EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016R0403
Commission Regulation (EU) 2016/403 of 18 March 2016 supplementing Regulation (EC) No 1071/2009 of the European Parliament and of the Council with regard to the classification of serious infringements of the Union rules, which may lead to the loss of good repute by the road transport operator, and amending Annex III to Directive 2006/22/EC of the European Parliament and of the Council (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/403 tat-18 ta' Marzu 2016 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-klassifikazzjoni ta' ksur serju tar-regoli tal-Unjoni, li jista' jwassal għat-telf ta' reputazzjoni tajba tal-operatur tat-trasport bit-triq u li jemenda l-Anness III tad-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/403 tat-18 ta' Marzu 2016 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-klassifikazzjoni ta' ksur serju tar-regoli tal-Unjoni, li jista' jwassal għat-telf ta' reputazzjoni tajba tal-operatur tat-trasport bit-triq u li jemenda l-Anness III tad-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
C/2016/1593
ĠU L 74, 19.3.2016, p. 8–27
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 23/05/2022
19.3.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 74/8 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/403
tat-18 ta' Marzu 2016
li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-klassifikazzjoni ta' ksur serju tar-regoli tal-Unjoni, li jista' jwassal għat-telf ta' reputazzjoni tajba tal-operatur tat-trasport bit-triq u li jemenda l-Anness III tad-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta' operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2006/22/KE tal-15 ta' Marzu 2006 dwar il-kondizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 3820/85 u 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam ma' attivitajiet tat-trasport bit-triq u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(3) tagħha,
Billi:
(1) |
Bl-Artikolu 6(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009, il-Kummissjoni hija mitluba li tħejji lista ta' kategoriji, tipi u gradi ta' serjetà ta' ksur serju ta' regoli tal-Unjoni, li b'żieda ma' dawk stabbiliti fl-Anness IV ta' dak ir-Regolament, jistgħu jwasslu għat-telf ta' reputazzjoni tajba tal-impriża tat-trasport bit-triq jew tal-maniġer tat-trasport. |
(2) |
Għal dan l-għan, il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi l-grad ta' serjetà tal-ksur b'referenza għar-riskju ta' fatalitajiet jew ta' korrimenti gravi u għandha tipprovdi l-frekwenza ta' okkorrenzi li lil hinn minnhom ksur ripetut għandu jitqies bħala iżjed serju. |
(3) |
Il-lista ta' kategoriji, tipi u gradi ta' serjetà ta' ksur serju li jridu jiġu stabbiliti għandhom jinkludu ksur tar-regoli tal-Unjoni relatati mal-oqsma msemmija fl-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009. |
(4) |
L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw l-informazzjoni dwar dak il-ksur meta jistabbilixxu l-prijoritajiet għall-kontrolli mmirati lejn impriżi li huma kklassifikati li jippreżentaw riskju miżjud, kif meħtieġ mill-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009. |
(5) |
Il-miżuri li jridu jiġu adottati huma meħtieġa biex jiżguraw it-trasparenza, l-imparzjalità u ċ-ċertezza legali fl-evalwazzjoni tas-serjetà tal-ksur u l-implikazzjonijiet tagħhom fuq ir-reputazzjoni tajba tal-impriża tat-trasport jew tal-maniġer tat-trasport. |
(6) |
Madankollu, hija r-responsabbiltà tal-awtorità kompetenti ta' Stat Membru biex twettaq il-proċedura amministrattiva nazzjonali sħiħa biex jiġi ddeterminat jekk it-telf ta' reputazzjoni tajba jikkositwixxix reazzjoni proporzjonata f'każ individwali. Proċedura ta' eżami nazzjonali bħal din għandha tinkludi, jekk ikun xieraq, kontrolli fil-bini tal-impriża kkonċernata. Għall-valutazzjoni tar-reputazzjoni tajba, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-kondotta tal-impriża, tal-maniġers tagħha u ta' kwalunkwe persuna rilevanti oħra. |
(7) |
Il-kategorizzazzjoni armonizzata tal-ksur serju għandha tipprovdi l-bażi għall-estensjoni tas-sistema nazzjonali tal-klassifikazzjoni tar-riskju stabbilita minn kull Stat Membru skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2006/22/KE, sabiex tkopri kull ksur serju tar-regoli tat-trasport bit-triq tal-Unjoni, indikat fl-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009, li jistgħu jaffettwaw ir-reputazzjoni tajba tal-impriża tat-trasport jew tal-maniġer tat-trasport. |
(8) |
L-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 jipprovdi wkoll li l-Istati Membri għandhom jinkludu l-ksur serju fir-reġistru elettroniku nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2016. Il-kategorizzazzjoni armonizzata tal-ksur hija għalhekk pass importanti 'l quddiem li jiżgura kompetizzjoni ġusta bejn l-impriżi, aktar infurzar armonizzat u funzjonament effettiv tas-sistema ta' skambju tal-informazzjoni tar-Reġistru Ewropew tal-Impriżi tat-Trasport bit-triq. |
(9) |
Huwa fl-interess tat-trasparenza u tal-kompetizzjoni ġusta li jiġi stabbilit metodu komuni tal-kalkolu ta' frekwenza tal-okkorrenzi li lil hinn minnhom ksur ripetut għandu jitqies bħala iżjed serju mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' stabbiliment. Tali ksur ripetut jista' jwassal biex titnieda l-proċedura amministrattiva nazzjonali, li, mingħajr preġudizzju għad-diskrezzjoni tal-awtorità kompetenti, jista' jwassal għat-telf ta' reputazzjoni tajba minn operatur tat-trasport. |
(10) |
Bħala regola ġenerali, il-frekwenza għandha tkun determinata billi jitqiesu s-serjetà tal-ksur, iż-żmien u l-għadd medju ta' sewwieqa. Dan għandu jitqies bħala l-limitu massimu, filwaqt li għall-Istati Membri titħalla l-possibbiltà li japplikaw limiti aktar baxxi, kif previst fil-proċedura amministrattiva nazzjonali tagħhom għall-valutazzjoni ta' reputazzjoni tajba. |
(11) |
Għall-assigurazzjoni tal-konsistenza legali u t-trasparenza, huwa wkoll meħtieġ li jiġi emendat l-Anness III tad-Direttiva 2006/22/KE billi jinbidel il-grad ta' serjetà ta' ċertu ksur stipulat hemmhekk skont il-lista tal-ksur l-aktar serju stipulati fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009. |
(12) |
Il-lista ta' kategoriji, tipi u gradi ta' serjetà ta' ksur serju ġiet determinata f'konsultazzjoni mal-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati tal-Unjoni, fejn il-valutazzjoni tal-livell ta' serjetà kienet ibbażata fuq l-aqwa prassi u fuq l-esperjenza fl-infurzar tad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi rilevanti fl-Istati Membri. L-aktar każijiet serji ta' ksur stabbiliti fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 kienu jikkostitwixxu l-limitu massimu ta' referenza għall-valutazzjoni tal-grad ta' serjetà ta' ksur rilevanti oħra. |
(13) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat fuq it-Trasport bit-Triq stabbilit bl-Artikolu 18(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 (3), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi lista komuni ta' kategoriji, tipi u gradi ta' serjetà ta' ksur serju tar-regoli tal-Unjoni tat-trasport bit-triq kummerċjali, kif stabbiliti fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, li, b'żieda ma' dawk stabbiliti fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009, jistgħu jwasslu għat-telf ta' reputazzjoni tajba ta' operatur tat-trasport tat-triq.
