Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R0458

    Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/458 tat-30 ta' Marzu 2016 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/72 fir-rigward ta' ċerti opportunitajiet tas-sajd

    ĠU L 80, 31.3.2016, p. 1–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/458/oj

    31.3.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 80/1


    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2016/458

    tat-30 ta' Marzu 2016

    li jemenda r-Regolament (UE) 2016/72 fir-rigward ta' ċerti opportunitajiet tas-sajd

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/72 (1) jistabbilixxi għall-2016 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni.

    (2)

    Ir-Regolament (UE) 2016/72 jiffissa l-qabda totali permissibbli (TAC) għaċ-ċiċċirell għal żero. Iċ-ċiċċirell huwa speċi b'ħajja qasira u parir xjentifiku sar disponibbli biss fit-22 ta' Frar, filwaqt li s-sajd jibda f'April. Il-limiti tal-qbid għal din l-ispeċi issa għandhom jiġu emendati f'konformità mal-parir xjentifiku mill-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES). Skont l-ICES, il-monitoraġġ f'ħin reali huwa xjentifikament adatt għall-istabbiliment tal-kwantità ta' ċiċċirell fiż-żona ta' ġestjoni 1, u r-riżultati jistgħu jintużaw għal evalwazzjoni mill-ġdid ta' dak il-parir xjentifiku u għall-iffissar ta' TAC ta' matul is-sena. Madankollu, dan jirrikjedi ammont suffiċjenti ta' data (qabdiet u teħid ta' kampjuni bijoloġiċi). Il-limitu tal-qbid għaċ-ċiċċirell fiż-żona ta' ġestjoni 1 għandu għalhekk jiġi stabbilit f'livell li jippermetti l-ġbir ta' data suffiċjenti dwar l-abbondanza tal-istokk.

    (3)

    Skont il-parir xjentifiku mill-ICES, il-qabdiet ta' raja għewejna fid-diviżjonijiet VIId u VIIe-k tal-ICES u ta' raja batra fis-subżona IV tal-ICES għandhom jitnaqqsu. B'konsegwenza ta' dan, għandhom jiġu żviluppati miżuri ta' ġestjoni lokali li jillimitaw il-qabdiet u jipprovdu informazzjoni xjentifika aħjar. L-ICES ta parir li fid-diviżjonijiet VIIf u VIIg il-qabdiet ta' raja għewejna għandhom ikunu limitati għal mhux aktar minn 188 tunnellata. Għalhekk, huwa xieraq li t-tabelli korrispondenti tal-opportunitajiet tas-sajd jiġu modifikati biex jippermettu tali qbid u ħatt l-art, u li d-dispożizzjonijiet ta' rappurtar jiġu adattati kif meħtieġ.

    (4)

    Skont il-parir xjentifiku mill-ICES, il-qabdiet totali għas-sawrell u l-qabdiet aċċessorji assoċjati fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjonijiet IIa u IVa, is-subżona VI, id-diviżjonijiet VIIa-c, VIIe-k, VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe tal-ICES, l-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali ta' Vb u l-ilmijiet internazzjonali tas-subżoni XII u XIV għandhom ikunu ffissati għal 108 868 tunnellata. Għalhekk, jinħtieġ li ssir il-korrezzjoni tat-TAC inizjali fit-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd biex tipprevedi livell ogħla ta' qabdiet li jikkorrispondi għall-parir xjentifiku mill-ICES.

    (5)

    L-Anness IB tar-Regolament (UE) 2016/72 jipprevedi l-korrezzjoni tat-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għal qabdiet aċċessorji fl-ilmijiet ta' Greenland biex tipprevedi rappurtar korrett ta' dawk il-qabdiet aċċessorji.

    (6)

    Fid-dawl ta' konsultazzjonijiet man-Norveġja huwa xieraq li jiġu allokati 25 000 tunnellata ta' opportunitajiet tas-sajd ta' stokkafixx lin-Norveġja bi skambju ma' bakkaljaw polari u merluzz tal-linja sewda, lipp u xi speċijiet oħra.

    (7)

    Jeħtieġ li ssir il-korrezzjoni tal-allokazzjonijiet tal-kwoti għall-bakkaljaw fis-subżona I u d-diviżjoni IIb tal-ICES stabbiliti fl-Anness IB tar-Regolament (UE) 2016/72 sabiex jirrispettaw id-distribuzzjoni tal-kwoti mogħtija fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/277/KEE (2).

    (8)

    Jeħtieġ li jiġi inkluż kodiċi ta' rappurtar fl-Anness IF tar-Regolament (UE) 2016/72 għal qabdiet aċċessorji tal-mera tal-Atlantiku fis-subdiviżjoni B1 tas-SEAFO.

    (9)

    Fir-raba' laqgħa annwali tagħha fl-2016, l-Organizzazzjoni Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd fin-Nofsinhar tal-Paċifiku (SPRFMO) stabbilixxiet TAC għas-sawrell. Dik il-miżura għandha tiġi implimentata fil-liġi tal-Unjoni.

