Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R0758

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/758 tal-4 ta' Frar 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-adattament tal-Anness III tiegħu (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

C/2016/0536

ĠU L 126, 14.5.2016, p. 3–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 17/07/2024; Impliċitament imħassar minn 32024R1679

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2016/758/oj

14.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 126/3


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/758

tal-4 ta' Frar 2016

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-adattament tal-Anness III tiegħu

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 49(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 jipprevedi l-possibilità li jiġu adattati mapep indikattivi tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T) li ġie estiż għall-pajjiżi ġirien speċifiċi abbażi ta' ftehimiet ta' livell għoli dwar netwerks tat-l-infrastruttura tan- tat-trasport bejn l-Unjoni u l-pajjiżi ġirien ikkonċernati.

(2)

Ftehim ta' livell għoli bejn l-Unjoni u l-pajjiżi Balkani tal-Punent; l-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Kosovo, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro u s-Serbja, ġie approvat fis-27 ta' Awwissu 2015 waqt is-Summit tas-Sitta tal-Balkani tal-Punent ta' Vjenna dwar l-adattament ta' estensjoni indikattiva tal-mapep komprensivi tat-TEN-T, kif ukoll fuq l-identifikazzjoni ta' konnessjonijiet tan-netwerk ewlieni fuq il-mapep komprensivi tan-netwerk. Il-ftehim jikkonċerna l-linji tan-netwerks ferrovjarji u tat-toroq, kif ukoll il-portijiet u l-ajruporti. L-adattament tal-mapep komprensivi tan-netwerk indikattivi u, b'mod partikolari, l-identifikazzjoni ta' netwerk ewlieni indikattiv, għandu jippermetti lill-Unjoni timmira aħjar l-kooperazzjoni tagħha, inkluż f'termini ta' appoġġ finanzjarju, mal-Balkani tal-Punent.

(3)

Ftehim ta' livell għoli bejn l-Unjoni u l-Iżlanda u n-Norveġja ntlaħaq fit-30 ta' Ottubru 2015, fil-qafas tal-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea dwar l-adattament ta' estensjoni indikattiva tal-mapep komprensivi tat-TEN-T f'dawk il-pajjiżi. L-adattament jikkonċerna numru limitat ta' aġġustamenti fil-mapep tan-netwerk tat-toroq, tal-portijiet u tal-ajruporti ta', sabiex jirriflettu b'mod aktar preċiż l-allinjament TEN-T indikattiv mal-metodoloġija tat-TEN-T (2).

(4)

Għalhekk ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 jiġi emendat skont dan.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Frar 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1.

(2)  SWD(2013) 542 finali.


ANNESS

L-Anness III għar-Regolament (UE) Nru 1315/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-punt 11.1 jinbidel b'dan li ġej:

Image

(2)

Il-punt 11.2 jinbidel b'dan li ġej:

Image

(3)

Il-punt 11.3 jinbidel b'dan li ġej:

Image

(4)

Il-punt 11.4. jinbidel b'dan li ġej:

Image

(5)

Il-punt 13.1 jinbidel b'dan li ġej:

Image

(6)

Il-punt 13.2 jinbidel b'dan li ġej:

Image

(7)

Il-punt 13.3 jinbidel b'dan li ġej:

Image

(8)

Il-punt 13.4 jinbidel b'dan li ġej:

Image

Top