This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016R0665
Commission Implementing Regulation (EU) 2016/665 of 26 April 2016 concerning the classification of certain goods in the Combined Nomenclature
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/665 tas-26 ta' April 2016 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/665 tas-26 ta' April 2016 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
C/2016/2647
ĠU L 115, 29.4.2016, pp. 22–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
29.4.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 115/22 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/665
tas-26 ta' April 2016
dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid xi subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta' tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti. |
|
(3) |
Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' din it-tabella. |
|
(4) |
Huwa xieraq li jiġi stipulat li l-informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tkun tista' tibqa' tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dak il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur minn meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta' April 2016.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Stephen QUEST
Direttur Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
Apparat elettriku li jinżamm fl-idejn (imsejjaħ “pistola tal-kolla”) imfassal biex japplika kolla mdewba u taħraq fuq injam u materjali oħrajn. Il-korp tal-apparat huwa magħmul mill-plastik u għandu żennuna interkambjabbli magħmula minn metall ta' valur baxx. Iż-żennuna tista' tiġi aġġustata sabiex il-fluss tal-kolla jkun jista' jiġi rregolat. Meta l-apparat ikun imqabbad, it-tubu ta' trasferiment ikkontrollat minn termostat jissaħħan u min-naħa tiegħu mbagħad isaħħan bastun sostitwibbli tal-kolla (b'temperatura massima ta' 207 °Celsius). Il-kolla tirtab u tista' tiġi applikata fuq il-materjali li jkunu jridu jitwaħħlu bil-kolla. Huwa mfassal biex jintuża prinċipalment mill-professjonisti, pereżempju fl-industrija tal-imballaġġ, fl-industrija tal-għamara, jew biex tintrama stand. Ara l-istampa (*1) |
8419 89 98 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Nota 3 tat-Taqsima XVI, u mill-formulazzjoni tal-kodiċijiet NM 8419 , 8419 89 u 8419 89 98 . Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8205 bħala biċċa għodda tal-idejn ta' metall ta' valur baxx, li mhijiex inkluża jew speċifikata band'oħra, hija eskluża, minħabba li l-funzjoni tal-apparat hija speċifikata fil-Kapitolu 84. Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8424 bħala tagħmir mekkaniku għal xħit, tixrid jew traxxix ta' likwidi jew trabijiet, jew bħala apparat għat-traxxix hija eskluża wkoll minħabba li l-kolla ma tinxteħitx, ma tixxerridx u lanqas tittraxxa. Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8516 bħala tagħmir elettrotermiku ta' tip użat għal għanijiet tad-dar hija eskluża wkoll minħabba li l-apparat huwa mfassal biex jintuża mill-professjonisti u mhuwiex ta' tip normalment użat fid-djar (ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata (HSEN) għall-intestatura 8516 , (E)). Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8465 bħala biċċa għodda tal-magni biex taħdem l-injam hija wkoll eskluża minħabba li l-apparat ma jaħdimx l-injam. Barra minn hekk, jinżamm fl-idejn u ma jiġix immuntat band'oħra (ara wkoll l-HSEN għall-intestatura 8465 ). L-apparat huwa mfassal għat-trattament ta' materjali bi proċess li jinvolvi bidla ta' temperatura bit-tisħin (funzjoni li taqa' taħt l-intestatura 8419 ), liema trattament huwa kkunsidrat bħala l-funzjoni prinċipali tiegħu, u biex jirregola l-fluss tal-kolla u l-applikazzjoni tagħha (funzjoni individwali, mhux speċifikata jew inkluża band'oħra). Għaldaqstant għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 8419 89 98 bħala makkinarju ieħor, imsaħħan bl-elettriku, għat-trattament ta' materjali. |
(*1) L-istampa għandha tintuża biss għal raġunijiet ta' informazzjoni.