2. Dan ir-Regolament jistipula l-frekwenza massima tal-okkorrenza li lil hinn minnha, ksur serju ripetut għandu jitqies bħala iżjed serju, billi jittieħed f'kunsiderazzjoni l-għadd ta' xufiera użati għall-attivitajiet ta' trasport mmexxija mill-maniġer tat-trasport, kif stipulat fl-Anness II.
3. L-Istati Membri għandhom iqisu l-informazzjoni dwar il-ksur serju msemmi fil-paragrafi 1 u 2 meta jwettqu l-proċedura amministrattiva nazzjonali dwar il-valutazzjoni ta' reputazzjoni tajba.
Artikolu 2
L-Anness III tad-Direttiva 2006/22/KE huwa emendat kif stipulat fl-Anness III ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa japplika mill-1 ta' Jannar 2017.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Marzu 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 300, 14.11.2009, p. 51.
(2) ĠU L 102, 11.4.2006, p. 35.
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 tal-20 ta' Diċembru 1985 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq (ĠU L 370, 31.12.1985, p. 8).
ANNESS I
Kategorizzazzjoni ta' ksur serju
(imsemmi fl-Artikolu 1)
It-tabelli li ġejjin fihom il-kategoriji u t-tipi ta' ksur serju tar-regoli tal-UE tat-trasport bit-triq kummerċjali, maqsuma fi tliet kategoriji ta' gradi ta' serjetà skont il-potenzjal tagħhom li joħolqu riskju ta' fatalitajiet jew ta' korrimenti gravi.
1. Gruppi ta' ksur tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u taql-Kunsill (1) (Ħin ta' sewqan u ta' mistrieħ)
Nru |
BAŻI ĠURIDIKA |
TIPI TA' KSUR |
GRAD TA' SERJETÀ (2) |
|||
KAS |
KSĦ |
KS |
||||
Ekwipaġġ |
||||||
1. |
Art. 5.1 |
Ma jitħarsux l-etajiet minimi tal-kundutturi |
|
|
X |
|
Perjodi ta' sewqan |
||||||
2. |
Art. 6.1 |
Aktar minn disa' (9) sigħat ta' sewqan kuljum meta mhux permessal-possibbiltà tal-estensjoni għal limitu ta' 10 sigħat |
10s ≤ … < 11s |
|
|
X |
3. |
11s ≤ … |
|
X |
|
||
4. |
Aktar minn disa' (9) sigħat ta' sewqan b'50 % jew iżjed mingħajr brejk jew mingħajr kwalunkwe mistrieħ ta' mill-inqas 4,5 sigħat |
13s30 ≤ … u l-ebda brejk/serħan |
X |
|
|
|
5. |
Jinqabeż il-ħin estiż ta' sewqan kuljum ta' 10 sigħat meta l-estensjoni hija permessa meta l-estensjoni hija permessa |
11s ≤ … < 12s |
|
|
X |
|
6. |
12s ≤ … |
|
X |
|
||
7. |
Aktar minn 10 sigħat ta' sewqan kuljum b'50 % jew iżjed mingħajr brejk jew mingħajr mistrieħ ta' mill-inqas 4,5 sigħat |
15s ≤ … u l-ebda brejk/serħan |
X |
|
|
|
8. |
Art. 6.2 |
Jinqabeż il-ħin ta' sewqan permess fil-ġimgħa |
60s ≤ … < 65s |
|
|
X |
9. |
65s ≤ … < 70 |
|
X |
|
||
10. |
Jinqabeż il-ħin ta' sewqan permess fil-ġimgħa b'25 % jew aktar |
70s ≤ … |
X |
|
|
|
11. |
Art. 6.3 |
Jinqabeż il-ħin ta' sewqan massimu totali f'ġimgħatejn (2) konsekuttivi |
100s ≤ … < 105s |
|
|
X |
12. |
100s ≤ … < 112s30 |
|
X |
|
||
13. |
Jinqabeż il-ħin ta' sewqan massimu totali f'ġimgħatejn (2) konsekuttivi b'25 % jew aktar |
112s30 ≤ … |
X |
|
|
|
Brejks |
||||||
14. |
Art. 7 |
Jinqabeż il-ħin ta' sewqan mhux interrott ta' 4,5 sigħat qabel il-brejk |
5s ≤ … < 6s |
|
|
X |
15. |
6s ≤ … |
|
X |
|
||
Perjodi ta' Serħan |
||||||
16. |
Art. 8.2 |
Perjodu insuffiċjenti ta' serħan ta' inqas minn 11-il siegħa meta mhux permess perjodu mnaqqas ta' serħan ta' kuljum |
8s30 ≤ … < 10s |
|
|
X |
17. |
… < 8s30 |
|
X |
|
||
18. |
Perjodu mnaqqas insuffiċjenti ta' serħan ta' kuljum ta' inqas minn disa' (9) sigħat meta t-tnaqqis huwa permess |
7s ≤ … < 8s |
|
|
X |
|
19. |
… < 7s |
|
X |
|
||
20. |
Perjodu maqsum insuffiċjenti ta' serħan ta' kuljum ta' inqas minn 3s + 9s |
3s + [7s ≤ … < 8s] |
|
|
X |
|
21. |
3s + [… < 7s] |
|
X |
|
||
22. |
Art. 8.5 |
Perjodu insuffiċjenti ta' serħan ta' kuljum ta' inqas minn disa' (9) sigħat għal vettura b'aktar minn sewwieq wieħed |
7s ≤ … < 8s |
|
|
X |
23. |
… < 7s |
|
X |
|
||
24. |
Art. 8.6 |
Perjodu mnaqqas insuffiċjenti ta' serħan fil-ġimgħa ta' inqas minn 24 siegħa |
20s ≤ … < 22s |
|
|
X |
25. |
… < 20s |
|
X |
|
||
26. |
Perjodu insuffiċjenti ta' serħan fil-ġimgħa inqas minn 45 siegħa meta mhux permess perjodu mnaqqas ta' serħan fil-ġimgħa |
36s ≤ … < 42s |
|
|
X |
|
27. |
… < 36s |
|
X |
|
||
28 |
Art. 8.6 |
Aktar minn sitt (6) perjodi konsekuttivi ta' 24 siegħa wara l-perjodu preċedenti ta' serhan fil-ġimgħa |
3s ≤ … < 12s |
|
|
X |
12s ≤ … |
|
X |
|
|||
Deroga mir-regola ta' 12-il jum |
||||||
29. |
Art. 8.6a |
Aktar minn 12-il perjodu konsekuttivi ta' 24 siegħa wara perjodu preċedenti ta' serhan fil-ġimgħa |
3s ≤ … < 12s |
|
|
X |
12s ≤ … |
|
X |
|
|||
30. |
Art. 8.6 a (b)(ii) |
Perjodu ta' serhan fil-ġimgħa jittieħed wara 12-il perjodu konsekuttivi ta' 24 siegħa |
65s < … ≤ 67s |
|
|
X |
… ≤ 65s |
|
X |
|
|||
31. |
Art. 8.6 a (d) |
