This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016R0957
Commission Delegated Regulation (EU) 2016/957 of 9 March 2016 supplementing Regulation (EU) No 596/2014 of the European Parliament and of the Council with regard to regulatory technical standards for the appropriate arrangements, systems and procedures as well as notification templates to be used for preventing, detecting and reporting abusive practices or suspicious orders or transactions (Text with EEA relevance)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/957 tad-9 ta' Marzu 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward standards tekniċi regolatorji għall-arranġamenti, is-sistemi u l-proċeduri xierqa, kif ukoll il-mudell ta' notifika li għandhom jintużaw għall-prevenzjoni, il-kostatazzjoni u r-rappurtar ta' prattiċi abbużivi jew ordnijiet jew tranżazzjonijiet suspettużi (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/957 tad-9 ta' Marzu 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward standards tekniċi regolatorji għall-arranġamenti, is-sistemi u l-proċeduri xierqa, kif ukoll il-mudell ta' notifika li għandhom jintużaw għall-prevenzjoni, il-kostatazzjoni u r-rappurtar ta' prattiċi abbużivi jew ordnijiet jew tranżazzjonijiet suspettużi (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
C/2016/1402
ĠU L 160, 17.6.2016, p. 1–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
17.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 160/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/957
tad-9 ta' Marzu 2016
li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward standards tekniċi regolatorji għall-arranġamenti, is-sistemi u l-proċeduri xierqa, kif ukoll il-mudell ta' notifika li għandhom jintużaw għall-prevenzjoni, il-kostatazzjoni u r-rappurtar ta' prattiċi abbużivi jew ordnijiet jew tranżazzjonijiet suspettużi
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 16(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
Huwa neċessarju li jiġu speċifikati rekwiżiti xierqa għall-arranġamenti, il-proċeduri u s-sistemi li l-operaturi fis-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar u kull persuna li professjonalment tirranġa jew teżegwixxi tranżazzjonijiet għandu jkollha biex tirrapporta dwar ordnijiet u tranżazzjonijiet li jkunu jistgħu jikkostitwixxu abbuż minn informazzjoni privileġġjata, manipulazzjoni tas-suq jew attentat ta' abbuż minn informazzjoni privileġġjata jew ta' manipulazzjoni tas-suq taħt ir-Regolament (UE) Nru 596/2014. Tali rekwiżiti għandhom jassistu l-prevenzjoni u l-kostatazzjoni tal-abbuż tas-suq. Għandhom ukoll jassisstu fl-assigurazzjoni li n-notifiki ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti jkunu jagħmlu sens, komprensivi u utli. Sabiex jiġi żgurat li l-kostatazzjoni tal-abbuż mis-suq tkun effettiva, għandu jkun hemm sistemi xierqa biex jiġu mmonitorjati l-ordnijiet u t-tranżazzjonijiet. Tali sistemi għandhom jipprovdu għal analiżi umana magħmula minn persunal imħarreġ kif xieraq. Is-sistemi għall-monitoraġġ tal-abbuż tas-suq għandhom ikunu kapaċi li jipproduċu allerti f'konformita ma' parametri predifiniti sabiex tkun tista' ssir analiżi ulterjuri li ssir fuq abbuż potenzjali minn informazzjoni privileġġjata, manipulazzjoni tas-suq jew attentat ta' abbuż minn informazzjoni privileġġjata jew manipulazzjoni tas-suq. Il-proċess kollu x'aktarx li jkun jirrekjedi xi livell ta' awtomazzjoni. |
(2) |
Sabiex jiġu ffaċiltati u promossi approċċi u prassi kostanti madwar l-Unjoni f'relazzjoni mal-prevenzjoni u l-kostatazzjoni tal-abbuż tas-suq, huwa xieraq li jiġu stipulati dispożizzjonijiet dettaljati li jarmonizzaw il-kontenut tal-mudell għar-rappurtar ta' ordnijiet u tranżazzjonijiet suspettużi, u meta għandu jsir dan ir-rappurtar. |
(3) |
Persuni li professjonalment jirranħaw jew jeżegwixxu tranżazzjonijiet involuti f'negozjar algoritmiku u suġġett għad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandhom jistabbilixxu u jmantnu s-sistemi li ssir referenza għalihom f'dan ir-Regolament u fir-Regolament (UE) Nru 596/2014 u għandhom jibqgħu suġġetti għall-Artikolu 17(1) tad-Direttiva 2014/65/UE. |
(4) |
Persuni li jkunu professjonalment impenjati li jirranġaw jew li jeżegwixxu tranżazzjonijiet għandhom ikunu jistgħu jiddelegaw il-monitoraġġ, il-kostatazzjoni u l-idenfikazzjoni ta' ordnijiet u tranżazzjoniiet suspettużi fi ħdan grupp jew li jiddelegaw l-analiżi tad-dejta u l-ġenerazzjoni ta' allerti, suġġett għall-kundizzjonijiet xierqa. Tali delega għandha tagħmilha possibbli li jiġu skambjati riżorsi, li jiġu żviluppati b'mod ċentrali, u li jinżammu, sistemi ta' monitoraġġ u li jiġi żviluppat l-għarfien espert fil-kuntest tal-monitoraġġ tal-ordnijiet u t-tranżazzjonijiet. Tali delegar ma għandux jipprevjeni lill-awtoritajiet kompetenti milli jevalwaw, f'kull mument, jekk is-sistemi, l-arranġamenti u l-proċeduri tal-persuni li lilha jkunu delegati l-funzjonijiet ikunux effettivi għas-sodisfar tal-obbligu tal-monitoraġġ u l-kostatazzjoni ta' abbuż tas-suq. L-obbligu tar-rappurtar kif ukoll ir-responsabilità tal-konformità ma' dan ir-Regolament u mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 għandhom jibqgħu mal-persuna delegata. |
