This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016R0841
Council Regulation (EU) 2016/841 of 27 May 2016 amending Regulation (EC) No 329/2007 concerning restrictive measures against the Democratic People's Republic of Korea
Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/841 tas-27 ta' Mejju 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/841 tas-27 ta' Mejju 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
ĠU L 141, 28.5.2016, p. 36–46
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2017; Impliċitament imħassar minn 32017R1509
28.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 141/36 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2016/841
tas-27 ta' Mejju 2016
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 tas-27 ta' Mejju 2016 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Fis-27 ta' Mejju 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 (2) jagħti effett lill-miżuri previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2016/849. |
(3) |
Id-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 tipprojbixxi l-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment lejn ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (il-“Korea ta' Fuq”) ta' aktar oġġetti, materjali u tagħmir relatat ma' oġġetti u teknoloġija b'użu doppju. Hija tipprojbixxi wkoll it-trasferimenti ta' fondi lejn u mill-Korea ta' Fuq sakemm ma jkunux speċifikament awtorizzati minn qabel, kif ukoll l-investiment mill-Korea ta' Fuq u ċ-ċittadini tagħha fit-territorji taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri u l-investiment minn ċittadini jew entitajiet tal-Unjoni fil-Korea ta' Fuq. Barra minn hekk, hija tipprojbixxi lil kwalunkwe inġenju tal-ajru operat minn trasportaturi mill-Korea ta' Fuq jew li joriġina mill-Korea ta' Fuq milli jinżel, jitlaq jew itir minn fuq it-territorju tal-Istati Membri, kif ukoll lil kwalunkwe bastiment li huwa proprjetà, operat jew b'ekwipaġġ mill-Korea ta' Fuq milli jidħol fil-portijiet tal-Istati Membri. Hija tintroduċi projbizzjoni fuq l-importazzjoni ta' oġġetti ta' lussu mill-Korea ta' Fuq, kif ukoll projbizzjonijiet fuq il-forniment ta' appoġġ finanzjarju għal kummerċ mal-Korea ta' Fuq. Ġiet introdotta wkoll eżenzjoni, għall-kuntratti li saru qabel, mill-obbligu li jiġu ffriżati l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ta' ċerti persuni u entitajiet mill-Korea ta' Fuq. |
(4) |
Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 329/2007 għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 329/2007 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 1, jiżdiedu l-punti li ġejjin:
(*) Id-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2007 dwar is-servizzi ta' ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE (ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1)." (**) Id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE (ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7).”." |
(2) |
fl-Artikolu 2, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej: “4. Għandu jkun ipprojbit:
L-Anness Ic għandu jinkludi d-deheb, il-mineral tat-titanju, il-mineral tal-vanadju u l-minerali rari mill-art imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 4. L-Anness Id għandu jinkludi l-faħam, il-ħadid u l-mineral tal-ħadid imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 4. L-Anness If għandu jinkludi l-prodotti petrolifiċi msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 4.”. |
(3) |