Perjodu ta' sewqan, bejn l-22.00 u s-6.00, ta' aktar minn tliet sigħat qabel il-brejk, jekk il-vettura ma jkollhiex aktar minn sewwieq wieħed |
3s < … < 4,5s |
|
|
X |
4,5s ≤ … |
|
X |
|
|||
Organizzazzjoni tax-xogħol |
||||||
32. |
Art. 10.1 |
Relazzjoni bejn il-paga u d-distanza misjuqa jew l-ammont ta' oġġetti trasportati |
|
X |
|
|
33. |
Art. 10.2 |
L-ebda organizzazzjoni jew l-organizzazzjoni mhux xierqa tax-xogħol tal-kunduttur, l-ebda struzzjoni jew struzzjonijiet mhux xierqa mogħtija lill-kunduttur li jippermettulu li jikkonforma mal-liġi |
|
X |
|
2. Gruppi ta' ksur tar-Regolament (KE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) (Takografu)
Nru |
BAŻI ĠURIDIKA |
TIPI TA' KSUR |
GRAD TA' SERJETÀ |
||
KAS |
KSĦ |
KS |
|||
L-installazzjoni ta' takografu |
|||||
1. |
Artikoli 3.1 u 22 |
Ma jkunx installat u użat takografu tat-tip approvat (pereżempju: it-takografu ma jkunx installat minn fitters, workshops jew manifatturi tal-vetturi li huma approvati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, l-użu ta' takografu mingħajr is-siġilli neċessarji mqiegħda jew sostitwiti minn fitter, minn workshop jew minn manifattur tal-vetturi li huma approvati jew l-użu ta' takografu mingħajr il-pjanċa tal-installazzjoni) |
X |
|
|
Użu tat-takografu, tal-karta tas-sewwieq jew tal-folja ta' reġistrazzjoni |
|||||
2. |
Art. 23.1 |
L-użu ta' takografu mhux spezzjonat minn workshop approvat |
|
X |
|
3. |
Art. 27 |
Is-sewwieq għandu fil-pussess tiegħu u/jew juża aktar minn karta tas-sewwieq waħda li hija tiegħu u li hija valida |
|
X |
|
4. |
Sewqan b'karta tas-sewwieq falsifikata (meqjus bħala sewqan mingħar karta tas-sewwieq) |
X |
|
|
|
5. |
Sewqan b'karta tas-sewwieq li tagħha s-sewwieq mhuwiex id-detentur (meqjus bħala sewqan mingħar karta tas-sewwieq) |
X |
|
|
|
6. |
Sewqan b'karta tas-sewwieq li ġiet akkwistata abbażi ta' dikjarazzjonijiet foloz u/jew ta' dokumenti ffalsifikati (meqjus bħala sewqan mingħar karta tas-sewwieq) |
X |
|
|
|
7. |
Art. 32.1 |
Takografu ma jiffunzjonax tajjeb (pereżempju it-takografu ma jkunx spezzjonat, ikkalibrat u ssiġillat b'mod tajjeb) |
|
X |
|
8. |
Artikoli 32.1 u 33.1 |
Takografu użat b'mod ħażin (pereżempju: l-użu ħażin b'mod intenzjonat, volontarju jew imponut, nuqqas ta' struzzjonijiet dwar l-użu korrett eċċ.) |
|
X |
|
9. |
Art. 32.3 |
L-użu ta' tagħmir ta' falsifikazzjoni li jkun kapaċi jimmodifika r-reġistrazzjonijiet tat-takografu |
X |
|
|
10. |
Falsifikazzjoni, ħabi, suppressjoni jew qerda tad-dejta rreġistrata fuq il-folji tar-reġistrazzjoni jew tad-dejta maħżuna u ddawnlowdjata mit-takografu u/jew mill-karta tas-sewwieq |
X |
|
|
|
11. |
Art. 33.2 |
L-impriża ma żżommx folji tar-reġistrazzjoni, karti stampati u dejta li titniżżel |
|
X |
|
12. |
Id-dejta rreġistrata jew maħżuna mhix disponibbli għal mill-inqas sena |
|
X |
|
|
13. |
Art. 34.1 |
Il-folji tar-reġistrazzjoni/il-karta tas-sewwieq jintużaw ħażin |
|
X |
|
14. |
Irtirar mhux awtorizzat tal-folji jew tal-karta tas-sewwieq li jħalli impatt fuq ir-reġistrazzjoni tad-dejta rilevanti |
|
X |
|
|
15. |
Tintuża folja tar-reġistrazzjoni jew karta tas-sewwieq biex tkopri perjodu itwal minn dak intenzjonat u tintilef xi dejta |
|
X |
|
|
16. |
Art. 34.2 |
Jintużaw folji tar-reġistrazzjoni jew karti tas-sewwieqa maħmuġin jew danneġġati u d-dejta mhijiex leġibbli |
|
X |
|
17. |
Art. 34.3 |
Ma jsirx input manwali, meta dan ikun meħtieġ |
|
X |
|
18. |
Art. 34.4 |
Ma tintużax il-folja korretta jew il-karta tas-sewwieq tkun fi slott ħażin (aktar minn sewwieq wieħed) |
|
|
X |
19. |
Art. 34.5 |
Il-mekkaniżmu ta' kommutazzjoni jintuża ħażin |
|
X |
|
Preżentazzjoni tal-informazzjoni |
|||||
20. |
Art. 36 |
Rifjut li ssir verifika |
|
X |
|
21. |
Art. 36 |
Preżentazzjoni mhux possibbli tar-reġistrazzjonijiet ta' dik il-ġurnata u tat-28 jum preċedenti |
|
X |
|
22. |
Preżentazzjoni mhux possibbli tar-reġistrazzjonijiet tal-karta tas-sewwieq, meta s-sewwieq ikollu waħda |
|
X |
|
|
23. |
Art. 36 |
Preżentazzjoni mhux possibbli tar-reġistrazzjonijiet manwali u tal-karti stampati li saru matul dik il-ġurnata u matul it-28 jum preċedenti |
|
X |
|
24. |
Art. 36 |
Preżentazzjoni mhux possibbli tal-karta tas-sewwieq, meta s-sewwieq ikollu waħda |
|
X |
|
Funzjonament ħażin |
|||||
25. |
Artikoli 37.1 u 22.1 |
Takografu mhux imsewwi minn fitter jew minn workshop li huma approvati |
|
X |
|
26. |
Art. 37.2 |
Is-sewwieq ma jniżżilx l-informazzjoni kollha meħtieġa għal dawk il-perjodi ta' ħin li matulhom ma sarux reġistrazzjonijiet meta t-takografu ma jkunx jista' jissewwa jew ikun qed jaħdem ħażin |
|
X |
|