(5) |
Iċ-ċentri tan-negozjar għandhom ikollhom regoli ta' negozjar xierqa li jikkontribwixxu għall-prevenzjoni tal-abbuż minn informazzjoni privileġġjata u manipulazzjoni tas-suq jew attentat ta' abbuż minn informazzjoni privileġġjata jew manipulazzjoni tas-suq. Iċ-ċentri tan-negozjar għandu jkollhom ukoll faċilitajiet ta' analiżi tal-ktieb tal-ordnijiet sabiex tkun tista' ssir analiżi tal-attività waqt sessjoni ta' negozjar fil-kuntest ta' neegozjar algoritmiku inkluż negozjar ta' frekwenza qawwija. |
(6) |
Mudell wieħed u armonizzat għas-sottomissjoni elettronika ta' rapport ta' tranżazzjoni u ordni suspettużi (STOR) għandu jassisti ful-koformità mar-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament u fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 fi swieq fejn l-ordnijiet u t-tranżazzjonijiet qegħdin isiru dejjem aktar transfruntiera. Għandu wkoll jiffaċilita l-iskambju effiċjenti tal-informazjoni dwar ordnijiet u tranżazzjonijiet suspettużi bejn l-awtoritajiet kompetenti f'investigazzjonijiet transfruntiera. |
(7) |
L-oqsma bl-informazzjoni relevanti li hemm fil-mudell, jekk jimtlew b'mod ċar, komprensiv, oġġettiv u preċiż, għandhom jassistu lill-awtoritajiet kompetenti biex ikunu jistgħu jevalwaw bla dewmien is-suspett u jibdew bl-azzjonijiet relevanti. Il-mudell għandu għaldaqstant jippermetti lill-persuni li jippreżentaw ir-rapport li jipprovdu l-informazzjoni meqjusa relevanti dwar l-ordnijiet u t-tranżazzjonijiet suspettużi u li jispjegaw ir-raġunijiet għas-suspett. Il-mudell għandu wkoll jippermetti li tiġi pprovduta dejta persunali li tagħmilha possibbli li jiġu identifikati l-persuni involuti fl-ordnijiet u t-tranżazzjonijiet suspettużi u li jassistu lill-awtoritajiet kompetenti fit-tmexxija tal-investigazzjonijiet biex tiġi analizzata malajr l-imġieba fin-negozju tal-persuni suspettati u li jiġu stabbiliti konnessjonijiet ma' persuni involuti f'negozju suspettuż ieħor. Tali informazzjoni għandha tiġi pprovduta mill-bidu, b'mod li l-integrità tal-investigazzjoni ma tkunx kompromessa min-neċessità potenzjali għal awtorità kompetenti li terġa' tirrikorri, matul investigazzjoni, lejn il-persuna li tkun ippreżentat ir-rapport STOR. Għandha tinkludi d-data tat-twelid, l-indirizz, l-informazzjoni dwar l-impjieg u l-kontijiet tal-persuna, u fejn applikabbli, il-kodiċi ta' identifikazzjoni tal-klijent u n-numru ta' identifikazzjoni nazzjonali tal-individwi kkonċernati. |
(8) |
Għall-faċilitazzjoni tal-preżentazzjoni ta' rapport STOR, il-mudell għandu jippermetti li jinthemżu dokumenti u materjali li jitqiesu neċessarji biex isostnu n-notifika li tkun saret, inkluż fil-forma ta' anness li jelenka l-ordnijiet u t-tranżazzjonijiet relevanti għall-istess rapport u bid-dettalji tal-prezzijiet u l-volumi tagħhom. |
(9) |
L-operaturi fis-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar, u persuni li professjonalment jirranġaw jew jeżegwixxu tranżazzjonijiet ma għandhomx ninnotifikaw l-ordnijiet jew it-tranżazzjonijiet kollha li jsiru li jkunu skattaw allert intern. Tali rekwiżit ikun inkonsistenti mar-rekwiżit li jiġi evalwat, fuq il-bażi ta' każ b'każ, jekk hemmx raġunijiet fondati biex ikun hemm suspett. |
(10) |
Ir-rapporti ta' ordnijiet u tranżazzjonijiet suspettużi għandhom jiġu ppreżentati lill-awtorità kompetenti relevanti mingħajr dewmien hekk kif jitfaċċa suspett raġjonevoli li dawk l-ordnijiet jew tranżazzjonijiet jistgħu jikkostitwixxu abbuż minn informazzjoni privileġġjata, manipulazzjoni tas-suq jew attentat ta' abbuż minn informazzjoni privileġġjata jew manipulazzjoni tas-suq. L-analiżi dwar jekk ordni jew tranżazzjoni għandhiex titqies suspettuża jew le għandha tkun ibbażata fuq fatti, mhux spekulazzjoni jew presuppożizzjoni u għandha ssir malajr kemm jista' jkun. Il-prassi li tiddewwem il-preżentazzjoni ta' rapport sabiex jiġu inkorporati ordnijiet jew tranżazzjonijiet suspettużi ulterjuri hija irrikonċiljabbli mal-obbligu ta' aġir mingħajr dewmien, fejn ikun diġà tfaċċa suspett raġjonevoli. F'kull każ il-preżentazzjoni ta' rapport STOR għandha tiġi evalwata fuq il-bażi ta' każ b'każ sabiex jiġi ddeterminat jekk f'rapport STOR wieħed ikunux jistgħu jiddaħħlu diversi ordnijiet u tranżazzjonijiet. Barra minn dan, il-prassi li l-ewwel ikun irid jidħol numru partikolari ta' rapporti STOR qabel ma dawn jiġu rrappurtati ma għandhiex titqies bħala konsistenti mar-rekwiżit li ssir notifika mingħajr dewmien. |
(11) |