    (10)

    Fl-Appendiċi I għall-Anness IIa tar-Regolament (UE) 2016/72 jeħtieġ li ssir il-korrezzjoni ta' żball rigward l-isforz massimu tas-sajd permissibbli f'jiem kilowatt għan-Netherlands fil-Baħar tat-Tramuntana għall-irkaptu rregolat BT1.

    (11)

    L-għadd ta' awtorizzazzjonijiet tas-sajd li għandhom jingħataw lill-Venezwela għal bastimenti li jistadu għas-snappers fl-ilmijiet tal-Guyana Franċiża u l-għadd massimu ta' bastimenti li jistgħu jkunu preżenti fi kwalunkwe ħin għandhom jiġu stabbiliti fl-Anness VIII tar-Regolament (UE) 2016/72.

    (12)

    Il-limiti tal-qbid previsti fir-Regolament (UE) 2016/72 japplikaw mill-1 ta' Jannar 2016. Jeħtieġ għalhekk li d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament dwar limiti tal-qbid japplikaw minn dik id-data. Tali applikazzjoni retroattiva hija mingħajr preġudizzju għall-prinċipji taċ-ċertezza legali u għall-protezzjoni ta' aspettattivi leġittimi billi l-opportunitajiet tas-sajd ikkonċernati għadhom ma ġewx eżawriti.

    (13)

    Għalhekk, ir-Regolament (UE) 2016/72 għandu jiġi emendat kif meħtieġ,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Fir-Regolament (UE) 2016/72, l-Annessi IA, IB, IF, IJ u VIII huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Huwa japplika mill-1 ta' Jannar 2016.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Marzu 2016.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    A.G. KOENDERS


    (1)  Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/72 tat-22 ta' Jannar 2016 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2016 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2015/104 (ĠU L 22, 28.1.2016, p. 1).

    (2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 87/277/KEE tat-18 ta' Mejju 1987 dwar l-allokazzjoni ta' possibbiltajiet għall-qabda tal-merluzz fir-reġjun ta' Spitsbergen u Bear Island u fid-Diviżjoni 3M kif inhi definita fil-Konvenzjoni tan-NAFO (ĠU L 135, 23.5.1987, p. 29).


    ANNESS

    1.

    L-Anness IA tar-Regolament (UE) 2016/72 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għaċ-ċiċċirell fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' IIa, IIIa u IV hija sostitwita mit-tabella li ġejja:

    “Speċi:

    Ċiċċirell

    Ammodytes spp.

    Żona:

    L-ilmijiet tal-Unjoni ta' IIa, IIIa u IV (1)

    Id-Danimarka

    82 273  (2)

     

     

    Ir-Renju Unit

    1 799  (2)

     

     

    Il-Ġermanja

    126 (2)

     

     

    L-Iżvezja

    3 021  (2)

     

     

    L-Unjoni

    87 219

     

     

    TAC

    87 219

     

    TAC analitika

    L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax

    L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax

    (b)

    it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-istokkafixx fl-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali ta' I, II, III, IV, V, VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId, VIIIe, XII u XIV hija sostitwita mit-tabella li ġejja:

    “Speċi:

    Stokkafixx

    Micromesistius poutassou

    Żona:

    L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali ta' I, II, III, IV, V, VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId, VIIIe, XII u XIV

    (WHB/1X14)

    Id-Danimarka

    31 704  (5)

     

     

    Il-Ġermanja

    12 327  (5)

     

     

    Spanja

    26 878  (4)  (5)

     

     

    Franza

    22 063  (5)

     

     

    L-Irlanda

    24 550  (5)

     

     

    In-Netherlands

    38 659  (5)

     

     

    Il-Portugall

    2 497  (4)  (5)

     

     

    L-Iżvezja

    7 842  (5)

     

     

    Ir-Renju Unit

    41 137  (5)

     

     

    L-Unjoni

    207 657  (3)  (5)

     

     

    In-Norveġja

    75 000

     

     

    Il-Gżejjer Faeroe

    9 000

     

     

    TAC

    Mhux rilevanti

     

    TAC analitika

    (c)

    it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għal-lipp fl-ilmijiet Norveġiżi ta' IV hija sostitwita mit-tabella li ġejja:

    “Speċi:

    Lipp

    Molva molva

    Żona:

    L-ilmijiet Norveġiżi ta' IV

    (LIN/04-N.)

    Il-Belġju

    9

     

     

    Id-Danimarka

    1 164

     

     

    Il-Ġermanja

    33

     

     

    Franza

    13

     

     

    In-Netherlands

    2

     

     

    Ir-Renju Unit

    104

     

     

    L-Unjoni

    1 325

     

     

    TAC

    Mhux rilevanti

     

    TAC analitika

    L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax

    L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax”;

    (d)

    it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għal “speċijiet oħra” fl-ilmijiet Norveġiżi ta' IV hija sostitwita mit-tabella li ġejja:

    “Speċi:

    Speċijiet oħra

    Żona:

    L-ilmijiet Norveġiżi ta' IV

    (OTH/04-N.)