3. Gruppi ta' ksur tar-Regolament (KEE) Nru 2002/15/KE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) (Ir-regoli dwar il-ħin tax-xogħol)
Nru |
BAŻI ĠURIDIKA |
TIPI TA' KSUR |
GRAD TA' SERJETÀ |
|||
KAS |
KSĦ |
KS |
||||
Ħin tax-xogħol massimu matul il-ġimgha |
||||||
1. |
Art. 4 |
Aktar mill-ħin tax-xogħol massimu ta' 48 siegħa fil-ġimgħa meta l-possibbiltajiet għal estensjoni għal 60s diġà ġew eżawriti |
56s ≤ …< 60s |
|
|
X |
2. |
60s ≤ … |
|
X |
|
||
3. |
Aktar mill-ħin tax-xogħol massimu ta' 60 siegħa fil-ġimgħa meta ma ngħatat l-ebda deroga skont l-Art. 8 |
65 ≤ … < 70s |
|
|
X |
|
4. |
70s ≤ … |
|
X |
|
||
Brejks |
||||||
5. |
Art. 5.1 |
Brejk obbligatorju insuffiċjenti meħud meta l-ħin tax-xogħol huwa ta' bejn 6 u 9 sigħat |
10 < … ≤ 20 min |
|
|
X |
6. |
… ≤ 10 min |
|
X |
|
||
7. |
Brejk obbligatorju insuffiċjenti meħud meta l-ħin tax-xogħol huwa ta' aktar minn 9 sigħat |
20 < … ≤ 30min |
|
|
X |
|
8. |
… ≤ 20 min |
|
X |
|
||
Xogħol ta' billejl |
||||||
9. |
Art. 7.1 |
Ħin tax-xogħol ta' kuljum f'kull 24s meta jitwettaq ix-xogħol ta' billejl jekk ma ngħatat l-ebda deroga skont l-Art. 8 |
11s ≤ … < 13s |
|
|
X |
10. |
13s < … |
|
X |
|
||
Reġistrazzjonijiet |
||||||
11. |
Art. 9 |
Min iħaddem jiffalsifika r-reġistrazzjonijiet tal-ħin tax-xogħol jew jirrifjuta li jipprovdi reġistrazzjonijiet lill-uffiċjal tal-ispezzjoni |
|
X |
|
|
12. |
Is-sewwieqa impjegati/is-sewweiqa li jaħdmu għal rashom jiffalsifikaw ir-reġistrazzjonijiet tal-ħin tax-xogħol jew jirrifjutaw li jipprovdu r-reġistrazzjonijiet lill-uffiċjal tal-ispezzjoni |
|
X |
|
4. Gruppi ta' ksur tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 96/53/KE (5) (Ir-regoli dwar il-piż u l-qies)
Nru |
BAŻI ĠURIDIKA |
TIPI TA' KSUR |
GRAD TA' SERJETÀ |
|||
KAS |
KSĦ |
KS |
||||
Piżijiet |
||||||
1. |
Art. 1 |
Jinqabeż il-piż massimu permissibbli għal vetturi N |
5 % ≤ … < 10 % |
|
|
X |
2. |
10 % ≤ … < 20 % |
|
X |
|
||
3. |
20 % ≤ … |
X |
|
|
||
4. |
Jinqabeż il-piż massimu permissibbli għal vetturi N2 |
5 % ≤ … < 15 % |
|
|
X |
|
5. |
15 % ≤ … < 25 % |
|
X |
|
||
6. |
25 % ≤ … |
X |
|
|
||
Tulijiet: |
||||||
7. |
Art. 1 |
Jinqabeż it-tul massimu permissibbli |
2 % < … < 20 % |
|
|
X |
8. |
20 % ≤ … |
|
X |
|
||
Wisa' |
||||||
9. |
Art. 1 |
Jinqabeż il-wisa' massima permissibbli |
2,65 ≤ … < 3,10 metri |
|
|
X |
10. |
3,10 metri ≤ … |
|
X |
|
5. Gruppi ta' ksur tad-Direttiva 2014/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) (It-testijiet perjodiċi tal-affidabilità stradali) u d-Direttiva 2014/47/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) (Spezzjoni teknika waqt it-traġitt)
Nru |
BAŻI ĠURIDIKA |
TIPI TA' KSUR |
GRAD TA' SERJETÀ |
||
KAS |
KSĦ |
KS |
|||
Affidabilità stradali |
|||||
1. |
Artikoli 8 u 10 tad-Direttiva 2014/45/KE u l-Art. 7.1 tad-Direttiva 2014/47/UE |
Sewqan mingħajr prova valida ta' testijiet b'suċċes tal-affidabilità stradali, kif meħtieġ mil-liġi tal-UE |
X |
|
|
2. |
L-Art. 12.2 tad-Direttiva 2014/47/UE |
Li vettura ma tinżammx f'kundizzjoni tajba ta' sikurezza u ta' affidabilità li mbagħad tirriżulta f'difett serju ħafna fis-sistema tal-brejkijiet, fil-konnessjonijiet tal-istering, fir-roti/tajers, is-sospensjoni jew xażi jew tagħmir ieħor li joħloq tali riskju immedjat għas-sikurezza fit-triq li jwassal għal deċiżjoni ta' immobilizzazzjoni tal-vettura |
X |
|
|
Id-Direttiva 2014/47/UE dwar l-ispezzjoni teknika waqt it-traġitt tal-affidabilità stradali ta' vetturi kummerċjali fih fl-Anness II tagħha klassifikazzjoni dettaljata ta' nuqqasijiet tekniċi maqsuma, skont il-grad tagħhom ta' severità, f'nuqqasijiet minuri, maġġuri u perikolużi. L-Artikolu 12.2 ta' din id-Direttiva jistipula d-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
nuqqasijiet minuri li ma għandhom l-ebda effett sinifikanti fuq is-sikurezza tal-vettura jew ikollhom impatt fuq l-ambjent, u nuqqasijiet minuri ta' konformità oħrajn; |
(b) |
nuqqasijiet maġġuri li jistgħu jippreġudikaw is-sikurezza tal-vettura jew ikollhom impatt fuq l-ambjent jew iqiegħdu fil-periklu lil utenti oħra tat-triq jew nuqqasijiet ta' konformità sinifikanti oħrajn; |
(c) |
nuqqasijiet perikolużi li joħolqu riskju dirett u immedjat għas-sikurezza fit-triq jew li jkollhom impatt fuq l-ambjent. |
Il-livell ta' ksur kontra d-dispożizzjonijiet tad-direttivi dwar l-affidabilità stradali għandhom jirriflettu n-nuqqasijiet tal-Anness II tad-Direttiva 2014/47/UE, jiġifieri: KS = nuqqasijiet maġġuri, KSĦ = nuqqasijiet perikolużi, KAS = sewqan b'nuqqasijiet, li joħloq riskji immedjati għas-sikurezza tat-triq, nuqqasijiet minuri huma ugwali għal ksur minuri.