Jista' jkun hemm ċirkostanzi fejn suspett raġjonevoli ta' abbuż minn informazzjoni privileġġjata, manipulazzjoni tas-suq jew attentat ta' abbuż minn informazzjoni privileġġjata jew manipulazzjoni tas-suq jitfaċċa wara li tkun seħħet l-attività suspettuża, minħabba ġrajjiet jew informazzjoni disponibbli sussegwenti. Din ma għandhiex tkun raġuni biex ma tiġix irrappurtata l-attività suspettata lill-awtorita kompetenti. Sabiex tingħata prova ta' konformità mar-rekwiżiti ta' rappurtar f'dawk iċ-ċirkostanzi speċifiċi, il-persuni li tippreżenta r-rapport għandha tkun tista' tiġġustifika d-diskrepanza fil-ħin bejn l-okkorrenza tal-attività ssuspettata u l-formazzjoni tas-suspett raġjonevoli ta' abbuż minn informazzjoni privileġġjata jew manipulazzjoni tas-suq jew attentat ta' abbuż minn informazzjoni privileġġjta jew manipulazzjoni tas-suq. |
(12) |
Iż-żamma tar-rapporti STOR li jkunu ġew ippreżentati kif ukoll tal-analiżi li tkun saret, u l-aċċess għalihom, dwar ordnijiet u tranżazzjonijiet suspettużi li ma jkunux irriżultaw fil-preżentazzjoni ta' rapport STOR jiffurmaw parti importanti mill-proċeduri biex jiġi kostatat abbuż tas-suq. L-abbiltà li tinġabar u tiġi rieżaminata l-analiżi li tkun saret fuq ir-rapporti STOR li jkunu ġew ippreżentati, kif ukoll dawk l-ordnijiet u tranżazzjonijiet suspettużi li jkunu ġew analiżżati, iżda dwarhom kien ġie konkluż li r-raġunijiet għas-suspett ma kinux fondati, jassistu lill-persuni li professjonalment jeżegwixxu jew jirranġaw tranżazzjonijiet u lill-operaturi tas-suq jew ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar fl-eżerċizzju tal-ġudizzju tagħhom meta jikkunsidraw ordnijiet jew tranżazzjonijiet suspettużi sussegwenti. L-analiżi li ssir fuq ordnijiet u tranżazzjonijiet suspettużi li ma tkunx wasslet fl-aħħar mill-aħħar biex jiġi ppreżentat rapport STOR tassisti lil dawk il-persuni meta jkunu qegħdin jirfinaw is-sistemi ta' sorveljanza tagħhom u fil-kostatazzjoni ta' forom ta' mġieba ripetuta li, meħuda flimkien tista', meta titqies fit-totalità tagħha, tirriżulta f'suspett raġjonevoli ta' abbuż minn informazzjoni privileġġjata jew manipulazzjoni tas-suq, jew attentat ta' abbuż minn informazzjoni privileġġjata jew manipulazzjoni tas-suq. Barra minn dan, ir-rekords imsemmija hawn fuq jassistu wkoll biex jirrelevaw il-konformità mar-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament u jiffaċiltaw il-prestazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-funzjonijiet superviżorji, investigatorji u ta' nfurżar tagħhom skont ir-Regolament (UE) Nru 596/2014. |
(13) |
Kull ipproċessar ta' dejta personali skont dan ir-Regolament għandu jsir f'konformità mal-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
(14) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji sottomess mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq lill-Kummissjoni. |
(15) |
L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għamlet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). |
(16) |
Sabiex ikun żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-swieq finanzjarji, huwa neċessarju li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b'urġenza u li d-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament japplikaw mill-istess data bħal dawk stabbiliti fir- Regolament (UE) Nru 596/2014, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
“rapport dwar tranżazzjonijiet u ordnijiet suspettużi” (STOR) ifisser ir-rapport dwar ordnijiet u tranżazzjonijiet suspettużi, inkluż kull kanċellazzjoni jew modifika tagħhom, li jistgħu jikkostitwixxu abbuż minn informazzjoni privileġġjata, manipulazzjoni tas-suq, jew attentat ta' abbuż minn informazzjoni privileġġjata jew manipulazzjoni tas-suq li għandu jsir skont l-Artikolu 16(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014. |
(b) |
“mezzi elettroniċi” huma mezzi ta' tagħmir elettroniku għall-ipproċessar (inkluża l-kompressjoni diġitali), il-ħażna u t-trasmissjoni ta' data, li jkunu jużaw wajers, radju, teknoloġiji ottiċi, jew kull mezz elettromanjetiku ieħor; |
(c) |
“grupp” ifisser grupp kif definit fl-Artikolu 2(11) tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5); |
(d) |
“ordni” tfisser kull ordni, inkluż kull kwotazzjoni, irrispettivament minn jekk l-iskop tagħha ikunx is-sottomissjoni inizjali, il-modifika, l-aġġornar jew il-kanċellazzjoni ta' ordni u irrispettivament mit-tip tagħha. |
Artikolu 2
Rekwiżiti ġenerali
1. Il-persuni li professjonalment jirranġaw jew jeżegwixxu tranżazzjonijiet għandhom jistabbilixxu u jmantnu arranġamenti, sistemi u proċeduri li jużguraw li jkun hemm:
(a) |
monitoraġġ effettiv u kontinwu, għall-iskopijiet tal-kostatazzjoni u l-identifikazzjoni ta' ordnijiet u tranżazzjonijiet li jistgħu jikkostitwixxu abbuż minn informazzjoni privileġġjata, manipulazzjoni tas-suq, jew attentat ta' abbuż minn informazzjoni privileġġjata jew manipulazzjoni tas-suq, tal-ordinijiet kollha riċevuti u trażmessi u t-tranżazzjonijiet kollha eżegwiti; |
(b) |
it-trażmissjoni tar-rapporti STOR lill-awtoritajiet kompetenti skont ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament u bl-użu tal-mudell stipulat fl-Anness. |