    Il-Belġju

    46

     

     

    Id-Danimarka

    4 250

     

     

    Il-Ġermanja

    479

     

     

    Franza

    197

     

     

    In-Netherlands

    340

     

     

    L-Iżvezja

    Mhux rilevanti (6)

     

     

    Ir-Renju Unit

    3 188

     

     

    L-Unjoni

    8 500  (7)

     

     

    TAC

    Mhux rilevanti

     

    TAC ta' prekawzjoni

    (e)

    it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għar-rebekkini u r-raj fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' II u IV hija sostitwita mit-tabella li ġejja:

    “Speċi:

    Rebekkini u raj

    Rajiformes

    Żona:

    L-ilmijiet tal-Unjoni ta' IIa u ta' IV

    (SRX/2AC4-C)

    Il-Belġju

    221 (8)  (9)  (10)

     

     

    Id-Danimarka

    9 (8)  (9)  (10)

     

     

    Il-Ġermanja

    11 (8)  (9)  (10)

     

     

    Franza

    35 (8)  (9)  (10)

     

     

    In-Netherlands

    188 (8)  (9)  (10)

     

     

    Ir-Renju Unit

    849 (8)  (9)  (10)

     

     

    L-Unjoni

    1 313  (8)  (10)

     

     

    TAC

    1 313  (10)

     

    TAC ta' prekawzjoni

    (f)

    it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għar-rebekkini u r-raj fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' VIa, VIb, VIIa-c u VIIe-k hija sostitwita mit-tabella li ġejja:

    “Speċi:

    Rebekkini u raj

    Rajiformes

    Żona:

    L-ilmijiet tal-Unjoni ta' VIa, VIb, VIIa-c u VIIe-k

    (SRX/67AKXD)

    Il-Belġju

    725 (11)  (12)  (13)  (14)

     

     

    L-Estonja

    4 (11)  (12)  (13)  (14)

     

     

    Franza

    3 255  (11)  (12)  (13)  (14)

     

     

    Il-Ġermanja

    10 (11)  (12)  (13)  (14)

     

     

    L-Irlanda

    1 048  (11)  (12)  (13)  (14)

     

     

    Il-Litwanja

    17 (11)  (12)  (13)  (14)

     

     

    In-Netherlands

    3 (11)  (12)  (13)  (14)

     

     

    Il-Portugall

    18 (11)  (12)  (13)  (14)

     

     

    Spanja

    876 (11)  (12)  (13)  (14)

     

     

    Ir-Renju Unit

    2 076  (11)  (12)  (13)  (14)

     

     

    L-Unjoni

    8 032  (11)  (12)  (13)  (14)

     

     

    TAC

    8 032  (13)  (14)

     

    TAC ta' prekawzjoni

    Japplika l-Artikolu 12(1) ta' dan ir-Regolament.

    (g)

    it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għar-rebekkini u r-raj fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' VIId hija sostitwita mit-tabella li ġejja:

    “Speċi:

    Rebekkini u raj

    Rajiformes

    Żona:

    L-ilmijiet tal-Unjoni ta' VIId

    (SRX/07D.)

    Il-Belġju

    87 (15)  (16)  (17)

     

     

    Franza

    729 (15)  (16)  (17)

     

     

    In-Netherlands

    5 (15)  (16)  (17)

     

     

    Ir-Renju Unit

    145 (15)  (16)  (17)

     

     

    L-Unjoni

    966 (15)  (16)  (17)

     

     

    TAC

    966 (17)

     

    TAC ta' prekawzjoni

    (h)

    it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għas-sawrell u l-qabdiet aċċessorji assoċjati fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' IIa, IVa; VI, VIIa-c,VIIe-k, VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe; l-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali ta' Vb; l-ilmijiet internazzjonali ta' XII u XIV hija sostitwita mit-tabella li ġejja:

    “Speċi:

    Sawrell u qabdiet aċċessorji assoċjati

    Trachurus spp.

    Żona:

    L-ilmijiet tal-Unjoni ta' IIa, IVa; VI, VIIa-c,VIIe-k, VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe; l-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali ta' Vb; l-ilmijiet internazzjonali ta' XII u XIV

    (JAX/2A-14)

    Id-Danimarka

    10 629  (18)  (20)

     

     

    Il-Ġermanja

    8 294  (18)  (19)  (20)

     

     

    Spanja

    11 312  (20)  (22)

     

     

    Franza

    4 269  (18)  (19)  (20)  (22)

     

     

    L-Irlanda

    27 621  (18)  (20)

     

     

    In-Netherlands

    33 276  (18)  (19)  (20)

     

     

    Il-Portugall

    1 090  (20)  (22)

     

     

    L-Iżvezja

    675 (18)  (20)

     

     

    Ir-Renju Unit

    10 002  (18)  (19)  (20)

     

     

    L-Unjoni

    107 168

     

     

    Il-Gżejjer Faeroe

    1 700  (21)

     

     

    TAC

    108 868

     

    TAC analitika

    2.