6. Gruppi ta' ksur tad-Direttiva tal-Kunsill 92/6/KEE (8) (L-apparat li jillimita l-veloċità)
Nru |
BAŻI ĠURIDIKA |
TIPI TA' KSUR |
GRAD TA' SERJETÀ |
||
KAS |
KSĦ |
KS |
|||
1. |
Artikoli 2 u 3 |
L-apparat li jillimita l-veloċità mhux mgħammar |
X |
|
|
2. |
Art. 5 |
L-apparat li jillimita l-veloċità ma jissodisfax ir-rekwiżiti tekniċi applikabbli |
|
X |
|
3. |
Art. 5 |
L-apparat li jillimita l-veloċità mhux mgħammar minn workshop approvat |
|
|
X |
4. |
|
L-użu ta' apparat frodulenti li jkun kapaċi jiffalsifika d-dejta tal-apparat li jillimita l-veloċità jew l-użu ta' apparat li jillimita l-veloċità frodulenti |
X |
|
|
7. Gruppi ta' ksur tad-Direttiva 2003/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) (Il-kwalifika inizjali u t-taħriġ perjodiku tas-sewwieqa)
Nru |
BAŻI ĠURIDIKA |
TIPI TA' KSUR |
GRAD TA' SERJETÀ |
||
KAS |
KSĦ |
KS |
|||
Taħriġ u liċenzja |
|||||
1. |
Art. 3 |
Il-ġarr ta' merkanzija jew ta' passiġġieri mingħajr kwalifika inizjali obbligatorja u/jew taħriġ perjodiku obbligatorju |
|
X |
|
2. |
Art. 10 u l-Anness II |
Ma jkunx possibbli għas-sewwieq li jippreżenta karta ta' kwalifikazzjoni valida jew il-liċenzja tas-sewqan bl-indikazzjonjiet, kif meħtieġ bil-liġi nazzjonali (pereżempju: mitlufa, minsija, danneġġati, mhux leġibbli) |
|
|
X |
8. Gruppi ta' ksur tad-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) (Ir-rekwiżiti tal-liċenzji tas-sewqan)
Nru |
BAŻI ĠURIDIKA |
TIPI TA' KSUR |
GRAD TA' SERJETÀ |
||
KAS |
KSĦ |
KS |
|||
1. |
Artikoli 1 u 4 tad-Direttiva 2006/126/KE |
Il-ġarr ta' passiġġieri jew oġġetti mingħajr liċenzja tas-sewqan valida |
X |
|
|
2. |
Art. 1 Anness I |
L-użu ta' liċenzja tas-sewqan li hija danneġġata jew li ma tistax tinqara jew li mhijiex konformi ma' mudell komuni |
|
|
X |
9. Gruppi ta' ksur tad-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew utal-Kunsill (11) (It-trasport bit-triq ta' merkanzija perikoluża)
Nru |
BAŻI ĠURIDIKA |
TIPI TA' KSUR |
GRAD TA' SERJETÀ |
||
KAS |
KSĦ |
KS |
|||
1. |
L-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE |
It-trasport ta' oġġetti perikolużi li huma pprojbiti għat-trasport |
X |
|
|
2. |
It-trasport ta' oġġetti perikolużi f'mezzi ta' konteniment li huma pprojbiti jew mhux approvati, b'riżultat ta' periklu għall-ħajja jew għall-ambjent sa tali punt li dan iwassal għal deċiżjoni li tiġi immobilizzata l-vettura |
X |
|
|
|
3. |
It-trasport ta' oġġetti perikolużi mingħajr l-identifikazzjoni tagħhom fuq il-vettura bħala merkanzija perikoluża, b'riżultat ta' periklu għall-ħajja jew għall-ambjent sa tali punt li dan iwassal għal deċiżjoni li tiġi immobilizzata l-vettura |
X |
|
|
|
4. |
Likiġ ta' sustanzi perikolużi |
|
X |
|
|
5. |
Il-ġarr ta' volumi f'kontejner li mhuwiex strutturalment tajjeb għas-servizz |
|
X |
|
|
6. |
Il-ġarr f'vettura mingħajr ċertifikat xieraq ta' approvazzjoni |
|
X |
|
|
7. |
Il-vettura ma għadhiex tikkonforma mal-istandards ta' approvazzjoni u tippreżenta periklu immedjat; |
|
X |
|
|
8. |
Nuqqas ta' konformità mar-regoli li jirregolaw l-irbit u l-istivar tat-tagħbija |
|
X |
|
|
9. |
Nuqqas ta' konformità mar-regoli li jirregolaw it-tagħbija mħallta ta' pakketti |
|
X |
|
|
10. |
Id-dispożizzjonijiet li jillimitaw il-kwantitajiet li jinġarru f'unità waħda tat-trasport ma jkunux ġew osservati, inklużi livelli permissibbli tal-mili tat-tankijiet jew tal-pakketti; |
|
X |
|
|
11. |
Nuqqas ta' informazzjoni rilevanti dwar is-sustanza li qed tinġarr li tippermetti d-determinazzjoni tal-grad ta' serjetà tal-offiża (pereżempju n-numru NU, id-denominazzjoni, korretta tal-ispeditur, il-grupp tal-ippakkjar) |
|
X |
|
|
12. |
Is-sewwieq ma għandux ċertifikat ta' taħriġ vokazzjonali validu |
|
X |
|
|
13. |
Qed jintuża nar jew dawl mhux protett |
|
X |
|
|
14. |
Il-projbizzjoni fuq it-tipjip mhix qed tiġi osservata. |
|
X |
|
|
15. |
Il-vettura mhijiex taħt superviżjoni jew mhix ipparkjata b'mod tajjeb |
|
|
X |
|
16. |
L-unità tat-trasport fiha aktar minn trejler/semitrejler wieħed |
|
|
X |
|
17. |
Il-vettura ma għadhiex tikkonforma mal-istandards ta' approvazzjoni iżda ma tippreżentax periklu immedjat |
|
|
X |
|
18. |
Il-vettura mhux qed iġġorr tagħmir operattiv għat-tifi tan-nar kif meħtieġ |
|
|
X |
|
19. |
Il-vettura ma fihiex it-tagħmir meħtieġ mill-ADR jew mill-istruzzjonjiet bil-miktub |
|
|
X |
|
20. |
Qed jinġarru pakketti b'ippakkjar danneġġat, IBCs jew ippakkjar kbir jew danneġġat, mhux imnaddaf u vojt |
|
|
X |
|
21. |
Merkanzija ppakkjata qed tinġarr f'kontejner li mhuwiex strutturalment tajjeb għas-servizz |
|
|
X |
|
22. |
It-tankijiet/kontejners tat-tankijiet (inklużi dawk li huma vojta u mhux imnaddfa) ma jingħalqux sew |
|
|
X |
|
23. |
It-tikkettar, l-immarkar jew il-plakards mhumiex korretti fuq il-vettura u/jew ta' trażżin |
|
|
X |
|
24. |
Ma hemmx struzzjonijiet bil-miktub li jikkonformaw mal-ADR, jew l-struzzjonijiet bil-miktub mhumiex rilevanti għall-merkanzija li qed tinġarr |
|
|
X |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/112/KE (12), li tadatta għall-progress tekniku lid-Direttiva tal-Kunsill 95/50/KE (13) dwar proċeduri uniformi għal verifiki fuq it-trasport ta' merkanzija perikoluża bit-triq, tinkludi fl-Anness II tagħha klassifikazzjoni dettaljata ta' ksur kontra d-dispożizzjonijiet rilevanti, diviżi, skont il-livell ta' severità, fi tliet kategoriji ta' riskju: Kategorija tar-Riskju I, Kategorija tar-Riskju II, Kategorija tar-Riskju III.
Il-grad ta' ksur kontra d-dispożizzjonijiet għandu jirrifletti l-kategoriji tar-riskju provduti fl-Anness II tad-Direttiva 2004/112/KE, b'tali mod li l-Kategorija tar-Riskju I = KSĦ (ħlief dak il-ksur li diġà huwa definit bħala Ksur l-Aktar Serju (KAS) fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009), il-Kategorija tar-Riskju II = Ksur Serju (KS). Il-Kategorija tar-Riskju III hija ugwali għal-grad ta' ksur minuri.
Din it-tabella tkopri biss dawk il-każijiet ta' ksur li għalihom trasportatur għandu jkun meqjus kompletament jew parzjalment responsabbli. Il-grad ta' responsabbiltà għall-ksur ta' trasportatur għandu jiġi vvalutat skont il-proċedura tal-infurzar tal-Istat Membru nazzjonali.