2. L-obbligi li ssier referenza għalihom fil-paragrafu 1 japplikaw għal ordnijiet u tranżazzjonijiet li jirrelataw ma' kull strument finanzjarju u japplikaw irrispettivament minn:
(a) |
il-kapaċita li fiha tkun ippreżentata l-ordni jew it-tranżazzjoni tkun eżegwita; |
(b) |
it-tip ta' klijenti kkonċernati; |
(c) |
jekk l-ordnijiet ġewx ippreżentati, jew it-tranżazzjonijiet ġewx eżegwiti f'ċentru tan-negozjar jew barra minnu. |
3. L-operaturi fis-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom jistabbilixxu u jsostnu arranġamenti, sistemi u proċeduri li jiżguraw li jkun hemm:
(a) |
monitoraġġ effettiv u kontinwu, għall-iskopijiet tal-prevenzjoni, il-kostatazzjoni u l-identifikazzjoni ta' abbuż minn informazzjoni privileġġjata, manipulazzjoni tas-suq, u attentati ta' abbuż minn informazzjoni privileġġjata jew manipulazzjoni tas-suq, tal-ordinijiet kollha riċevuti u t-tranżazzjonijiet kollha eżegwiti; |
(b) |
it-trażmissjoni tar-rapporti STOR lill-awtoritajiet kompetenti skont ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament u bl-użu tal-mudell stipulat fl-Anness. |
4. L-obbligi li ssier referenza għalihom fil-paragrafu 3 japplikaw għal ordnijiet u tranżazzjonijiet li jirrelataw ma' kull strument finanzjarju u japplikaw irrispettivament minn:
(a) |
il-kapaċita li fiha tkun ippreżentata l-ordni jew it-tranżazzjoni tkun eżegwita; |
(b) |
it-tip ta' klijenti kkonċernati; |
5. Il-persuni li professjonalment jirranġaw jew jeżegwixxu tranżazzjonijiet, l-operaturi fis-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom jiżguraw li l-arranġamenti, is-sistemi u l-proċeduri li ssir referenza għalihom fil-paragrafu 1 u 3:
(a) |
ikunu xierqa u proporzjonali f'relazzjoni mal-iskala, id-daqs u n-natura tal-attività tagħhom ta' negozju; |
(b) |
ikunu evalwati b'mod regolari, mill-anqas permezz ta' eżerċizzju ta' awditjar ta' kull sena kif ukoll b'rieżami intern, u aġġornat fejn ikun hemm bżonn; |
(c) |
ikunu ddokumentati b'mod ċar bil-miktub, inkluż kull tibdil jew aġġornament li jsirulhom, għall-iskopijiet tal-konformità ma' dan ir-Regolament, u li l-informazzjoni dokumentata tinżamm għal ħames snin. |
Il-persuni li ssir referenza għalihom fl-ewwel subparagrafu għandhom, meta jintalbu jagħmlu hekk, jipprovdu lilll-awtorità kompetenti bl-informazzjoni li ssir referenza għaliha fil-punti (b) u (c) ta' dak is-subparagrafu.
Artikolu 3
Il-prevenzjoni, il-monitorraġġ u l-kostatazzjoni
1. L-arranġamenti, is-sistemi u l-proċeduri li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 2(1) u (3):
(a) |
jippermettu li ssir analiżi, b'mod individwali u komparattiv, ta' kull tranżazzjoni eżegwita u kull ordni ppreżentata, mmodifikata, kkanċellata jew miċħuda fis-sistemi taċ-ċentru tan-negozjar u, fil-każ ta' persuni li professjonalment jirranġaw jew jeżegwixxu t-tranżazzjonijiet, anki barra minn ċentru tan-negozjar; |
(b) |
jipproduċu allerti li jindikaw attivitajiet li jkunu jeħtieġu analiżi ulterjuri għall-iskopijiet tal-kostatazzjoni ta' abbuż potenzjali minn informazzjoni privileġġjati jew manipulazzjoni tas-suq jew attentat ta' abbuż minn informazzjoni privileġġjata jew manipulazzjoni tas-suq; |
(c) |
ikunu jkopru l-firxa sħiħa ta' attivitajiet ta' negozjar li jsiru mill-persuni kkonċernati. |
2. Persuni li professjonalment jeżegwixxu jew jirranġaw tranżazzjonijiet u operaturi tas-suq u ditti tal-investiment li joperaw ċentri tan-negozju, meta jintalbu jagħmlu hekk, għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti bl-informazzjoni li tagħti prova ta' kemm is-sistemi tagħhom ikunu xierqa u proporzjonali f'relazzjoni mal-iskala, id-daqs u n-natura tal-attività tagħhom tan-negozju, inkluża l-informazzjoni fuq il-livell ta' awtomatizzazzjoni li hemm f'dawn is-sistemi.
3. L-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw ċentri tan-negozju għandhom, sal-livell li jkun xieraq u proporzjonali f'relazzjoni mal-iskala, id-daqs u n-natura tal-attività tagħhom tan-negozju, jużaw sistemi ta' softwer u jkollhom proċeduri li jassistu fil-prevenzjoni u l-kostatazzjoni tal-abbuż minn informazzjoni privileġġjata, manipulazzjoni tas-suq jew attentat ta' abbuż minn informazzjoni privileġġjata jew manipulazzjoni tas-suq.
Is-sistemi u l-proċeduri li ssir referenza għalihom fl-ewwel subparagrafu jinkludu softwer li bih ikun jista' jsir il-qari, il-preżentazzjoni u l-analiżi tad-dejta fuq il-ktieb tal-ordnijiet anki wara li jkun għadda ċertu żmien, u tali softwer ikollu biżżejjed kapaċità li jopera f'ambjent ta' negozjar algoritmiku.
4. Persuni li professjonalment jirranġaw jew jeżegwixxu tranżazzjonijiet u l-operaturi tas-suq u ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom jistabbilixxu u jżommu arranġamenti u proċeduri li jiżguraw livell xieraq ta' analiżi umana fil-monitoraġġ, il-kostatazzjoni u l-identifikazzjoni ta' tranżazzjonijiet u ordnijiet li jistgħu jitqiesu bħala li jikkostitwixxu abbuż minn informazzjoni privileġġjata, manipulazzjoni tas-suq jew attentat ta' abbuż minn informazzjoni privileġġjata jew manipulazzjoni tas-suq.