    L-Anness IB tar-Regolament (UE) 2016/72 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-bakkaljaw fl-ilmijiet Norveġiżi ta' I u II hija sostitwita mit-tabella li ġejja:

    “Speċi:

    Bakkaljaw

    Gadus morhua

    Żona:

    L-ilmijiet Norveġiżi ta' I u II

    (COD/1N2AB.)

    Il-Ġermanja

    2 405

     

     

    Il-Greċja

    298

     

     

    Spanja

    2 682

     

     

    L-Irlanda

    298

     

     

    Franza

    2 207

     

     

    Il-Portugall

    2 682

     

     

    Ir-Renju Unit

    9 328

     

     

    L-Unjoni

    19 900

     

     

    TAC

    Mhux rilevanti

     

    TAC analitika

    L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax

    L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax”;

    (b)

    it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-bakkaljaw f'I u II hija sostitwita mit-tabella li ġejja:

    “Speċi:

    Bakkaljaw

    Gadus morhua

    Żona:

    I u IIb

    (COD/1/2B.)

    Il-Ġermanja

    6 593  (25)

     

     

    Spanja

    13 192  (25)

     

     

    Franza

    3 122  (25)

     

     

    Il-Polonja

    2 728  (25)

     

     

    Il-Portugall

    2 643  (25)

     

     

    Ir-Renju Unit

    4 403  (25)

     

     

    Stati Membri oħra

    495 (23)  (25)

     

     

    L-Unjoni

    33 176  (24)

     

     

    TAC

    Mhux rilevanti

     

    TAC analitika

    L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax

    L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax

    (c)

    it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-merluzz tal-linja sewda fl-ilmijiet Norveġiżi ta' I u II hija sostitwita mit-tabella li ġejja:

    “Speċi:

    Merluzz tal-linja sewda

    Melanogrammus aeglefinus

    Żona:

    L-ilmijiet Norveġiżi ta' I u II

    (HAD/1N2AB.)

    Il-Ġermanja

    267

     

     

    Franza

    160

     

     

    Ir-Renju Unit

    820

     

     

    L-Unjoni

    1 247

     

     

    TAC

    Mhux rilevanti

     

    TAC analitika

    L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax

    L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax”;

    (d)

    it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għal speċijiet oħra (qabdiet aċċessorji) fl-ilmijiet ta' Greenland hija sostitwita mit-tabella li ġejja:

    “Speċi:

    Qabdiet aċċessorji (26)

    Żona:

    L-ilmijiet ta' Greenland

    (B-C/GRL)

    L-Unjoni

    1 126

     

     

    AC

    Mhux rilevanti

     

    TAC ta' prekawzjoni

    L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax

    L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax

    3.

    Fl-Anness IF tar-Regolament (UE) 2016/72, it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-mera tal-Atlantiku fis-subdiviżjoni B1 tas-SEAFO hija sostitwita mit-tabella li ġejja:

    “Speċi:

    Mera tal-Atlantiku

    Hoplostethus atlanticus

    Żona:

    Is-Subdiviżjoni B1 tas-SEAFO (27)

    (ORY/F47NAM)

    TAC

    0 (28)

     

    TAC ta' prekawzjoni

    4.

    Fl-Anness IJ tar-Regolament (UE) 2016/72, it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għas-sawrell fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO hija sostitwita mit-tabella li ġejja:

    “Speċi:

    Sawrell

    Trachurus murphyi

    Żona:

    Iż-Żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO

    (CJM/SPRFMO)

    Il-Ġermanja

    7 067,15

     

     

    In-Netherlands

    7 660,06

     

     

    Il-Litwanja

    4 917,5

     

     

    Il-Polonja

    8 455,29

     

     

    L-Unjoni

    28 100

     

     

    TAC

    Mhux rilevanti

     

    TAC analitika

    L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax

    L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax”.

    5.

    Fil-punt (b) tal-Appendiċi 1 għall-Anness IIA tar-Regolament (UE) 2016/72, l-isforz massimu permissibbli tas-sajd f'jiem kilowatt għan-Netherlands għal irkaptu regolat BT1 jinbidel għal “999 808”.

    6.

