This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016R0861
Commission Delegated Regulation (EU) 2016/861 of 18 February 2016 correcting Commission Delegated Regulation (EU) No 528/2014 supplementing Regulation (EU) No 575/2013 of the European Parliament and of the Council with regard to regulatory technical standards for non-delta risk of options in the standardised market risk approach and correcting Commission Delegated Regulation (EU) No 604/2014 supplementing Directive 2013/36/EU of the European Parliament and of the Council with regard to regulatory technical standards with respect to qualitative and appropriate quantitative criteria to identify categories of staff whose professional activities have a material impact on an institution's risk profile (Text with EEA relevance)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/861 tat-18 ta' Frar 2016 li jikkoreġi r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 528/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji tal-opzjonijiet fl-approċċ standardizzat tar-riskju tas-suq u li jikkoreġi r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 604/2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li jikkonċerna l-istandards tekniċi regolatorji fir-rigward tal-kriterji kwalitattivi u kwantitattivi xierqa biex jiġu identifikati l-kategoriji ta' persunal li l-attivitajiet professjonali tiegħu jkollhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/861 tat-18 ta' Frar 2016 li jikkoreġi r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 528/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji tal-opzjonijiet fl-approċċ standardizzat tar-riskju tas-suq u li jikkoreġi r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 604/2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li jikkonċerna l-istandards tekniċi regolatorji fir-rigward tal-kriterji kwalitattivi u kwantitattivi xierqa biex jiġu identifikati l-kategoriji ta' persunal li l-attivitajiet professjonali tiegħu jkollhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
C/2016/0901
ĠU L 144, 1.6.2016, pp. 21–23
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
1.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144/21 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/861
tat-18 ta' Frar 2016
li jikkoreġi r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 528/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji tal-opzjonijiet fl-approċċ standardizzat tar-riskju tas-suq u li jikkoreġi r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 604/2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li jikkonċerna l-istandards tekniċi regolatorji fir-rigward tal-kriterji kwalitattivi u kwantitattivi xierqa biex jiġu identifikati l-kategoriji ta' persunal li l-attivitajiet professjonali tiegħu jkollhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 94(2) tagħha,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (2), u b'mod partikulari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 329(3) u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 352(6) u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 358(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 329(3), it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 352(6) u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 358(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jipprovdu lill-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) li tiżviluppa firxa ta' metodi sabiex jirriflettu riskji oħra, minbarra r-riskju tdelta, fir-rekwiżiti tal-fondi proprji ta' istituzzjonijiet, b'mod proporzjonat mal-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet fl-opzjonijiet u ċ-ċertifikati. Għaldaqstant, l-ABE żviluppat abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji f'dan ir-rigward li l-Kummissjoni approvat u adottat fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 528/2014 (3). |
|
(2) |
Il-qafas għal superviżjoni prudenzjali stabbilit mid-Direttiva 2013/36/UE jitlob li l-istituzzjonijiet kollha jidentifikaw il-membri kollha tal-persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni. Skont l-Artikolu 94(2) tad-Direttiva 2013/36/UE, l-ABE żviluppat abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji f'dan ir-rigward li l-Kummissjoni approvat u adottat fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 604/2014 (4). |
|
(3) |
Fir-Regolament Delegat (UE) Nru 528/2014 u r-Regolament Delegat (UE) Nru 604/2014 saru xi żbalji li jridu jiġu kkoreġuti. |
|
(4) |
Skont ir-Regolament Delegat (UE) Nru 528/2014, approċċ simplifikat għandu jkun disponibbli biss għal dawk l-istituzzjonijiet li jixtru esklużivament opzjonijiet u ċertifikati, iżda huma m'għandhomx ikunu obbligati jużaw dan l-approċċ. Huwa, għalhekk, xieraq li tiġi kkoreġuta l-formulazzjoni tal-kliem tal-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 528/2014 li tobbliga lil dawk l-istituzzjonijiet li jużaw l-approċċ simplifikat u ma tipprevjenix lill-istituzzjonijiet l-oħra milli jużaw dan l-approċċ ukoll. |
|
(5) |
L-Artikolu 4(1)(c) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 604/2014 għandu jiġi emendat kif xieraq biex jikkwalifika kull membru tal-persunal li r-remunerazzjoni totali tiegħu tpoġġih fl-istess livell bħal tal-maniġers superjuri u dawk li jieħdu r-riskju bħala “dawk li jieħdu r-riskju materjali”, jiġifieri, dawk li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni. |
|
(6) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji sottomessi mill-ABE lill-Kummissjoni. |
|
(7) |
L-ABE wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz oriġinali tal-istandards tekniċi regolatorji li jikkoreġi dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). |
|
(8) |
Sabiex jiġi żgurat li l-istandards tekniċi regolatorji jistgħu jiġu applikati b'mod korrett kemm jista' jkun malajr, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Korrezzjoni tar-Regolament Delegat (UE) Nru 528/2014
L-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 528/2014 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“Artikolu 2
Huma biss l-istituzzjonijiet li jixtru esklużivament opzjonijiet u ċertifikati li jistgħu jużaw l-approċċ simplifikat.”
Artikolu 2
Korrezzjoni tar-Regolament Delegat (UE) Nru 604/2014
Fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 604/2014, il-punt (c) jinbidel b'dan li ġej:
|
“(c) |
il-membru tal-persunal kien fis-sena finanzjarja preċedenti mogħti rimunerazzjoni totali li hija ugwali għal, jew ikbar mill-inqas rimunerazzjoni totali mogħtija f'dik is-sena finanzjarja lil membru tal-maniġment superjuri jew lil mebru tal-persunal li jissodisfa kwalunkwe wieħed mill-kriterji fil-punti (1), (5), (6), (8), (11), (12), (13) jew (14) tal-Artikolu 3.” |
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Frar 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338.
(2) ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.
(3) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 528/2014 tat-12 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji tal-opzjonijiet fl-approċċ standardizzat tar-riskju tas-suq (ĠU L 148, 20.5.2014, p. 29)
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 604/2014 tal-4 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li jikkonċerna l-istandards tekniċi regolatorji fir-rigward tal-kriterji kwalitattivi u kwantitattivi xierqa biex jiġu identifikati l-kategoriji ta' persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni (ĠU L 167, 6.6.2014, p. 30)
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).