Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R0692

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/692 tal-4 ta' Mejju 2016 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' ċerti sustanzi aromatizzanti (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2016/2605

    ĠU L 120, 5.5.2016, p. 7–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/692/oj

    5.5.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 120/7


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/692

    tal-4 ta' Mejju 2016

    li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' ċerti sustanzi aromatizzanti

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolamenti (KE) Nru 2232/96 u (KE) Nru 110/2008 u d-Direttiva 2000/13/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' aromatizzanti u ta' materjali tas-sors approvati għall-użu fl-ikel u fuqu u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

    (2)

    Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 (3) adotta l-lista ta' sustanzi aromatizzanti u introduċa dik il-lista fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008.

    (3)

    Dik il-lista tista' tiġi aġġornata f'konformità mal-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li Stat Membru jew parti interessata tressaq applikazzjoni għal dan.

    (4)

    Il-Parti A tal-lista tal-Unjoni fiha kemm is-sustanzi aromatizzanti evalwati, li għalihom mhumiex assenjati noti ta' qiegħ il-paġna, kif ukoll is-sustanzi aromatizzanti taħt evalwazzjoni, li huma identifikati bin-noti ta' qiegħ il-paġna 2 u 4 f'dik il-lista.

    (5)

    L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA), lestiet il-valutazzjoni ta' seba' (7) sustanzi li bħalissa huma elenkati bħala sustanzi aromatizzanti li qed jiġu evalwati. Dawk is-sustanzi aromatizzanti ġew ivvalutati mill-EFSA fl-evalwazzjoni FGE.21rev5 (4) tal-grupp ta' aromatizzanti. L-EFSA kkonkludiet li dawk is-sustanzi aromatizzanti ma jagħtux lok għal tħassib dwar is-sikurezza fil-livelli stmati tal-konsum dijetetiku.

    (6)

    Is-sustanzi aromatizzanti evalwati f'dawk l-evalwazzjonijiet għandhom jiġu elenkati bħala sustanzi evalwati billi jitħassru n-noti ta' qiegħ il-paġna 2 u 4 fl-entrati rilevanti tal-lista tal-Unjoni.

    (7)

    Għalhekk, il-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 għandha tiġi emendata skont dan.

    (8)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 hija emendata skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Mejju 2016.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34.

    (2)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.

    (3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 tal-1 ta' Ottubru 2012 li jadotta l-lista ta' sustanzi aromatizzanti stipulati bir-Regolament (KE) Nru 2232/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jintroduċiha fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1565/2000 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/217/KE Test b'relevanza għaż-ŻEE (ĠU L 267, 2.10.2012, p. 1).

    (4)  EFSA Journal 2015;13(4):4066.


    ANNESS

    Il-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 hija emendata kif ġej:

    (1)

    L-entrata għan-Nru tal-FL 15.040 tinbidel b'dan li ġej:

    “15.040

    2-Aċetiltijofen

    88-15-3

     

    11728

     

     

     

    EFSA”

    (2)

    L-entrata għan-Nru tal-FL 15.045 tinbidel b'dan li ġej:

    “15.045

    2-Butiltijofen

    1455-20-5

     

     

     

     

     

    EFSA”

    (3)

    L-entrata għan-Nru tal-FL 15.074 tinbidel b'dan li ġej:

    “15.074

    5-Etiltijofen-2-karbaldeid

    36880-33-8

     

     

     

     

     

    EFSA”

    (4)

    L-entrata għan-Nru tal-FL 15.076 tinbidel b'dan li ġej:

    “15.076

    2-Eżiltijofen

    18794-77-9

    1764

    11616

     

     

     

    EFSA”

    (5)

    L-entrata għan-Nru tal-FL 15.093 tinbidel b'dan li ġej:

    “15.093

    2-Ottiltijofen

    880-36-4

     

     

     

     

     

    EFSA”

    (6)

    L-entrata għan-Nru tal-FL 15.096 tinbidel b'dan li ġej:

    “15.096

    2-Pentiltijofen

    4861-58-9

    2106

    11634

     

     

     

    EFSA”

    (7)

    L-entrata għan-Nru tal-FL 15.097 tinbidel b'dan li ġej:

    “15.097

    2-Propjoniltijofen

    13679-75-9

     

    11635

     

     

     

    EFSA”


    Top