5. L-operaturi tas-suq u ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom jistabbilixxu u jżommu arranġamenti u proċeduri li jiżguraw livell xieraq ta' analiżi umana anki fil-prevewnzjoni ta' abbuż minn informazzjoni privileġġjata, manipulazzjoni tas-suq jew attentat ta' abbuż minn informazzjoni privileġġjata jew manipulazzjoni tas-suq.
6. Persuna li professjonalment tirranġa jew teżegwixxi tranżazzjonijiet għandha jkollha d-dritt, permezz ta' ftehim bil-miktub, li tiddelega lil persuna ġuridika li tkun tifforma parti mill-istess grupp il-prestazzjoni tal-funzjonijiet ta' monitoraġġ, kostatazzjoni u identifikazzjoni ta' ordnijiet u tranżazzjonijiet li jistgħu jikkostitwixxu abbuż minn informazzjoni privileġġjata, manipulazzjoni tas-suq jew attentat ta' abbuż minn informazzjoni privileġġjata jew manipulazzjoni tas-suq. Il-persuna li tiddelega dawk il-funzjonijiet għandha tibqa' għal kollox responsabbli biex teżegwixxi l-obbligi kollha tagħha skont dan ir-Regolament u l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 u għandha tara li l-arranġament ikun dokumentat b'mod ċar u li l-kompiti u r-responsabilitajiet jiġu assenjati u maqbula, inkluż kemm idum id-delegar.
7. Persuna li professjonalment tirranġa jew teżegwixxi tranżazzjonijiet tista', permezz ta' ftehim bil-miktub, tiddelega l-prestazzjoni tal-analiżi tad-dejta, inkluż id-dejta dwar l-ordnijiet u t-tranżazzjonijiet, u l-ġenerazzjoni ta' allerti neċessarji biex tali persuna twettaq monitoraġġ, kostatazzjoni u identifikazzjoni ta' ordnijiet u tranżazzjonijiet li jistgħu jikkostitwixxu abbuż minn informazzjoni privileġġjata, manipulazzjoni tas-suq jew attentat ta' abbuż minn informazzjoni privileġġjata jew manipulazzjoni tas-suq lil parti terza (“fornitur”). Il-persuna li tiddelega dawk il-funzjonijiet għandha tibqa' responsabbli għal kollox li teżegwixxi l-obbligi kollha tagħha skont dan ir-Regolament u l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 u għandha tkun konformi f'kull żmien mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
għandha żżomm il-kompetenza u r-riżorsi meħtieġa għall-evalwazzjoni tal-kwalità tas-servizzi pprovduti u tal-adegwatezza organizzazzjonali tal-fornituri, għas-superviżjoni tas-servizzi delegati u għall-ġestjoni tar-riskji assoċjati mad-delegazjoni ta' dawk il-funzjonijiet fuq bażi kontinwa; |
(b) |
għandha jkollha aċċess dirett għall-informazzjoni relevanti kollha rigward l-analiżi tad-dejta u l-ġenerazzjoni tal-allerti. |
Il-ftehim bil-miktub ikun fih id-deskrizzjoni tad-drittijiet u l-obbligi tal-persuna li tiddelega l-funzjonijiet li ssir referenza għalihom fl-ewwel subparagrafu u dawk tal-fornitur. Għandha wkoll tistabbilixxi r-raġunijiet li jippermettu lill-persuna li tiddelega l-funzjonijiet li tittermina tali ftehim.
8. Bħala parti mill-arranġamenti u proċeduri li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 2(1) u (3), persuni li professjonalment jirranġaw jew jeżegwixxu tranżazzjonijiet u operaturi tas-suq u ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozju għandhom iżommu għal ħames snin l-informazzjoni li tiddokumenta l-analiżi li tkun saret fir-rigward ta' ordnijiet u tranżazzjonijiet li jistgħu jikkostitwixxu abbuż minn informazzjoni privileġġjata, manipulazzjoni tas-suq jew attentat ta' abbuż minn informazzjoni privileġġjata jew manipulazzjoni tas-suq, li jkunu ġew eżaminati flimkien mar-raġunijiet tal-preżentazzjoni, jew in-nuqqas ta' preżentazzjoni, ta' rapport STOR. Dik l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta lill-awtorità kompetenti meta ssir talba għal dan.
Il-persuni li ssir refernza għalihom fl-ewwel subparagrafu għandhom jaraw li l-arranġamenti u l-proċeduri li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 2(1) u (3) jiggarantixxu u jżommu l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li ssir referenza għaliha fl-ewwel subparagrafu.
Artikolu 4
Taħriġ
1. Persuni li professjonalment jirranġaw jew jeżegwixxu tranżazzjonijiet u operaturi tas-suq u ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozju għandhom jorganizzaw u jipprovdu taħriġ effettiv u komprensiv lill-persunal involut fil-monitoraġġ, kostatazzjoni u identifikazzjoni ta' ordnijiet u tranżazzjonijiet li jistgħu jikkostitwixxu abbuż minn informazzjoni privileġġjata, manipulazzjoni tas-suq jew attentat ta' abbuż minn informazzjoni privileġġjata jew manipulazzjoni, inkluż il-persunal involut fl-ipproċessar ta' ordnijiet u tranżazzjonijiet. Tali taħriġ għandu jsir fuq bażi regolari u jkun xieraq u proporzjonat f'relazzjoni mal-iskala, id-daqs u n-natura tan-negozju.
2. L-operaturi tas-suq u ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom, barra minn dan, jipprovdu t-taħriġ li ssir referenza għalih fil-paragrafu 1 lil persunal involut fil-prevenzjoni ta' abbuż minn informazzjoni privileġġjata, manipulazzjoni tas-suq jew attentat ta' abbuż minn informazzjoni privileġġjata jew manipulazzjoni tas-suq.
