t'Isfel

IRAN AIR

FS100

IRA

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran

L-inġenji tal-ajru kollha tat-tip Fokker F100 u tat-tip Boeing B747

L-inġenji tal-ajru tat-tip Fokker F100 kif imsemmi fl-AOC; l-inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B747 kif imsemmi fl-AOC

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran

AIR KORYO

GAC-AOC/KOR-01

KOR

Ir-Repubblika Demokratika tal-Popolu tal-Korea

Il-flotta kollha ħlief: 2 inġenji tal-ajru tat-tip TU-204.

Il-flotta kollha ħlief: P-632, P-633.

Ir-Repubblika Demokratika tal-Popolu tal-Korea


(1)  Il-kumpaniji tal-ajru mniżżla fl-Anness B jistgħu jitħallew jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku billi jużaw inġenji tal-ajru mikrijin bl-ekwipaġġ mingħand kumpanija tal-ajru li mhix soġġetta għal projbizzjoni tal-operat, dment li jiġu rrispettati l-istandards rilevanti tas-sikurezza.

(2)  Afrijet titħalla tuża biss l-inġenji tal-ajru speċifiċi msemmija għall-livell attwali ta' operazzjonijiet tagħha fl-Unjoni.”


Top