This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016R0818
Commission Implementing Regulation (EU) 2016/818 of 17 May 2016 amending Implementing Regulation (EU) No 1030/2014 laying down implementing technical standards with regard to the uniform formats and date for the disclosure of the values used to identify global systemically important institutions according to Regulation (EU) No 575/2013 of the European Parliament and of the Council (Text with EEA relevance)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/818 tas-17 ta' Mejju 2016 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1030/2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-formats uniformi u d-data għad-divulgazzjoni tal-valuri użati sabiex jiġu identifikati istituzzjonijiet sistemikament importanti globali skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/818 tas-17 ta' Mejju 2016 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1030/2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-formats uniformi u d-data għad-divulgazzjoni tal-valuri użati sabiex jiġu identifikati istituzzjonijiet sistemikament importanti globali skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
C/2016/2818
ĠU L 136, 25.5.2016, pp. 4–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 27/06/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R1018
|
25.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 136/4 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/818
tas-17 ta' Mejju 2016
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1030/2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-formats uniformi u d-data għad-divulgazzjoni tal-valuri użati sabiex jiġu identifikati istituzzjonijiet sistemikament importanti globali skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b'mod partikulari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 441(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1030/2014 (2) jispeċifika l-format uniformi għad-divulgazzjoni tal-valuri indikaturi użati biex jiġu identifikati istituzzjonijiet sistemikament importanti globali (G-SIIs) skont l-Artikolu 131 tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
|
(2) |
Il-formoli ta' divulgazzjoni użati minn istituzzjonijiet identifikati bħala G-SIIs f'konformità mal-Artikolu 131 tad-Direttiva 2013/36/UE għandhom iqisu l-istandards internazzjonali, b'mod partikolari dawk maħruġa mill-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja (BCBS). |
|
(3) |
Il-formola fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1030/2014 tirrifletti dik użata mill-BCBS għall-eżerċizzju ta' ġbir ta' dejta għall-2015. |
|
(4) |
Il-BCBS jippubblika formola tar-rappurtar aġġornata f'Jannar ta' kull sena. Sabiex tiġi promossa konsistenza globali fid-divulgazzjoni u trasparenza fil-proċess ta' identifikazzjoni ta' G-SIIs, ir-Regolament (UE) Nru 1030/2014 għandu jkun emendat. |
|
(5) |
Minħabba li l-ġbir ta' dejta għall-proċess ta' identifikazzjoni fl-2016 jibda fl-ewwel kwart tal-2016, u li l-istituzzjonijiet jeħtieġu ċarezza dwar liema dejta għandha tiġi divulgata, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament. |
|
(6) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni ppreżentati mill-Awtorità Bankarja Ewropea (European Banking Authority — EBA) lill-Kummissjoni. |
|
(7) |
L-EBA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1030/2014 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 1 Format uniformi Il-G-SIIs għandhom jirrappurtaw l-informazzjoni użata biex jiġu identifikati l-G-SIIs (indikaturi, dejta anċillari u entrati tal-memorandum) lill-awtorità rilevanti f'format elettroniku bl-użu tal-formola fl-Anness ta' dan ir-Regolament, filwaqt li jieħdu kont tal-ispeċifikazzjonijiet l-oħra tad-dejta sottostanti u l-istruzzjonijiet maħruġa mill-awtorità rilevanti kull sena. Bl-użu ta' din il-formola, u filwaqt li jieħdu kont ta' dawn l-ispeċifikazzjonijiet u l-istruzzjonijiet, il-G-SIIs għandhom jiddivulgaw pubblikament il-valuri tal-indikaturi li użaw biex jiddeterminaw il-punteġġ tal-istituzzjonijiet skont il-metodoloġija ta' identifikazzjoni stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 1222/2014. Il-G-SIIs mhumiex marbutin li jiddivulgaw pubblikament id-dejta anċillari u l-entrati tal-memorandum”. |
|
(2) |
It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3 hu sostitwit b'dan li ġej: “Mingħajr dewmien żejjed, wara d-divulgazzjoni ta' din l-informazzjoni mill-G-SIIs, l-awtoritajiet rilevanti għandhom jibagħtu dawn il-formoli mimlija, inkluża d-dejta anċillari u l-entrati tal-memorandum, lill-EBA. L-EBA għandha tiddivulga l-formola mimlija, esklużi d-dejta anċillari u l-entrati tal-memorandum, għall-finijiet taċ-ċentralizzazzjoni fuq is-sit web tagħha.” |
|
(3) |
L-Anness huwa sostitwit bit-test ippreżentat fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Mejju 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1030/2014 tad-29 ta' Settembru 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-formats uniformi u d-data għad-divulgazzjoni tal-valuri użati sabiex jiġu identifikati istituzzjonijiet sistemikament importanti globali skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 30.9.2014, p. 14).
(3) Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).
ANNESS
“ANNESS
FORMOLA GĦALL-IDENTIFIKAZZJONI TA' ISTITUZZJONIJIET SISTEMIKAMENT IMPORTANTI GLOBALI (G-SIIs)
Dejta tal-Bank Ġenerali
|
Taqsima 1: Informazzjoni Ġenerali |
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
Indikatur tad-Daqs
|
Taqsima 2: Skoperturi Totali |
Ammont |
|
|
|
Indikaturi tal-Interkonnettività
|
Taqsima 3: Assi Intra Sistema Finanzjarja |
Ammont |
|
|
|
|
Taqsima 4: Obbligazzjonijiet Intra Sistema Finanzjarja |
Ammont |
|
|
|
|
Taqsima 5: Titoli Pendenti |
Ammont |
|
|
|
Indikaturi tas-Sostitwibbiltà/tal-Infrastruttura tal-Istituzzjoni Finanzjarja
|
Taqsima 6: Pagamenti magħmula fis-sena tar-rappurtar (pagamenti intragrupp esklużi) |
Ammont |
|
|
|
|
Taqsima 7: Assi f'Kustodja |
Ammont |
|
|
|
|
Taqsima 8: Tranżazzjonijiet Sottoskritti fi Swieq tad-Dejn u tal-Ekwità |
Ammont |
|
|
|
Indikaturi tal-Kumplessità
|
Taqsima 9: Ammont Nozzjonali ta' Derivattivi Barra l-Borża (OTC) |
Ammont |
|
|
|
|
Taqsima 10: Negozjar u Titoli Disponibbli għall-Bejgħ |
Ammont |
|
|
|
|
Taqsima 11: Assi tat-Tielet Livell |
Ammont |
|
|
|
Indikaturi tal-Attività Transġuriżdizzjonali
|
Taqsima 12: Pretensjonijiet Transġuriżdizzjonali |
Ammont |
|
|
|
|
Taqsima 13: Obbligazzjonijiet Transġuriżdizzjonali |
Ammont |
|
|
|
Dejta anċillari
|
Taqsima 14: Indikaturi anċillari |
Ammont |
|
|
|
|
Taqsima 15: Oġġetti anċillari |
Ammont” |
|
|
|