Artikolu 5
Obbligazzjonijiet ta' rappurtar
1. Persuni li professjonalment jirranġaw jew jeżegwixxu tranżazzjonijiet u l-operaturi tas-suq u ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom jistabbilixxu u jżommu arranġamenti, sistemi u proċeduri effettivi li permezz tagħhom ikunu jistgħu jevalwaw, bl-iskop li jippreżentaw rapport STOR, jekk ordni jew tranżazzjoni tistax tikkostitwixxi abbuż minn informazzjoni privileġġjata, manipulazzjoni tas-suq jew attentat ta' abbuż minn informazzjoni privileġġjata jew manipulazzjoni tas-suq. Dawk l-arranġamenti, sistemi u proċeduri jieħdu f'kunsiderazzjoni dovuta l-elementi li jikkostitwixxu l-abbuż attwali ta' abbuż minn informazzjoni privileġġjata, jew manipulazzjoni tas-suq, jew tal-attentat tiegħu, skont l-Artikolu 8 u 12 tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 u tal-indikaturi mhux eżawrijenti tal-manipulazzjoni tas-suq li ssir referenza għaliha fl-Anness I ta' dak ir-Regolament, kif speċifikat ulterjorment fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/522 (6).
2. Il-persuni kollha li ssir referenza għalihom fil-paragrafu 1 u li jkunu involuti fl-ipproċessar tal-istess ordni jew tranżazzjoni għandhom ikunu responsabbli li jevalwaw jekk għandux jiġi ppreżentat rapport STOR.
3. Il-persuni li ssir refeernza għalihom fil-paragrafu 1 għandhom jaraw li l-informazzjoni ppreżentata bħala parti minn rapport STOR tkun ibbażata fuq fatti u analiżi, li tkun tqis l-informazzjoni kollha disponibbli għalihom.
4. Il-persuni li ssir referenza għalihom fil-paragrafu 1 għandhom ikollhom proċeduri biex jiżguraw li l-persuna li fir-rispett tagħha jkun ġie ppreżentat rapport STOR u kull min ma jkunx obbligat li jkun jaf dwar il-preżentazzjoni ta' rapport STOR bis-saħħa tal-funzjoni jew tal-pożizzjoni tiegħu fi ħdan il-persuna li tirrapporta, ma jkunx infurmat bil-fatt li rapport STOR ikun ippreżentat, jew li jkun hemm l-intenzjoni li jiġi ppreżentat, lill-awtorità kompetenti.
5. Il-persuni li ssir referenza għalihom fil-paragrafu 1 għandhom ilestu r-rapport STOR mingħajr ma jinfurmaw lill-persuna li fir-rispett tagħha jkun ġie ppreżentat rapport STOR, jew kull min ma jkunx obbligat li jkun jaf li jkun se jiġi ppreżentat rapport STOR, inkluż permezz ta' talbiet għall-informazzjoni marbuta mal-persuna li fir-rispett tagħha jkun ġie ppreżentat rapport STOR sabiex jiġu mimlija ċerti oqsma.
Artikolu 6
Iż-żmien tal-preżentazzjoni ta' rapporti STOR
1. Il-persuni li professjonalment jirranġaw jew jeżegwixxu tranżazzjonijiet u operaturi tas-suq u ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozju għandhom jaraw li jkollhom arranġamenti, sistemi u proċeduri effettivi għall-preżentazzjoni ta' rapport STOR mingħajr dewmien, skont l-Artikolu 16(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014, darba li jitfaċċa suspett raġjonevoli ta' abbuż minn informazzjoni privileġġjata jew manipulazzjoni tas-suq.
2. L-arranġamenti, is-sistemi u l-proċeduri li ssir referenza għalihom fil-paragrafu 1 jinkludu l-possibiltà li jiġu ppreżentati rapporti STOR f'relazzjoni ma' tranżazzjonijiet u ordnijiet li jkunu seħħew fil-passat, fejn ikun tfaċċa suspett fid-dawl ta' avvenimenti jew informazzjoni sussegwenti.
F'tali każijiet, il-persuna li professjonalment tirranġa jew teżegwixxi tranżazzjonijiet u l-operatur tas-suq u d-ditta tal-investiment li topera ċentru tan-negozjar għandhom jispjegaw fir-rapport STOR lill-awtorità kompetenti d-dewmien bejn il-ksur suspettat u l-preżentazzjoni tar-rapport STOR skont iċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ.
3. Persuni li professjonalment jirranġaw jew jeżegwixxu tranżazzjonijiet u operaturi fis-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom jippreżentaw lill-awtorita kompetenti kull informazzjoni addizzjonali relevanti li jsiru jafu biha wara li jkun ġie ppreżentat rapport STOR fil-bidu, u għandhom jipprovdu kull informazzjoni jew dokument mitlub mill-awtorità kompetenti.
Artikolu 7
Kontenut tar-rapporti STOR
1. Persuni li professjonalment jirranġaw jew jeżegwixxu tranżazzjonijiet u operaturi fis-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw ċentri tan-negozjar għandhom jippreżentaw rapport STOR bl-użu tal-mudell kif jidher fl-Anness.