    L-Anness VIII tar-Regolament (UE) 2016/72 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “ANNESS VIII

    IL-LIMITI KWANTITATTIVI TAL-AWTORIZZAZZJONIJIET TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TA' PAJJIŻI TERZI LI JISTADU FL-ILMIJIET TAL-UNJONI

    Stat tal-Bandiera

    Sajd

    Għadd ta' awtorizzazzjonijiet tas-sajd

    Għadd massimu ta' bastimenti preżenti fi kwalunkwe waqt

    In-Norveġja

    Aringi, fit-Tramuntana ta' 62° 00′ N

    Għandu jiġi stabbilit

    Għandu jiġi stabbilit

    Il-Gżejjer Faeroe

    Kavalli, VIa (fit-Tramuntana ta' 56° 30′ N), IIa, IVa (fit-Tramuntana ta' 59° N)

    Sawrell, IV, VIa (fit-Tramuntana ta' 56° 30′ N), VIIe, VIIf, VIIh

    14

    14

    Aringi, fit-Tramuntana ta' 62° 00′ N

    20

    Għandu jiġi stabbilit

    Aringi, IIIa

    4

    4

    Sajd industrijali għan-Norway pout, IV, VIa (fit-Tramuntana ta' 56° 30′ N) (inklużi qabdiet aċċessorji inevitatabbli tal-istokkafixx)

    14

    14

    Lipp u tusk

    20

    10

    Stokkafixx, II, IVa, V, VIa (fit-Tramuntana ta' 56° 30′ N), VIb, VII (fil-Punent ta' 12° 00′ W)

    20

    20

    Linarda

    16

    16

    Il-Venezwela (29)

    Snappers (l-ilmijiet tal-Guyana Franċiża)

    45

    45


    (1)  Esklużi l-ilmijiet f'sitt mili nawtiċi mix-xenarju ta' referenza tar-Renju Unit f'Shetland, Fair Isle u Foula.

    (2)  Mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-ħatt l-art, il-qabdiet tal-barbun komuni, tal-merlangu u tal-kavalli jistgħu jingħaddu ma' mhux iżjed minn 2 % tal-kwota (OT1/*2A3A4), dment li dawn il-qabdiet u l-qabdiet aċċessorji ta' dawk l-ispeċijiet li jingħaddu skont l-Artikolu 15(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, b'kollox ma jirrappreżentawx iżjed minn 9 % ta' din il-kwota taċ-ċiċċirell.

    Kondizzjoni speċjali: fil-limiti tal-kwoti msemmija hawn fuq, ma jistgħux jinqabdu iżjed mill-kwantitajiet mogħtija hawn taħt fiż-żoni ta' ġestjoni taċ-ċiċċirell li ġejjin, kif definiti fl-Anness IID:

    Żona: L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni ta' ġestjoni taċ-ċiċċirell

     

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    7

     

    (SAN/234_1)

    (SAN/234_2)

    (SAN/234_3)

    (SAN/234_4)

    (SAN/234_5)

    (SAN/234_6)

    (SAN/234_7)

    Id-Danimarka

    12 263

    4 717

    59 428

    5 659

    0

    206

    0

    Ir-Renju Unit

    268

    103

    1 299

    124

    0

    5

    0

    Il-Ġermanja

    19

    7

    91

    9

    0

    0

    0

    L-Iżvezja

    450

    173

    2 182

    208

    0

    8

    0

    L-Unjoni

    13 000

    5 000

    63 000

    6 000

    0

    219

    0

    Total

    13 000

    5 000

    63 000

    6 000

    0

    219

    0”

    (3)  Kondizzjoni speċjali: mill-kwoti tal-Unjoni fl-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali ta' I, II, III, IV, V, VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId, VIIIe, XII u XIV (WHB/*NZJM1) u fi VIIIc, IX u X; l-ilmijiet tal-Unjoi tas-CECAF 34.1.1 (WHB/*NZJM2), il-kwantità li ġejja tista' tinstad fiż-Żona Ekonomika tan-Norveġja jew fiż-żona tas-sajd ta' madwar Jan Mayen: 149 506

    (4)  Jistgħu jsiru trasferimenti ta' din il-kwota lejn VIIIc, IX u X; l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona CECAF 34.1.1. Madankollu, trasferimenti bħal dawn għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni minn qabel.

    (5)  Kondizzjoni speċjali: fil-limitu ta' kwantità totali tal-aċċess ta' 21 500 tunnellata għall-Unjoni, l-Istati Membri jistgħu jaqbdu mhux iżjed mill-persentaġġ li ġej tal-kwoti tagħhom fl-ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe (WHB/*05-F.): 9,2 %”;

    (6)  Il-kwota allokata min-Norveġja lill-Iżvezja għal “speċijiet oħra” f'livell tradizzjonali.

    (7)  Inkluż sajd mhux imsemmi speċifikament. Jistgħu jiġu introdotti eċċezzjonijiet wara konsultazzjonijiet, kif meħtieġ”;

    (8)  Il-qabdiet tar-raja batra (Raja brachyura) fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' IV (RJH/04-C.), tar-raja kukù (Leucoraja naevus) (RJN/2AC4-C), tar-raja tal-fosos (Raja clavata) (RJC/2AC4-C), u tar-raja makkjettata (Raja montagui) (RJM/2AC4-C) għandhom jiġu rrappurtati separatament.