L-Artikolu 3a huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 3a 1. B'deroga mill-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 3(1), l-awtorità kompetenti rilevanti ta' Stat Membru, kif indikat fis-siti web elenkati fl-Anness II, tista' tawtorizza, taħt dawk it-termini u l-kondizzjonijiet li hija tqis xierqa, il-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni direttament jew indirettament tal-oġġetti u t-teknoloġija, inkluż is-software, imsemmija fl-Artikolu 2(1) jew l-assistenza jew s-servizzi ta' senserija msemmija fl-Artikolu 3(1), dment li l-oġġetti u t-teknoloġija, l-assistenza jew is-servizzi ta' senserija jkunu għall-finijiet ta' ikel, ta' agrikoltura, mediċi jew finijiet umanitarji oħrajn. 2. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni fi żmien erba' ġimgħat bl-awtorizzazzjonijiet mogħtija skont dan l-Artikolu. 3. B'deroga mill-punt (a) tal-Artikolu 2(1) u l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 3(1), l-awtorità rilevanti kompetenti tal-Istat Membru, kif indikat fis-siti web elenkati fl-Anness II, tista' tawtorizza t-tranżazzjonijiet imsemmija hemmhekk taħt dawk il-kondizzjonijiet li hija tqis xierqa u dment li l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU ikun approva t-talba 4. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe talba għall-approvazzjoni li huwa jkun ippreżenta lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU skont il-paragrafu 3.”. |
(4) |
L-Artikolu 3b huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 3b 1. Flimkien mal-obbligu li l-awtoritajiet doganali kompetenti jiġu pprovduti bl-informazzjoni ta' qabel il-wasla u wara t-tluq kif stabbilit fid-dispożizzjonijiet rilevanti li jirrigwardaw id-dikjarazzjonijiet sommarji tad-dħul u l-ħruġ flimkien mad-dikjarazzjonijiet tad-dwana Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (***), Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 (****) u Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2447 (*****), il-persuna li tipprovdi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandha tiddikjara jekk l-oġġetti humiex koperti mil-Lista Komuni tal-UE ta' Tagħmir Militari jew minn dan ir-Regolament u, meta l-esportazzjoni tagħhom tkun soġġetta għal awtorizzazzjoni, tispeċifika l-oġġetti u t-teknoloġija koperti mil-liċenzja tal-esportazzjoni mogħtija. 2. L-elementi addizzjonali meħtieġa msemmija f'dan l-Artikolu għandhom jiġu ppreżentati bl-użu ta' dikjarazzjoni doganali jew, fin-nuqqas ta' tali dikjarazzjoni, fi kwalunkwe forma miktuba, kif xieraq. (***) Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1)." (****) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta' Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343 29.12.2015, p. 1)." (*****) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343 29.12.2015, p. 558).”." |
(5) |
L-Artikolu 3c jitħassar. |
(6) |
L-Artikolu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 4 1. Għandu jkun ipprojbit:
2. B'deroga mill-punt (b) tal-paragrafu 1, il-projbizzjoni msemmija fih ma għandhiex tapplika għal oġġetti personali tal-vjaġġaturi jew għal oġġetti ta' natura mhux kummerċjali għall-użu personali tal-vjaġġaturi li jkunu jinsabu fil-valiġġi tagħhom. 3. Il-projbizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għal oġġetti li huma neċessarji għal finijiet uffiċjali ta' missjonijiet diplomatiċi jew konsulari ta' Stat Membru fil-Korea ta' Fuq jew ta' organizzazzjonijiet internazzjonali li jgawdu minn immunitajiet f'konformità mal-liġi internazzjonali, jew għall-oġġetti personali tal-persunal tagħhom. 4. L-awtorità kompetenti rilevanti ta' Stat Membru, kif indikat fis-siti web elenkati fl-Anness II, taħt dawk il-kondizzjonijiet li huma jqisu xierqa, tranżazzjoni fir-rigward ta' oġġetti msemmija fil-punt 17 tal-Anness III, dment li l-oġġetti jkunu għal finijiet umanitarji.”. |
(7) |
L-Artikolu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 5 1. Merkanzija fl-Unjoni jew fi tranżitu fl-Unjoni, inkluż f'ajruporti, f'portijiet ħielsa u f'żoni ħielsa, kif imsemmi fl-Artikoli 243 sa 249 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, tkun soġġetta għal spezzjoni biex jiġi żgurat li ma jkunx fiha oġġetti pprojbiti mir-Riżoluzzjonijiet 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jew minn dan ir-Regolament fejn:
2. Meta l-merkanzija ma taqax fil-kamp ta' applikazzjoni tal-paragrafu 1, il-merkanzija fl-Unjoni jew fi tranżitu fl-Unjoni, inkluż f'ajruporti, f'portijiet u f'żoni ħielsa, għandha tkun soġġetta għal spezzjoni meta jkun hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jaħseb li jista' jkun fiha oġġetti li l-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom hija pprojbita minn dan ir-Regolament fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:
3. Il-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-invjolabbiltà u l-protezzjoni tal-basktijiet diplomatiċi u konsulari previsti fil-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Diplomatiċi tal-1961 u l-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Konsulari tal-1963. 4. Il-forniment ta' servizzi ta' trażbord jew ta' servizzi ta' forniment għall-bastimenti, jew xi servizzi oħra għall-bastimenti, lil bastimenti tal-Korea ta' Fuq huwa pprojbit fejn il-fornituri tas-servizz ikollhom informazzjoni, inkluż mingħand l-awtoritajiet kompetenti tad-dwana fuq il-bażi tal-informazzjoni ta' qabel il-wasla u ta' qabel it-tluq imsemmija fl-Artikolu 3a(1), li tipprovdi bażi raġonevoli biex wieħed jemmen li l-bastimenti qed iġorru oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti minn dan ir-Regolament, sakemm il-forniment ta' dawn is-servizzi ma jkunx neċessarju għal finijiet umanitarji.”. |
(8) |
jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 5b 1. Għandu jkun ipprojbit, fit-territorju tal-Unjoni, li jiġi aċċettat jew approvat investiment fi kwalunkwe attività kummerċjali meta dan l-investiment isir minn:
2. Għandu jkun ipprojbit:
Artikolu 5c 1. It-trasferiment ta' fondi lejn u mill-Korea ta' Fuq għandu jkun ipprojbit, dment li ma jikkonċernax tranżazzjoni msemmija fil-paragrafu 3. 2. Għandu jkun ipprojbit għal istituzzjonijiet ta' kreditu u finanzjarji li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 16 li jidħlu, jew ikomplu jipparteċipaw fi kwalunkwe tranżazzjoni ma':
dment li dawn it-tranżazzjonijiet ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tal-paragrafu 3 u ġew awtorizzati skont il-punt (a) tal-paragrafu 4, jew ma jeħtiġux awtorizzazzjoni skont il-punt (b) tal-paragrafu 4. 3. It-tranżazzjonijiet li ġejjin jistgħu jiġu awtorizzati skont il-paragrafu 4:
4. It-tranżazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 li jinvolvu t-trasferimenti ta' fondi lejn u mill-Korea ta' Fuq għal ammonti:
5. L-ebda awtorizzazzjoni minn qabel ma għandha tkun meħtieġa għal tranżazzjoni jew trasferiment ta' fondi li huma neċessarji għall-finijiet uffiċjali ta' missjoni diplomatika jew konsulari ta' Stat Membru jew ta' organizzazzjoni internazzjonali li tgawdi minn immunitajiet fil-Korea ta' Fuq f'konformità mal-liġi internazzjonali. 6. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lil xulxin u lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont il-punti (a) tal-paragrafu 4. 7. Għal tranżazzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-paragrafu3, l-istituzzjonijiet ta' kreditu u finanzjarji msemmija fl-Artikolu 16 għandhom, fl-attivitajiet tagħhom ma' istituzzjonijiet ta' kreditu u finanzjarji msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-paragrafu2:
Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, il-FIU, jew kwalunkwe awtorità kompetenti oħra li sservi bħala ċentru nazzjonali għar-riċeviment u l-analiżi tar-rapporti ta' tranżazzjonijiet suspettużi, għandha tirċievi r-rapporti dwar il-finanzjament potenzjali tal-proliferazzjoni u għandu jkollha aċċess, direttament jew indirettament, fuq bażi fil-pront għall-informazzjoni finanzjarja, amministrattiva u tal-infurzar tal-liġi li hija tkun teħtieġ biex twettaq din il-funzjoni sew, inkluża l-analiżi tar-rapporti ta' tranżazzjonijiet suspettużi. 8. Ir-rekwiżit għal awtorizzazzjoni minn qabel fil-paragrafu 3 għandu japplika indipendentement minn jekk it-trasferiment tal-fondi jkunx eżegwit f'operazzjoni waħda jew f'diversi operazzjonijiet li jidhru li jkunu marbutin ma' xulxin. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, “l-operazzjonijiet li jidhru li jkunu marbutin ma' xulxin” jinkludu:
9. Għandha tkun ipprojbita l-parteċipazzjoni, konxja u b'intenzjoni, f'attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun iċ-ċirkumvenzjoni tal-projbizzjonijiet imsemmija f'dan l-Artikolu. (******) Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15)." (*******) Regolament (KE) Nru 1781/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 dwar informazzjoni dwar il-pagatur, li għandha takkumpanja t-trasferimenti ta' fondi (ĠU L 345, 8.12.2006, p. 1).”." |
(9) |
L-Artikolu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 8 1. B'deroga mill-Artikolu 6, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif indikati fis-siti web elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi friżati, jekk jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:
2. B'deroga mill-Artikolu 6, u bil-kondizzjoni li pagament minn persuna, entità jew korp elenkati fl-Anness V jkun dovut skont kuntratt jew ftehim li ġie konkluż minn, jew skont obbligu għall-persuna, l-entità jew il-korp ikkonċernat li nħoloq qabel id-data li fiha dik il-persuna, l-entità jew il-korp kienu ġew indikati, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif indikati fis-siti web elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw, taħt dawk il-kondizzjonijiet li huma jqisu xierqa, ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, bil-kondizzjoni li l-awtorità kompetenti kkonċernata tkun iddeterminat li:
3. L-Istat Membru kkonċernat għandu, mill-anqas għaxart ijiem qabel l-għoti ta' kull awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 2, jinnotifika lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni b'dik id-deċiżjoni u bil-ħsieb tiegħu li jagħti awtorizzazzjoni.”. |
(10) |
L-Artikolu 9b huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 9b 1. Għandu jkun ipprojbit l-għoti ta' finanzjament jew ta' assistenza finanzjarja għall-kummerċ mal-Korea ta' Fuq, inkluż l-għoti ta' krediti tal-esportazzjoni, garanziji jew assigurazzjoni lil persuni jew entitajiet involuti f'tali kummerċ, fejn tali appoġġ finanzjarju jista' jikkontribwixxi għal:
2. Il-projbizzjonijiet fil-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw fir-rigward ta' kuntratti u ftehimiet għall-għoti ta' appoġġ finanzjarju konklużi qabel id-29 ta' Mejju 2016. 3. Il-projbizzjonijiet fil-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw fir-rigward tal-għoti ta' appoġġ finanzjarju għal kummerċ fl-ikel, l-agrikoltura, mediku jew għal finijiet umanitarji oħra.”. |
(11) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 9c 1. Ebda pretensjoni b'konnessjoni ma' xi kuntratt jew tranżazzjoni fejn il-prestazzjoni tagħhom ġiet effettwata, direttament jew indirettament, b'mod sħiħ jew parzjalment, mill-miżuri imposti minn dan ir-Regolament, inklużi pretensjonijiet għal indennizz jew kull pretensjoni oħra ta' dak it-tip, bħall-pretensjoni għal kumpens jew il-pretensjoni taħt garanzija, b'mod partikolari pretensjoni għal estensjoni jew ħlas ta' bond, garanzija jew indennizz, b'mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, ta' kull għamla, ma għandha tiġi ssodisfata, jekk din issir minn:
2. Il-prestazzjoni ta' kuntratt jew tranżazzjoni għandha tkun ikkunsidrata bħala milquta mill-miżuri imposti minn dan ir-Regolament fejn l-eżistenza jew il-kontenut tal-pretensjoni jirriżultaw direttament jew indirettament minn dawk il-miżuri. 3. F'kull proċedura għall-infurzar ta' pretensjoni, l-oneru tal-prova li l-issodisfar tal-pretensjoni mhuwiex ipprojbit mill-paragrafu 1, għandu jkun fuq il-persuna li titlob l-infurzar ta' dik il-pretensjoni. 4. Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi msemmija fil-paragrafu 1 għal rieżami ġudizzjarju tal-legalità tan-nuqqas ta' prestazzjoni ta' obbligi kuntrattwali skont dan ir-Regolament.”. |
(12) |
