Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R0907

    Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/907 tad-9 ta' Ġunju 2016 li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 174/2005 li jimponi restrizzjonijiet dwar il-forniment ta' assistenza relatata ma' attivitajiet militari lill-Côte d'Ivoire u r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Kosta tal-Avorju

    ĠU L 153, 10.6.2016, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/06/2016

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/907/oj

    10.6.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 153/1


    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2016/907

    tad-9 ta' Ġunju 2016

    li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 174/2005 li jimponi restrizzjonijiet dwar il-forniment ta' assistenza relatata ma' attivitajiet militari lill-Côte d'Ivoire u r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Kosta tal-Avorju

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/917 tad-9 ta' Ġunju 2016 li tħassar id-Deċiżjoni 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire (1),

    Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Fit-28 ta' April 2016, il-Kunsill tas-Sigurtá tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 2283 (2016) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, li temmet f'effett immedjat, is-sanzjonijiet kollha tan-NU kontra l-Côte d'Ivoire.

    (2)

    Fid-29 ta' Ottubru 2010, il-Kunsill ħassar il-Pożizzjoni Komuni 2004/852/PESK (2).

    (3)

    Fid-9 ta' Ġunju 2016, il-Kunsill ħassar id-Deċiżjoni 2010/656/PESK (3).

    (4)

    Ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 174/2005 (4) u (KE) Nru 560/2005 (5) għandhom għalhekk jitħassru,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 174/2005 u r-Regolament (KE) Nru 560/2005 huma mħassrin.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, id-9 ta' Ġunju 2016.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    G.A. VAN DER STEUR


    (1)  Ara l-paġna 38 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

    (2)  Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2004/852/PESK tat-13 ta' Diċembru 2004 dwar miżuri restrittivi kontra l-Kosta tal-Avorju (ĠU L 368, 15.12.2004, p. 50).

    (3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK tad-29 ta' Ottubru 2010 li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire (ĠU L 285, 30.10.2010, p. 28).

    (4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 174/2005 tal-31 ta' Jannar 2005 li jimponi restrizzjonijiet dwar il-forniment ta' assistenza relatata ma' attivitajiet militari lill-Côte d'Ivoire (ĠU L 29, 2.2.2005, p. 5).

    (5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 560/2005 tat-12 ta' April 2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Kosta tal-Avorju (ĠU L 95, 14.4.2005, p. 1).


    Top