    (9)  Kwota għall-qabdiet aċċessorji. Dawn l-ispeċijiet ma għandhomx jammontaw għal iżjed minn 25 %, f'piż tal-ħut ħaj tal-qabda li tinżamm abbord għal kull vjaġġ tas-sajd. Din il-kondizzjoni tapplika biss għal bastimenti b'tul totali ta' iżjed minn 15-il metru. Din id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika għal qabdiet li huma soġġetti għall-obbligu tal-ħatt l-art kif stipulat fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

    (10)  Ma japplikax għal raja batra (Raja brachyura) fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' IIa u raja għewejna (Raja microocellata) fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' IIa u IV. Meta dawn l-ispeċijiet jinqabdu b'mod aċċidentali, ma għandhiex issirilhom ħsara. L-eżemplari li jinqabdu għandhom jinħelsu minnufih. Is-sajjieda għandhom jiġu mħeġġa jiżviluppaw u jużaw tekniki u tagħmir li jiffaċilitaw ir-rilaxx rapidu u sikur tal-ispeċijiet.”;

    (11)  Il-qabdiet tar-raja kukù (Leucoraja naevus) (RJN/67AKXD), tar-raja tal-fosos (Raja clavata) (RJC/67AKXD), tar-raja batra (Raja brachyura) (RJH/67AKXD), tar-raja makkjettata (Raja montagui) (RJM/67AKXD), tar-raja rotonda (RRaja circularis) (RJE/67AKXD) u tar-raja petruża (Raja fullonica) (RJF/67AKXD) għandhom jiġu rrappurtati separatament.

    (12)  Kondizzjoni speċjali: li minnhom sa 5 % jistgħu jinstadu fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' VIId (SRX/*07D.), mingħajr preġudizzju għall-projbizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 13 u 46 ta' dan ir-Regolament għaż-żoni speċifikati fihom. Il-qabdiet tar-raja kukù (Leucoraja naevus) (RJN/*07D.), tar-raja tal-fosos (Raja clavata) (RJC/*07D.), tar-raja batra (Raja brachyura) (RJH/*07D.), tar-raja makkjettata (Raja montagui) (RJM/*07D.), tar-raja rotonda (Raja circularis) (RJI/*07D.) u tar-raja petruża (Raja fullonica) (RJF/*07D.) għandhom jiġu rrappurtati separatament. Din il-kondizzjoni speċjali ma għandhiex tapplika għar-raja għewejna (Raja microocellata) u għar-raja ondjata (Raja undulata).

    (13)  Ma japplikax għar-raja għewejna (Raja microocellata), ħlief fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' VIIf u VIIg. Meta dawn l-ispeċi jinqabdu b'mod aċċidentali, ma għandhiex issirilhom ħsara. L-eżemplari li jinqabdu għandhom jinħelsu minnufih. Is-sajjieda għandhom jiġu mħeġġa jiżviluppaw u jużaw tekniki u tagħmir li jiffaċilitaw ir-rilaxx rapidu u sikur tal-ispeċijiet. Fil-limiti tal-kwoti msemmija hawn fuq, ma jistgħux jinqabdu iżjed mill-kwantitajiet ta' raja għewejna mogħtija hawn taħt fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' VIIf u VIIg (RJE/7FG.):

    Speċi:

    Rajja għewejna

    Raja microocellata

    Żona:

    L-ilmijiet tal-Unjoni ta' VIIIf u VIIg

    (RJE/7FG.)

    Il-Belġju

    17

     

     

    L-Estonja

    0

     

     

    Franza

    76

     

     

    Il-Ġermanja

    0

     

     

    L-Irlanda

    25

     

     

    Il-Litwanja

    0

     

     

    In-Netherlands

    0

     

     

    Il-Portugall

    0

     

     

    Spanja

    21

     

     

    Ir-Renju Unit

    49

     

     

    L-Unjoni

    188

     

     

    TAC

    188

     

    TAC ta' prekawzjoni

    Kondizzjoni speċjali: li minnhom sa 5 % jistgħu jinstadu fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' VIId u jiġu rrappurtati bil-kodiċi li ġej: (RJE/*07D.). Din il-kondizzjoni speċjali hija mingħajr preġudizzju għall-projbizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 13 u 46 ta' dan ir-Regolament għaż-żoni speċifikati fihom.