2. Il-persuni li ssir referenza għalihom fil-paragrafu 1 li jippreżentaw rapport STOR għandhom jimlew l-oqsma ta' informazzjoni relevanti għall-ordnijiet jew tranżazzjonijiet irrappurtati b'mod ċar u preċiż. Ir-rapport STOR ikun fih tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
identifikazzjoni tal-persuna li tkun qegħda tippreżenta r-rapport STOR u, fil-każ ta' persuni li professjonalment jirranġaw jew jeżegwixxu tranżazzjonijiet, anki l-kapaċità li fiha l-persuna li tkun qegħda tippreżenta r-rapport STOR topera, b'mod partikolari meta tkun qed taġixxi f'isimha stess jew tkun qed teżegwixxi ordnijiet f'isem partijiet terzi; |
(b) |
deskrizzjoni tal-ordni jew tat-tranżazzjoni, li tinkludi:
|
(c) |
ir-raġunijiet li għalihom l-ordni jew it-tranżazzjoni tkun suspettata li tikkostitwixxi abbuż minn informazzjoni privileġġjata, manipulazzjoni tas-suq jew attentat ta' abbuż minn informazzjoni privileġġjata jew manipulazzjoni tas-suq; |
(d) |
il-mezzi ta' kif tista' tiġi identifikata kull persuna involuta fl-ordni jew it-tranżazzjoni li tista' tikkostitwixxi abbuż minn informazzjoni privileġġjata, manipulazzjoni tas-suq jew attentat ta' abbuż minn informazzjoni privileġġjata jew manipulazzjoni tas-suq, inkluż il-persuna li tkun ippreżentat jew eżegwit l-ordni u l-persuna li f'isimha l-ordni jkun ġie ppreżentat jew eżegwit; |
(e) |
kull informazzjoni u dokumenti ġustifikattivi oħra li jistgħu jitqiesu relevanti mill-awtorità kompetenti għall-iskop tal-kostatazzjoni, l-investigazzjoni u l-infurzar ta' abbuż minn informazzjoni privileġġjata, manipulazzjoni tas-suq jew attentat ta' abbuż minn informazzjoni privileġġjata jew manipulazzjoni tas-suq. |
Artikolu 8
Mezzi ta' trażmissjoni
1. Persuni li professjonalment jirranġaw jew jeżegwixxu tranżazzjonijiet u operaturi fis-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw ċentri tan-negozjar għandhom jippreżentaw rapport STOR, inkluż kull dokument ġustifikattiv jew dokumenti mehmuża, lill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 16(1) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 bl-użu tal-mezzi elettroniċi speċifikati minn dik l-awtorità kompetenti.
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw fuq is-sit web tagħhom il-mezzi elettroniċi li ssir referenza għalihom fil-paragrafu 1. Dawk il-mezzi elettroniċi għandhom jiżguraw li jinżammu l-kompletezza, l-integrità u l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni matul it-trażmissjoni.
Artikolu 9
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum li jsegwi dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Jibda japplika mit-3 ta' Lulju 2016.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Marzu 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 173, 12.6.2014, p. 1.
(2) Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).
(3) Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).
(5) Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).
(6) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/522 tas-17 ta' Diċembru 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għal ċerti korpi pubbliċi u banek ċentrali ta' pajjiżi terzi, l-indikaturi tal-manipulazzjoni tas-suq, il-limiti għall-iżvelar, l-awtorità kompetenti għan-notifika dwar id-dewmien, il-permess għan-negozjar matul perjodi magħluqa u tipi ta' tranżazzjonijiet maniġerjali notifikabbli (ĠU L 88, 5.4.2016, p. 1).
ANNESSI
Mudell ta' rapport STOR
TAQSIMA 1 — IDENTITÀ TAL-ENTITÀ/TAL-PERSUNA LI TIPPREŻENTA R-RAPPORT STOR |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||
Persuni li professjonalment jirranġaw jew jeżegwixxu tranżazzjonijiet/Operaturi fis-suq u ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozju — Speċifika f'kull każ: |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||
Isem il-persuna fiżika |
[Isem/Ismijiet u kunjom(ijiet) tal-persuna fiżika inkarigata mill-preżentazzjoni tar-rapport STOR fi ħdan l-entità li tippreżenta.] |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
Pożizzjoni fi ħdan l-entità li tirrapporta |
[Pożizzjoni tal-persuna fiżika inkarigata mill-preżentazzjoni tar-rapport STOR fi ħdan l-entita li tippreżenta.] |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
Isem l-entità li tirrapporta. |
[Isem sħiħ tal-entità li tirrapporta, inkluż fil-każ ta' persuni ġuridiċi:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||
Indirizz tal-entità li tirrapporta |
[L-indirizz sħiħ (eż. it-triq, in-numru fit-triq, il-kodiċi postali, il-belt, l-istat/il-provinċja) u l-pajjiż.] |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-kapaċità tal-aġir tal-entità għar-rigward tal-ordnijiet jew it-tranżazzjonijiet li jistgħu jikkostitwixxu abbuż minn informazzjoni privileġġjata, manipulazzjoni tas-suq, jew attentat ta' abbuż minn informazzjoni privileġġjata jew manipulazzjoni tas-suq |
[Deskrizzjoni tal-kapaċità li fiha l-entità li tirrapporta kienet qiegħda taġixxi għar-rigward tal-ordni/jiet jew tranżazzjoni/jiet li tista' tikkostitwixxi abbuż minn informazzjoni privileġġjata, manipulazzjoni tas-suq, jew attentat ta' abbuż minn informazzjoni privileġġjata jew manipulazzjoni tas-suq, eż. l-eżekuzzjoni ta' ordnijiet f'isem klijenti, li jaġixxu f'isimhom proprju, li joperaw ċentru tan-negozju, internalizzatur sistematiku.] |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
Tip ta' attività ta' negozju (ġenerazzjoni tas-suq, arbitraġġ, eċċ.) u t-tip ta' strument innegozjat (titoli, derivattivi, eċċ.) mill-entità li tirrapporta |
(Jekk disponibbli) |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
Relazzjoni mal-persuna li għar-rigward tagħha jkun ġie ppreżentat rarpport STOR |
[Deskrizzjoni ta' kull arranġament korporattiv, kuntrattwali jew organizzattiv jew ċirkostanzi jew relazzjonijiet] |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