L-Artikolu 11 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 11 1. L-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi jew ir-rifjut li tali fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli, imwettaq in bona fede fuq il-bażi li tali azzjoni tkun konformi ma' dan ir-Regolament, ma għandu joħloq responsabbiltà tal-ebda tip fuq in-naħa tal-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp li jkunu qegħdin jimplimentawh, jew id-diretturi jew l-impjegati tagħhom, sakemm ma jiġix ippruvat li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ġew iffriżati jew miżmuma b'riżultat ta' negliġenza. 2. Azzjonijiet minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi ma għandhom iwasslu għall-ebda responsabbiltà min-naħa tagħhom jekk huma ma kinux jafu, u ma kellhom l-ebda raġuni valida li jissuspettaw, li l-azzjonijiet tagħhom jiksru l-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament.”. |
(13) |
L-Artikolu 11a huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 11 a 1. Għandu jkun ipprojbit li jingħata aċċess għall-portijiet fit-territorju tal-Unjoni lil kwalunkwe bastiment:
2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika:
3. B'deroga mill-projbizzjoni fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti rilevanti tal-Istat Membru, kif indikat fis-siti web elenkati fl-Anness II, tista' tawtorizza bastiment jidħol fil-port jekk:
4. Għandu jkun ipprojbit li inġenji tal-ajru operati minn trasportaturi tal-Korea ta' Fuq jew li joriġinaw mill-Korea ta' Fuq jitlqu minn, jinżlu fi jew itiru minn fuq it-territorju tal-Unjoni. 5. Il-paragrafu 4 ma għandux japplika:
6. B'deroga mill-paragrafu 4, l-awtorità kompetenti rilevanti ta' Stat Membru, kif indikat fis-siti web elenkati fl-Anness II, tista' tawtorizza inġenju tal-ajru jitlaq minn, jinżel fi jew itir minn fuq it-territorju tal-Unjoni, jekk dik l-awtorità kompetenti tkun iddeterminat minn qabel li dan huwa meħtieġ għal skopijiet umanitarji jew għal kwalunkwe skop ieħor konsistenti mal-objettivi ta' dan ir-Regolament.”. |
(14) |
L-Artikolu 11c jitħassar. |
(15) |
It-test li jinsab fl-Anness ta' dan ir-Regolament jiżdied bħala l-Anness If. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Mejju 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
A.G. KOENDERS
(1) Ara l-paġna 79 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 tas-27 ta' Marzu 2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (ĠU L 88, 29.3.2007, p. 1).
ANNESS
“ANNESS IF
PRODOTTI PETROLIFIĊI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2(4)
|
2707 |
Żjut u prodotti oħrajn mid-distillazzjoni ta' qatran tal-faħam f'temperatura għolja; prodotti simili li fihom il-piż tal-kostitwenti aromatiċi jaqbeż dak tal-kostitwenti mhux aromatiċi |
||
|
2709 |
Żjut minerali (petroleum) u żjut miksubin minn minerali bituminużi, mhux raffinati |
||
|
2710 |
Żjut minerali (petroleum) u żjut miksubin minn minerali bituminużi, ħlief dawk mhux raffinati; preparazzjonijiet li mhumiex speċifikati jew inklużi band'oħra, li fihom 70 % jew aktar tal-piż ta' żjut minerali (petroleum) jew żjut miksubin minn minerali bituminużi, meta dawn iż-żjut ikunu l-kostitwenti bażiċi tal-preparazzjonijiet; żjut għar-rimi |
||
|
2711 |
Gassijiet tal-petroleum u idrokarbonji gassużi oħra |
||
|
2712 10 |
|
||
|
2712 20 |
|
||
Ex |
2712 90 |
|
||
|
2713 |
Kokk tal-petroleum, qatran tal-petroleum u fdalijiet oħrajn tal-petroleum jew ta' żjut miksubin minn minerali bituminużi |
||
Ex |
2714 |
Qatran u asfalt, naturali; “shale” tal-qatran jew taż-żejt u ramel taż-żift; asfaltiti u blat asfaltiku |
||
Ex |
2715 |
Taħlitiet bituminużi bbażati fuq asfalt naturali, fuq qatran naturali, fuq qatran ta' żejt minerali (petroleum), fuq żift minerali jew fuq qatran (tar pitch) minerali (per eżempju, gomom/siment bituminużi, “cut-backs”) |
||
|
|
|
||
|
3403 11 |
|
||
|
3403 19 |
|
||
|
|
|
||
Ex |
3403 91 |
|
||
Ex |
3403 99 |
|
||
|
|
|
||
Ex |
3824 90 92 |
|
||
Ex |
3824 90 93 |
|
||
Ex |
3824 90 96 |
|
||
|
3826 00 10 |
|
||
|
3826 00 90 |
|