    (14)  Ma għandhiex tapplika għar-raja ondjata (Raja undulata). Din l-ispeċi ma għandhiex tkun fil-mira fiż-żoni koperti minn din it-TAC. F'każijiet meta ma tkunx soġġetta għall-obbligu tal-ħatt l-art, il-qabda aċċessorja tar-raja ondjata fiż-żona VIIe tista' tinħatt l-art biss sħiħa jew imnaddfa, u dment li ma tkunx tammonta għal iżjed minn 40 kilogramma ta' piż ħaj għal kull vjaġġ tas-sajd. Il-qabdiet għandhom jibqgħu taħt il-kwoti li jidhru fit-tabella ta' hawn taħt. Id-dispożizzjonijiet preċedenti huma mingħajr preġudizzju għall-projbizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 13 u 46 ta' dan ir-Regolament għaż-żoni speċifikati fihom. Il-qabdiet aċċessorji tar-raja ondjata għandhom jiġu rrappurtati separatament bil-kodiċi li ġej: (RJU/67AKXD). Fil-limiti tal-kwoti msemmija hawn fuq, ma jistgħux jinqabdu iżjed mill-kwantitajiet ta' raja ondjata mogħtija hawn taħt:

    Speċi:

    Raja ondjata

    Raja undulata

    Żona:

    L-ilmijiet tal-Unjoni ta' VIIe

    (RJU/67AKXD)

    Il-Belġju

    9

     

     

    L-Estonja

    0

     

     

    Franza

    41

     

     

    Il-Ġermanja

    0

     

     

    L-Irlanda

    13

     

     

    Il-Litwanja

    0

     

     

    In-Netherlands

    0

     

     

    Il-Portugall

    0

     

     

    Spanja

    11

     

     

    Ir-Renju Unit

    26

     

     

    L-Unjoni

    100

     

     

    TAC

    100

     

    TAC ta' prekawzjoni

    Kondizzjoni speċjali: li minnhom sa 5 % jistgħu jinstadu fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' VIId u jiġu rrappurtati bil-kodiċi li ġej: (RJU/*07D.). Din il-kondizzjoni speċjali hija mingħajr preġudizzju għall-projbizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 13 u 46 ta' dan ir-Regolament għaż-żoni speċifikati fihom.”;

    (15)  Il-qabdiet tar-raja kukù (Leucoraja naevus) (RJN/07D.), tar-raja tal-fosos (Raja clavata) (RJC/07D.), tar-raja batra (Raja brachyura) (RJH/07D.), tar-raja makkjettata (Raja montagui) (RJM/07D.) u tar-raja għewejna (Raja microocellata) (RJE/07D.) għandhom jiġu rrappurtati separatament.

    (16)  Kondizzjoni speċjali: li minnhom sa 5 % jistgħu jinstadu fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' VIa, VIb, VIIa-c u VIIe-k (SRX/*67AKD). Il-qabdiet tar-raja kukù (Leucoraja naevus) (RJN/*67AKD), tar-raja tal-fosos (Raja clavata) (RJC/*67AKD), tar-raja batra (Raja brachyura) (RJH/*67AKD) u tar-raja makkjettata (Raja montagui) (RJM/*67AKD) għandhom jiġu rrappurtati separatament. Din il-kondizzjoni speċjali ma tapplikax għar-raja għewejna (Raja microocellata) u għar-raja ondjata (Raja undulata).

    (17)  Ma tapplikax għar-raja ondjata (Raja undulata). Din l-ispeċi ma għandhiex tkun fil-mira fiż-żoni koperti minn din it-TAC. F'każijiet meta ma tkunx soġġetta għall-obbligu tal-ħatt l-art, il-qabda aċċessorja tar-raja ondjata fiż-żona koperta minn din it-TAC tista' biss tinħatt l-art sħiħa jew imnaddfa, u dment li ma tkunx tammonta għal iżjed minn 40 kilogramma ta' piż ħaj għal kull vjaġġ tas-sajd. Il-qabdiet għandhom jibqgħu taħt il-kwoti li jidhru fit-tabella ta' hawn taħt. Id-dispożizzjonijiet preċedenti huma mingħajr preġudizzju għall-projbizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 13 u 46 ta' dan ir-Regolament għaż-żoni speċifikati fihom. Il-qabdiet aċċessorji tar-raja ondjata għandhom jiġu rrappurtati separatament bil-kodiċi li ġej: (RJU/07D.). Fil-limiti tal-kwoti msemmija hawn fuq, ma jistgħux jinqabdu iżjed mill-kwantitajiet ta' raja ondjata mogħtija hawn taħt:

    Speċi:

    Raja ondjata

    Raja undulata

    Żona:

    L-ilmijiet tal-Unjoni ta' VIId

    (RJU/07D.)

    Il-Belġju

    1

     

     

    Franza

    9

     

     

    In-Netherlands

    0

     

     

    Ir-Renju Unit

    2

     

     

    L-Unjoni

    12

     

     

    TAC

    12

     

    TAC ta' prekawzjoni

    Kondizzjoni speċjali: li minnhom sa 5 % jistgħu jinstadu fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' VIIe u jiġu rrappurtati bil-kodiċi li ġej: (RJU/*67AKD). Din il-kondizzjoni speċjali hija mingħajr preġudizzju għall-projbizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 13 u 46 ta' dan ir-Regolament għaż-żoni speċifikati fihom.”;

    (18)  Kondizzjoni speċjali: sa 5 % ta' din il-kwota li tinstad fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' IIa jew IVa qabel it-30 ta' Ġunju 2016 tista' tingħadd li nstadet taħt il-kwota li tikkonċerna ż-żona tal-ilmijiet tal-Unjoni IVb, IVc u VIId (JAX/*4BC7D).