Kuntatt għal talba addizzjonali għall-informazzjoni |
[Persuna li għandha tiġi kkuntattjata fi ħdan l-entità li tirrapporta għal talba addizzjonali għall-informazzjoni relatata ma' dan ir-rapport (eż. uffiċjal tal-konformità) u d-dettalji relevanti tal-kuntatt:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||
TAQSIMA 2 — TRANŻAZZJONI/ORDNI |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||
Deskrizzjoni tal-istrument finanzjarju: |
[Iddeskrivi l-istrument finanzjarju li jkun is-suġġett ta' rapport STOR, u speċifika:
[Elementi addizzjonali għall-ordnijiet u t-tranżazzjonijiet marbuta mad-derivattivi OTC (Il-lista ta' dejta hawn taħt mhix eżawrjenti)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||
Id-data u l-ħin tat-tranżazzjonijiet jew ordnijiet li jistgħu jikkostitwixxu abbuż minn informazzjoni privileġġjata, manipulazzjoni tas-suq, jew attentat ta' abbuż minn informazzjoni privileġġjata jew manipulazzjoni tas-suq |
[Indika d-data(i) u l-ħin/ijiet tal-ordni/jiet jew it-tranżazzjoni/jiet u speċifika ż-żona tal-ħin.] |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
Is-suq fejn tkun seħħet l-ordni jew it-tranżazzjoni |
[Speċifika:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||
Post (pajjiż) |
[Isem sħiħ tal-pajjiż u l-kodici tal-pajjiż ISO ta' żewġ karattri ISO 3166-1.] [Speċifika:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||
Deskrizzjoni tal-ordni jew tat-tranżazzjoni |
[Iddeskrivi tal-anqas il-karatteristiċi li ġejjin tal-ordni/jiet jew tat/tranżazzjoni/jiet irrapportati
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||
TAQSIMA 3 — DESKRIZZJONI TAN-NATURA TAS-SUSPETT |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||
Natura tas-suspett |
[Speċifika t-tip ta' ksur li jistgħu jikkostitwixxu l-ordnijiet jew it-tranżazzjonijiet:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||
Raġunijiet tas-suspett |
[Deskrizzjoni tal-attività (tranżazzjonijiet u ordnijiet, mod ta' kif jiġu ppreżentati l-ordnijiet jew jiġu eżegwiti t-tranżazzjoni u l-karatteristiċi tal-ordnijiet u t-tranżazzjonijiet li jagħmluhom suspettużi) u kif il-każ wasal għall-attenzjoni tal-persuna li tirrapporta, u speċifika r-raġunijiet tas-suspett. Bħala kriterji mhux eżawrijenti ta' gwida, id-deskrizzjoni tista' tinkludi:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||
TAQSIMA 4 — IDENTITÀ TAL-PERSUNA LI L-ORDNIJIET JEW IT-TRANŻAZZJONIJIET TAGĦHA JISTGĦU JIKKOSTITWIXXU ABBUŻ MINN INFORMAZZJONI PRIVILEĠĠJATA, MANIPULAZZJONI TAS-SUQ, JEW ATTENTAT TA' ABBUŻ MINN INFORMAZZJONI PRIVILEĠĠJATA JEW MANIPULAZZJONI TAS-SUQ (“IL-PERSUNA SSUSPETTATA”) |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||
Isem |
[Fil-każ ta' persuni fiżiċi: l-ewwel isem/ismijiet u l-kunjon/ijiet.] [Fil-każ ta' persuni ġuridiċi: isem sħiħ inkluża l-forma legali kif hemm ipprovdut għaliha fir-reġistru tal-pajjiż li skont il-liġijiet tiegħu hija inkorporata, jekk applikabbli, u l-kodiċi LEI (Identifikaur ta' Entità Legali) skont ISO 17442, fejn applikabbli.] |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
Data tat-twelid |
[Fil-każ ta' persuni naturali biss.] [yyyy-mm-dd] |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
Numru ta' Identità Nazzjonali (fejn applikabbli) |
[Fejn applikabbli fl-Istati Membru kkonċernat.] [Numru u/jew test] |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
Indirizz |
[L-indirizz sħiħ (eż. it-triq, in-numru tat-triq, il-kodiċi postali, il-belt, l-istat/il-provinċja) u l-pajjiż.] |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
Informazzjoni dwar l-impjieg:
|
[Informazzjoni dwar l-impjieg tal-persuna ssuspettata, minn sorsi ta' informazjoni disponibbli internament lill-entità li tirrapporta (eż. dokumentazzjoni dwar kontijiet fil-każ ta' klijenti, sistema ta' informazzjoni dwar il-persuna fil-każ ta' impjegat tal-entità li tirrapporta).] |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
Numru tal-kont/ijiet |
[Numru tal-kont/ijiet ta' flus kontanti u ta' titoli, kull kont konġunt jew kull Prokura fuq il-kont li jkollha l-persuna/l-entità.] |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
Identifikatur tal-klijent skont ir-rappurtar tat-tranżazzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 dwar swieq fi strumenti finanzjarji (jew kull kodiċi ieħor ta' identifikazzjoni) |
[Fil-każ li l-perunsa taħt suspett tkun klijent tal-entità li tirrapporta.] |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
Relazzjoni mal-emittent tal-istrumenti finanzjarji kkonċernati (fejn applikabbli u fejn magħrufa) |
[Deskrizzjoni ta' kull arranġament korporattiv, kuntrattwali jew organizzattiv jew ċirkostanzi jew relazzjonijiet] |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
TAQSIMA 5 — INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||
Sfond jew kull informazzjoni oħra li titqies bħala relevanti għar-rapport mill-entità li tirrapporta |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||
[Il-lista li ġejja mhix eżawrijenti.
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||
TAQSIMA 6 — DOKUMENTAZZJONI MEHMUŻA |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||
[Elenka d-dokumenti ġustifikattivi u l-materjal mehmuża flimkien ipprovduti ma' dan ir-rapport STOR. Eżempji ta' tali dokumentazzjoni huma emails, reġistrazzjonijiet ta' konverżazzjonijiet, rekords ta' ordnijiet/tranżazzjonijiet, konfermi, rapporti minn sensara, dokumenti dwar Prokuri, u kummenti mill-medja fejn ikun relevanti. Meta l-informazzjoni dettaljata dwar l-ordnijiet/it-tranżazzjonijiet li ssir referenza għalihom fit-Taqsima 2 ta' dan il-mudell tkun ipprovduta f'anness separat, indika t-titolu ta' dan l-anness.] |