10. Gruppi ta' ksur tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) (L-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija)
Nru |
BAŻI ĠURIDIKA |
TIPI TA' KSUR |
GRAD TA' SERJETÀ |
||
KAS |
KSĦ |
KS |
|||
Liċenzja Komunitarja |
|||||
1. |
Art. 3 |
It-trasport ta' merkanzija mingħajr liċenzja Komunitarja valida (jiġifieri: l-ebda liċenzja jew liċenzja ffalsifikata, irtirata, skaduta eċċ.) |
X |
|
|
2. |
Art. 4 |
L-impriża tat-trasport bit-triq tal-merkanzija jew is-sewwieq ma jkunux jistgħu jippreżentaw liċenzja Komunitarja valida jew kopja attestata awtentika valida tal-liċenzja Komunitarja lill-uffiċjal tal-ispezzjoni (jiġifieri: Liċenzja Komunitarja jew kopja attestata awtentika tal-liċenzja Komunitarja mitlufin, minsijin, danneġġati, eċċ.) |
|
X |
|
Attestazzjoni tas-sewwieq |
|||||
3. |
Art. 3 u 5 |
Il-trasport ta' merkanzija mingħajr liċenzja Komunitarja valida (jiġifieri: l-ebda liċenzja jew liċenzja ffalsifikata; irtirata, skaduta eċċ.) |
|
X |
|
4. |
Ma jkunx possibbli għas-sewwieq jew għall-impriża tat-trasport bit-triq tal-merkanzija, li jippreżentaw ċertifikat tas-sewwieq validu jew kopja attestata valida taċ-ċertifikat tas-sewwieq lill-uffiċjal tal-ispezzjoni (jiġifieri ċertifikat tas-sewwieq jew kopja attestata awtentika taċ-ċertifikat tas-sewwieq mitlufin, minsijin, danneġġati eċċ.) |
|
|
X |
11. Gruppi ta' ksur tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) (L-aċċess għas-suq tas-servizzi tal-kowċ u tax-xarabank)
Nru |
BAŻI ĠURIDIKA |
TIPI TA' KSUR |
GRAD TA' SERJETÀ |
||
KAS |
KS |
KS |
|||
Liċenzja Komunitarja |
|||||
1. |
Art. 4 |
Il-ġarr ta' passiġġieri jew oġġetti mingħajr liċenzja tas-sewqan Komunitarja valida l-ebda liċenzja jew liċenzja ffalsifikata, irtirata, skaduta eċċ.) |
X |
|
|
2. |
Art. 4.3 |
Ma jkunx possibbli għat-trasportatur jew għas-sewwieq li jippreżenta liċenzja Komunitarja valida jew kopja attestata awtentika valida tal-liċenzja Komunitarja lill-uffiċjal tal-ispezzjoni (jiġifieri liċenzja tas-sewwieq jew kopja attestata awtentika mitlufin, minsijin, danneġġati eċċ.) |
|
X |
|
Awtorizzazzjoni għal servizzi regolari |
|||||
3. |
Artikoli 5 u 6 |
Servizzi regolari mingħajr awtorizzazzjoni valida (jiġifieri: l-ebda liċenzja jew liċenzja ffalsifikata, irtirata, skaduta eċċ.) |
|
X |
|
4. |
Art. 19 |
Ma jkunx possibbli għas-sewwieq li jippreżenta l-awtorizzazzjoni lill-uffiċjal tal-ispezzjoni (jiġifieri awtorizzazzjoni mitlufa, minsija, danneġġata, ecc.) |
|
|
X |
5. |
Artikoli 5 u 6 |
Il-waqfiet f'servizzi regolari ta' Stat Membru ma jikkorrispondux għall-awtorizzazzjoni maħruġa |
|
|
X |
Formola tal-vjaġġ għal servizzi okkażjonali u għal servizzi oħra eżenti mill-awtorizzazzjoni |
|||||
6. |
Art. 12 |
Sewqan mingħajr formola tal-vjaġġ valida (jiġifieri l-ebda formola tal-vjaġġ jew formola tal-vjaġġ iffalsifikata jew li ma fihiex l-informazzjoni meħtieġa, eċċ.) |
|
|
X |
12. Gruppi ta' ksur tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 (16) (Il-ġarr tal-annimali)
Nru |
BAŻI ĠURIDIKA |
TIPI TA' KSUR |
GRAD TA' SERJETÀ |
||
KAS |
KSĦ |
KS |
|||
1. |
L-Anness I, il-Kapitolu II, |
Id-diviżorji (partitions) mhumiex b'saħħithom biżżejjed biex jifilħu għall-piż ta' annimali |
|
X |
|
2. |
L-Anness I, il-Kapitolu III, |
L-użu ta' rampi tat-tagħbija jew tal-ħatt li għandhom uċuħ li jiżolqu, bil-protezzjonijiet laterali nieqsa jew li huma weqfin wisq |
|
|
X |
3. |
L-użu ta' pjattaformi ta' rfigħ jew ta' sulari ta' fuq li ma għandhomx ostakli tas-sikurezza li jżommu l-annimali milli jaqgħu jew milli jaħarbu matul l-operazzjonijiet tat-tagħbija u tal-ħatt |
|
|
X |
|
4. |
Art. 7 |
Mezzi tat-trasport mhux approvati għal vjaġġi twal, jew mhux approvati għat-tip ta' annimali li jkunu qed jiġu ttrasportati. |
|
|
X |
5. |
Artikoli 4, 5 u 6 |
It-trasport mingħajr id-dokumentazzjoni valida meħtieġa, il-ktieb tal-vjaġġ jew l-awtorizzazzjoni tat-trasportatur jew iċ-ċertifikat ta' kompetenza |
|
|
X |
(1) Ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċertu leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85, (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1).
(2) KAS = Ksur l-Aktar Serju/KSĦ = Ksur Serju Ħafna/KS = Ksur Serju
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 1).
(4) Id-Direttiva 2002/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2002 dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta' ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq, (ĠU L 80, 23.3.2002, p. 35).
(5) Id-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE tal-25 ta' Lulju 1996 li tistabbilixxi ghal certi vetturi tat-triq li jiccirkolaw fi hdan il-Komunità id-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali, (ĠU L 235, tas-17.9.1996, p. 59). Id-Direttiva ġiet emendata mid-Direttiva (UE) 2015/719 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 115, 6.5.2015, p. 1) li għandha tiġi trasposta mill-Istati Membri sas-7 ta' Mejju 2017.
(6) Id-Direttiva 2014/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali għal vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li tħassar id-Direttiva 2009/40/KE, (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 51).
(7) Id-Direttiva 2014/47/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar l-ispezzjonijiet tekniċi waqt it-traġitt tal-affidabilità stradali ta' vetturi kummerċjali li jiċċirkolaw fl-Unjoni u li jirrevoka d-Direttiva 2000/30/KE, (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 134).
(8) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/6/KEE tal-10 ta' Frar 1992 dwar l-istallazzjoni u l-użu ta' apparat li jillimita l-veloċità għal ċerti kategoriji ta' vetturi tal-mutur fil-Komunità (ĠU L 57, 2.3.1992, p. 27).
(9) Id-Direttiva 2003/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2003 dwar il-kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku ta' sewwieqa ta' ċerti vetturi tat-triq għat-trasport ta' prodotti jew passiġġieri, li temenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u d-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 76/914/KEE, (ĠU L 226, 10.9.2003, p. 4).
(10) Id-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar il-liċenzji tas-sewqan, ĠU L 403, 30.12.2006, p. 18
(11) Id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi, (ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13).
(12) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/112/KE tat-13 ta' Diċembru 2004 li tadatta għall-progress tekniku lid-Direttiva tal-Kunsill 95/50/KE dwar proċeduri uniformi għal verifiki fuq it-trasport ta' merkanzija perikoluża bit-triq (ĠU L 367, 14.12.2004, p. 23).
(13) Id-Direttiva tal-Kunsill 95/50/KE tas-6 ta' Ottubru 1995 dwar proċeduri uniformi għal verifiki fuq it-trasport ta' merkanzija perikoluża bit-triq (ĠU L 249, 17.10.1995, p. 35).
(14) Ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija ĠU L 300, 14.11.2009, p. 72).
(15) Ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 88).
(16) Ir-Regolament (KE) Nru 1/2005 tal-Kunsill tat-22 ta' Diċembru 2004 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97, (ĠU L 3, 5.1.2005, p. 1).