    (19)  Kondizzjoni speċjali: sa 5 % ta' din il-kwota tista' tinstad f'VIId (JAX/*07D.). Skont din il-kondizzjoni speċjali, u f'konformità man-nota (3) f'qiegħ il-paġna, il-qabdiet aċċessorji tal-minfaħ u tal-merlangu għandhom jiġu rrappurtati separatament b'dan il-kodiċi: (OTH/*07D.).

    (20)  Mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-ħatt l-art, il-qabdiet tal-minfaħ, tal-merlangu u tal-kavalli jistgħu jingħaddu ma' mhux iżjed minn 5 % tal-kwota (OTH/*2A-14), dment li dawn il-qabdiet u l-qabdiet aċċessorji ta' dawk l-ispeċijiet li jingħaddu skont l-Artikolu 15(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, b'kollox ma jirrappreżentawx iżjed minn 9 % ta' din il-kwota tas-sawrell.

    (21)  Limitat għal IVa, VIa (fit-Tramuntana 56° 30′ N biss), VIIe, f, h.

    (22)  Kondizzjoni speċjali: sa 50 % ta' din il-kwota tista' tinstad fi VIIIc (JAX/*08C2). Skont din il-kondizzjoni speċjali, u f'konformità man-nota (3) ta' qiegħ il-paġna, il-qabdiet aċċessorji tal-minfaħ u tal-merlangu għandhom jiġu rrappurtati separatament b'dan il-kodiċi: (OTH/*08C2)”.

    (23)  Ħlief il-Ġermanja, Spanja, Franza, il-Polonja, il-Portugall u r-Renju Unit.

    (24)  L-allokazzjoni tas-sehem tal-istokkijiet tal-bakkaljaw li huma disponibbli għall-Unjoni fiż-żona ta' Spitzbergen u l-Gżira Bear u l-qabdiet aċċessorji assoċjati tal-merluzz tal-linja sewda huma għalkollox mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u għall-obbligi li ġejjin mit-Trattat ta' Pariġi tal-1920.

    (25)  Il-qabdiet aċċessorji tal-merluzz tal-linja sewda jistgħu jirrappreżentaw sa 14 % għal kull qabda. Il-kwantitajiet tal-qabdiet aċċessorji tal-merluzz tal-linja sewda huma b'żieda mal-kwota tal-bakkaljaw”;

    (26)  Il-qabdiet aċċessorji ta' grenadieri (Macrourus spp.) għandhom jiġu rrappurtati f'konformità mat-tabelli tal-opportunitajiet tas-sajd li ġejjin: grenadieri fl-ilmijiet ta' Greenland ta' V u XIV (GRV/514GRN) u grenadieri fl-ilmijiet ta' Greenland ta' NAFO 1 (GRV/N1GRN.)”.

    (27)  Għall-fini ta' dan l-Anness, iż-żona miftuħa għas-sajd hija ddefinita bħala dik li għandha:

    il-konfini tagħha tal-Punent fuq il-lonġitudni 0° E,

    il-konfini tagħha tat-Tramuntana fuq il-latitudni 20° S,

    il-konfini tagħha tan-Nofsinhar fuq il-latitudni 28° S, u

    il-konfini tagħha tal-Lvant fil-limiti ta' barra nett taż-ŻEE tan-Namibja.

    (28)  Ħlief għal qabda aċċessorja permissibbli ta' 4 tunnellati (ORY/*F47NA).”.

    (29)  Sabiex jinħarġu dawk l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd, għandu jintwera bil-provi li jeżisti kuntratt validu bejn sid il-bastiment li qiegħed japplika għall-awtorizzazzjoni tas-sajd u l-impriża tal-ipproċessar li tinsab fid-Dipartiment tal-Guyana Franċiża, u li dan jinkludi obbligu tal-ħatt l-art ta' minn tal-inqas 75 % tal-qabdiet kollha tal-isnappers mill-bastiment ikkonċernat f'dak id-Dipartiment sabiex b'hekk dawn ikunu jistgħu jiġu pproċessati fl-impjant ta' dik l-impriża. Tali kuntratt għandu jiġi approvat mill-awtoritajiet Franċiżi, li għandhom jiżguraw li hu konsistenti kemm mal-kapaċità proprja tal-impriża tal-ipproċessar kontraenti kif ukoll mal-objettivi għall-iżvilupp tal-ekonomija tal-Guyana. Kopja tal-kuntratt debitament approvat għandha tiġi annessa mal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tas-sajd. Fejn tali approvazzjoni tinċaħad, l-awtoritajiet Franċiżi għandhom jinnotifikaw lill-parti kkonċernata u lill-Kummissjoni dwar din iċ-ċaħda u għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet tagħhom għal dan.”


    Top