ANNESS II
Frekwenza tal-okkorrenza ta' ksur serju
1. |
Il-Ksur Serju u l-Ksur Serju Ħafna elenkati fl-Anness I, meta jitwettqu b'mod ripetut għandu jitqies bħala iżjed serju mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ta' stabbiliment. Meta tiġi kkalkolata l-frekwenza tal-okkorrenza ta' ksur ripetut l-Istati Membri għandhom iqisu l-fatturi li ġejjin:
|
2. |
Il-potenzjal li jinħoloq riskju għas-sikurezza stradali, b'frekwenza massima ta' ksur serju li tmur lil hinn minn dak li għandu jitqies bħala iżjed serju għandu jiġi stabbilit kif ġej:
|
3. |
L-għadd ta' ksur għal kull sewwieq fis-sena huwa ċ-ċifra medja kkalkulata permezz tad-diviżjoni tal-għadd totali tal-ksur kollha tal-istess grad ta' serjetà (Ksur Serju jew Ksur Serju Ħafna) bl-għadd medju ta' sewwieqa impjegati matul is-sena. Il-formula tal-frekwenza jistipula limitu massimu għall-okkorrenza tal-ksur serju li lil hinn minnu dawn għandhom jitqiesu bħala aktar serji. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu limiti iktar stretti jekk dawn huma previsti fil-proċedura amministrattiva nazzjonali tagħhom għall-valutazzjoni ta' reputazzjoni tajba. |
ANNESS III
L-Anness III tad-Direttiva 2006/22/KE jinbidel b'dan li ġej:
“ANNESS III
1. Gruppi ta' ksur tar-Regolament (KE) Nru 561/2006
Nru |
BAŻI ĠURIDIKA |
TIPI TA' KSUR |
GRAD TA' SERJETÀ (1) |
||||
KAS |
KSĦ |
KS |
KM |
||||
A |
Ekwipaġġ |
||||||
A1 |
Art. 5.1 |
Ma jitħarsux l-etajiet minimi tal-kundutturi |
|
|
X |
|
|
B |
Perjodi ta' sewqan |
||||||
B1 |
Art. 6.1 |
Aktar minn disa' (9) sigħat ta' sewqan kuljum meta mhux permessal-possibbiltà tal-estensjoni għal limitu ta' 10 sigħat |
9s < … < 10s |
|
|
|
X |
B2 |
10s ≤ … < 11s |
|
|
X |
|
||
B3 |
11s ≤ … |
|
X |
|
|
||
B4 |
Aktar minn disa' (9) sigħat ta' sewqan kuljum b'50 % jew iżjed mingħajr brejk jew mingħajr mistrieħ ta' mill-inqas 4,5 sigħat |
13s30 ≤ … u l-ebda brejk/serħan |
X |
|
|
|
|
B5 |
Jinqabeż il-ħin estiż ta' sewqan kuljum ta' 10 sigħat meta l-estensjoni hija permessa |
10s < … < 11s |
|
|
|
X |
|
B6 |
11s ≤ … < 12s |
|
|
X |
|
||
B7 |
12s ≤ … X |
|
X |
|
|
||
B8 |
Aktar minn 10 sigħat ta' sewqan kuljum b'50 % jew iżjed mingħajr brejk jew mingħajr mistrieħ ta' mill-inqas 4,5 sigħat |
15s ≤ … u l-ebda brejk/serħan |
X |
|
|
|
|
B9 |
Art. 6.2 |
Jinqabeż il-ħin ta' sewqan permess fil-ġimgħa |
56s < … < 60s |
|
|
|
X |
B10 |
60s ≤ … < 65s |
|
|
X |
|
||
B11 |
65s ≤ … < 70s |
|
X |
|
|
||
B12 |
Jinqabeż il-ħin ta' sewqan permess fil-ġimgħa b'25 % jew aktar |
70s ≤ … |
X |
|
|
|
|
B13 |
Art. 6.3 |
Jinqabeż il-ħin ta' sewqan massimu totali f'ġimgħatejn (2) konsekuttivi |
90s < … < 100s |
|
|
|
X |
B14 |
100s ≤ … < 105s |
|
|
X |
|
||
B15 |
100s ≤ … < 112s30 |
|
X |
|
|
||
B16 |
Jinqabeż il-ħin ta' sewqan massimu totali f'ġimgħatejn (2) konsekuttivi b'25 % jew aktar |
112s30 ≤ … |
X |
|
|
|
|
C |
Brejks |
||||||
C1 |
Art. 7 |
Jinqabeż il-ħin ta' sewqan mhux interrott ta' 4,5 sigħat qabel il-brejk |
4s30 < … < 5s |
|
|
|
X |
C2 |
5s ≤ … < 6s |
|
|
X |
|
||
C3 |
6s ≤ … |
|
X |
|
|
||
D |
Perjodi ta' Serħan |
||||||
D1 |
Art. 8.2 |
Perjodu insuffiċjenti ta' serħan ta' inqas minn 11-il siegħa meta mhux permess perjodu mnaqqas ta' serħan ta' kuljum |
10s ≤ … < 11s |
|
|
|
X |
D2 |
8s30 ≤ … < 10s |
|
|
X |
|
||
D3 |
… < 8s30 |
|
X |
|
|
||
D4 |
Perjodu mnaqqas ta' serħan ta' kuljum insuffiċjenti ta' inqas minn disa' (9) sigħat meta t-tnaqqis huwa permess |
8s ≤ … < 9s |
|
|
|
X |
|
D5 |
7s ≤ … < 8s |
|
|
X |
|
||
D6 |
… < 7s |
|
X |
|
|
||
D7 |
Perjodu maqsum insuffiċjenti ta' serħan ta' kuljum ta' inqas minn 3s + 9s |
3s + [8s ≤ … < 9s] |
|
|
|
X |
|
D8 |
3s + [7s ≤ … < 8s] |
|
|
X |
|
||
D9 |
3s +[ … < 7s] |
|
X |
|
|
||
D10 |
Art. 8.5 |
Perjodu insuffiċjenti ta' serħan ta' kuljum ta' inqas minn disa' (9) sigħat għal vettura b'aktar minn sewwieq wieħed |
8s ≤ … < 9s |
|
|
|
X |
D11 |
7s ≤ … < 8s |
|
|
X |
|
||
D12 |
… < 7s |
|
X |
|
|
||
D13 |
Art. 8.6 |
Perjodu mnaqqas insuffiċjenti ta' serħan fil-ġimgħa ta' inqas minn 24 siegħa |
22s ≤ … < 24s |
|
|
|
X |
D14 |
20s ≤ … < 22s |
|
|
X |
|
||
D15 |
… < 20s |
|
X |
|
|
||
D16 |
Perjodu insuffiċjenti ta' serħan fil-ġimgħa ta' inqas minn 45 siegħa meta mhux permess perjodu mnaqqas ta' serħan fil-ġimgħa |
42s ≤ … < 45s |
|
|
|
X |
|
D17 |
36s ≤ … < 42s |
|
|
X |
|
||
D18 |
… < 36s |
|
X |
|
|
||
D19 |
Art. 8.6 |
Aktar minn 6 perjodi konsekuttivi ta' 24 siegħa wara l-perjodu preċedenti ta' serhan fil-ġimgħa |
… < 3s |
|
|
|
X |
D20 |
3s ≤ … < 12s |
|
|
X |
|
||
D21 |
12s ≤ … |
|
X |
|
|
||
E |
Deroga mir-regola ta' 12-il jum |
||||||
E1 |
Art. 8.6a |
Aktar minn 12-il perjodu konsekuttivi ta' 24 siegħa wara l-perjodu preċedenti ta' serhan fil-ġimgħa |
… < 3s |
|
|
|
X |
E2 |
3s ≤ … < 12s |
|
|
X |
|
||
E3 |
12s ≤ … X |
|
X |
|
|
||
E4 |
Art. 8.6a (b)(ii) |
Perjodu ta' serhan fil-ġimgħa jittieħed wara 12-il perjodu konsekuttivi ta' 24 siegħa |
65s < … ≤ 67s |
|
|
X |
|
E5 |
… ≤ 65s |
|
X |
|
|
||
E6 |
Art. 8.6a (d) |
Perjodu ta' sewqan, bejn il-22.00 u s-6.00, ta' aktar minn tliet sigħat qabel il-brejk, jekk il-vettura ma jkollhiex aktar minn sewwieq wieħed |
3s < … < 4,5s |
|
|
X |
|
E7 |
4,5s ≤ … |
|
X |
|
|
||
F |
Organizzazzjoni tax-xogħol X29. |
||||||
F1 |
Art. 10.1 |
Relazzjoni bejn il-paga u d-distanza misjuqa jew l-ammont ta' oġġetti trasportati |
|
X |
|
|
|
F2 |
Art. 10.2 |
L-ebda organizzazzjoni jew l-organizzazzjoni mhux xierqa tax-xogħol tal-kunduttur, l-ebda struzzjoni jew struzzjonijiet mhux xierqa mogħtija lill-kunduttur li jippermettulu li jikkonforma mal-liġi |
|
X |
|
|
2. Gruppi ta' ksur tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Prlament Ewropew utal-Kunsill (2) (Takografu)
Nru |
BAŻI ĠURIDIKA |
TIPI TA' KSUR |
GRAD TA' SERJETÀ |
|||
KAS |
KSĦ |
KS |
KM |
|||
G |
Installazzjoni ta' takografu |
|||||
G1 |
Artikoli 3.1 u 22.2 |
Ma jkunx installat u użat takografu tat-tip approvat (pereżempju: it-takografu ma jkunx installat minn fitters, workshops jew manifatturi tal-vetturi li huma approvati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, l-użu ta' takografu mingħajr is-siġilli neċessarji mqiegħda jew sostitwiti minn fitter, minn workshop jew minn manifattur tal-vetturi li huma approvati jew l-użu ta' takografu mingħajr il-pjanċa tal-installazzjoni) |
X |
|
|
|
H |
Użu tat-tagħmir ta' reġistrazzjoni, tal-karta tas-sewwieq jew tal-folja ta' reġistrazzjoni |
|||||
H1 |
Art. 23.1 |
L-użu ta' takografu mhux spezzjonat minn kumpanija approvata |
|
X |
|
|
H2 |
Art. 27 |
Is-sewwieq għandu fil-pussess tiegħu u/jew juża aktar minn karta tas-sewwieq waħda li hija tiegħu u li hija valida |
|
X |
|
|
H3 |
Sewqan b'karta tas-sewwieq falsifikata (meqjus bħala sewqan mingħar karta tas-sewwieq) |
X |
|
|
|
|
H4 |
Sewqan b'karta tas-sewwieq li tagħha s-sewwieq mhuwiex id-detentur (meqjus bħala sewqan mingħar karta tas-sewwieq) |
X |
|
|
|
|
H5 |
Sewqan b'karta tas-sewwieq li ġiet akkwistata abbażi ta' dikjarazzjonijiet foloz u/jew ta' dokumenti ffalsifikati (meqjus bħala sewqan mingħar karta tas-sewwieq) |
X |
|
|
|
|
H6 |
Art. 32.1 |
Takografu ma jiffunzjonax tajjeb (pereżempju: it-takografu ma jkunx spezzjonat, ikkalibrat u ssiġillat b'mod tajjeb) |
|
X |
|
|
H7 |
Artikoli 32.1 u 33.1 |
Takografu użat b'mod ħażin (pereżempju: l-użu ħażin b'mod intenzjonat, volontarju jew imponut, nuqqas ta' struzzjonijiet dwar l-użu korrett eċċ.) |
|
X |
|
|
H8 |
Art. 32.3 |
L-użu ta' tagħmir ta' falsifikazzjoni li jkun kapaċi jimmodifika r-reġistrazzjonijiet tat-takografu |
X |
|
|
|
H9 |
Falsifikazzjoni, ħabi, suppressjoni jew qerda tad-dejta rreġistrata fuq il-folji tar-reġistrazzjoni jew tad-dejta maħżuna u ddawnlowdjata mit-takografu u/jew mill-karta tas-sewwieq |
X |
|
|
|
|
H10 |
Art. 33.2 |
L-impriża ma żżommx folji tar-reġistrazzjoni, karti stampati u dejta li titniżżel |
|
X |
|
|
H11 |
Id-dejta rreġistrata jew maħżuna mhix disponibbli għal mill-inqas sena |
|
X |
|
|
|
H12 |
Art. 34.1 |
Il-folji ta' reġistrazzjoni/il-karta tas-sewwieq jintużaw ħażin |
|
X |
|
|
H13 |
Irtirar mhux awtorizzat tal-folji jew tal-karta tas-sewwieq li jħalli impatt fuq ir-reġistrazzjoni tad-dejta rilevanti |
|
X |
|
|
|
H14 |
Tintuża folja ta' reġistrazzjoni jew karta tas-sewwieq biex tkopri perjodu itwal minn dak intenzjonat u tintilef xi dejta |
|
X |
|
|
|
H15 |
Art. 34.2 |
Jintużaw folji ta' reġistrazzjoni jew karti tas-sewwieqa maħmuġin jew danneġġati u d-dejta mhijiex leġibbli |
|
X |
|
|
H16 |
Art. 34.3 |
Ma jsirx input manwali, meta dan ikun meħtieġ |
|
X |
|
|
H17 |
Art. 34.4 |
Ma tintużax il-folja korretta jew il-karta tas-sewwieq tkun fi slott ħażin (aktar minn sewwieq wieħed) |
|
|
X |
|
H18 |
Art. 34.5 |
Il-mekkaniżmu ta' kommutazzjoni jintuża ħażin |
|
X |
|
|
I |
Preżentazzjoni tal-informazzjoni |
|||||
I1 |
Art. 36 |
Rifjut li ssir verifika |
|
X |
|
|
I2 |
Art. 36 |
Preżentazzjoni mhux possibbli tar-reġistrazzjonijiet ta' dik il-ġurnata u tat-28 jum preċedenti |
|
X |
|
|
I3 |
Preżentazzjoni mhux possibbli tar-reġistrazzjonijiet tal-karta tas-sewwieq, jekk is-sewwieq ikollu waħda |
|
X |
|
|
|
I4 |
Art. 36 |
Preżentazzjoni mhux possibbli tar-reġistrazzjonijiet manwali u tal-karti stampati li saru matul dik il-ġurnata u matul it-28 jum preċedenti |
|
X |
|
|
I5 |
Art. 36 |
Preżentazzjoni mhux possibbli tal-karta tas-sewwieq, jekk is-sewwieq ikollu waħda |
|
X |
|
|
J |
Funzjonament ħażin |
|||||
J1 |
Artikoli 37.1 u 22.1 |
Takografu mhux imsewwi minn fitter jew minn workshop li huma approvati |
|
X |
|
|
J2 |
Art. 37.2 |
Is-sewwieq ma jniżżilx l-informazzjoni kollha meħtieġa għal dawk il-perjodi ta' ħin li matulhom ma sarux reġistrazzjonijiet meta t-takografu ma jkunx jista' jissewwa jew ikun qed jaħdem ħażin |
|
X” |
|
|
(1) KAS = Ksur l-Aktar Serju/KSĦ = Ksur Serju Ħafna/KS = Ksur Serju/KM = Ksur Minuri
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 1).