This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016R0347
Commission Implementing Regulation (EU) 2016/347 of 10 March 2016 laying down implementing technical standards with regard to the precise format of insider lists and for updating insider lists in accordance with Regulation (EU) No 596/2014 of the European Parliament and of the Council (Text with EEA relevance)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/347 tal-10 ta' Marzu 2016 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-format preċiż tal-listi ta' persuni b'informazzjoni privileġġata, kif ukoll il-format għall-aġġornament tal-listi ta' persuni b'informazzjoni privileġġata f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/347 tal-10 ta' Marzu 2016 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-format preċiż tal-listi ta' persuni b'informazzjoni privileġġata, kif ukoll il-format għall-aġġornament tal-listi ta' persuni b'informazzjoni privileġġata f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
C/2016/1409
ĠU L 65, 11.3.2016, p. 49–55
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 02/08/2022; Imħassar b' 32022R1210
11.3.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 65/49 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/347
tal-10 ta' Marzu 2016
li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-format preċiż tal-listi ta' persuni b'informazzjoni privileġġata, kif ukoll il-format għall-aġġornament tal-listi ta' persuni b'informazzjoni privileġġata f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 18(9) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 596/2014, l-emittenti, il-parteċipanti fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet, il-pjattaformi tal-irkanti, l-irkantaturi jew is-sorveljaturi tal-irkanti, jew kull persuna oħra li taġixxi f'isimhom jew għall-kont tagħhom huma obbligati jfasslu listi ta' persuni b'informazzjoni privileġġata u jżommuhom aġġornati skont format preċiż. |
(2) |
L-istabbiliment ta' format preċiż, inkluż l-użu ta' mudelli standard, għandu jiffaċilita l-applikazzjoni uniformi tar-rekwiżit li jitfasslu u jiġu aġġornati listi ta' persuni b'informazzjoni privileġġata stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 596/2014. Għandu wkoll jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti jiġu pprovduti bl-informazzjoni meħtieġa biex iwettqu l-kompitu li jipproteġu l-integrità tas-swieq finanzjarji u jinvestigaw abbużi possibbli tas-suq. |
(3) |
Billi diversi biċċiet ta' informazzjoni privileġġata jistgħu jeżistu f'entità fl-istess ħin, listi ta' persuni b'informazzjoni privileġġata għandhom jidentifikaw b'mod preċiż il-biċċiet speċifiċi ta' informazzjoni privileġġata li persuni li jaħdmu għall-emittenti, il-parteċipanti fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet, il-pjattaformi tal-irkanti, l-irkantaturi u s-sorveljatur tal-irkanti kellhom aċċess għalihom (fost l-oħrajn, tranżazzjonijiet, proġetti, avvenimenti korporattivi jew finanzjarji, il-pubblikazzjoni ta' rapporti finanzjarji jew twissijiet dwar il-qligħ). Għal dan l-għan, il-lista ta' persuni b'informazzjoni privileġġata għandha tinqasam f'taqsimiet b'taqsima separata għal kull biċċa informazzjoni privileġġata. Kull taqsima għandha telenka l-persuni kollha li jkollhom aċċess għall-istess biċċa speċifika ta' informazzjoni privileġġata. |
(4) |
Biex ikun evitat li jkun hemm aktar minn entrata waħda rigward l-istess individwi f'taqsimiet differenti ta' listi ta' persuni b'informazzjoni privileġġata, l-emittenti, il-parteċipanti fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet, il-pjattaformi tal-irkanti, l-irkantaturi u s-sorveljatur tal-irkanti, jew persuni li jaġixxu għan-nom tagħhom jew għall-kont tagħhom, jistgħu jiddeċiedu li jfasslu u jżommu aġġornata taqsima supplimentari tal-lista ta' persuni b'informazzjoni privileġġata, imsejħa t-taqsima ta' persuni b'informazzjoni privileġġata permanenti, li hija ta' natura differenti mill-bqija tat-taqsimiet tal-lista ta' persuni b'informazzjoni privileġġata, peress li mhijiex maħluqa malli tibda teżisti biċċa informazzjoni privileġġata speċifika. F'każ bħal dan, it-taqsima tal-persuni b'informazzjoni privileġġata permanenti għandha tinkludi biss lil dawk il-persuni li, minħabba n-natura tal-funzjonijiet jew il-pożizzjoni tagħhom, ikollhom aċċess f'kull ħin għall-informazzjoni privileġġata kollha tal-emittent, il-parteċipant f'suq ta' kwoti tal-emissjonijiet, il-pjattaforma tal-irkanti, l-irkantatur jew is-sorveljatur tal-irkanti. |
(5) |
Il-lista ta' persuni b'informazzjoni privileġġata għandha fil-prinċipju tinkludi dejta personali li tiffaċilita l-identifikazzjoni tal-persuni b'informazzjoni privileġġjata. Tali informazzjoni għandha tinkludi d-data tat-twelid, l-indirizz personali u, fejn applikabbli, in-numru nazzjonali ta' identifikazzjoni tal-individwi kkonċernati. |
(6) |
Il-lista ta' persuni b'informazzjoni privileġġata għandha tinkludi wkoll dejta li tista' tgħin lill-awtoritajiet kompetenti fit-twettiq tal-investigazzjonijiet biex janalizzaw b'mod rapidu l-imġiba tan-negozjar ta' persuni b'informazzjoni privileġġata, biex jistabbilixxu konnessjonijiet bejn persuni b'informazzjoni privileġġata u persuni involuti f'negozjar suspettuż, u biex jidentifikaw kuntatti bejniethom fi żminijiet kritiċi. F'dan ir-rigward, in-numri tat-telefon huma essenzjali billi jippermettu lill-awtorità kompetenti sabiex taġixxi malajr u titlob rekords tat-traffiku tad-dejta, jekk ikun meħtieġ. Barra minn hekk, din id-dejta għandha tkun provduta mill-bidu, sabiex l-integrità tal-investigazzjoni ma tkunx kompromessa għaliex l-awtorità kompetenti jkollha, waqt investigazzjoni, tikkuntattja lill-emittent, lill-parteċipant f'suq ta' kwoti tal-emissjonijiet, lill-pjattaforma tal-irkanti, lill-irkantatur, lis-sorveljatur tal-irkanti jew lill-persuna b'informazzjoni privileġġata b'aktar talbiet għal informazzjoni. |
(7) |
Sabiex jiġi żgurat li l-lista ta' persuni b'informazzjoni privileġġata tkun tista' titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti malajr kemm jista' jkun, fuq talba tagħha, u sabiex l-investigazzjoni ma tiġix ipperikolata għaliex ikollha tintalab informazzjoni mingħand il-persuni fil-lista tal-persuni b'informazzjoni privileġġata, il-lista ta' persuni b'informazzjoni privileġġata għandha titfassal f'format elettroniku u tkun aġġornata f'kull ħin mingħajr dewmien, inkluż meta sseħħ xi waħda miċ-ċirkustanzi speċifikati fir-Regolament (UE) Nru 596/2014 għall-aġġornament tal-lista ta' persuni b'informazzjoni privileġġata. |
(8) |
L-użu ta' formati elettroniċi speċifiċi għas-sottomissjoni ta' listi ta' persuni b'informazzjoni privileġġata, kif determinat mill-awtoritajiet kompetenti għandu wkoll inaqqas il-piż amministrattiv għall-awtoritajiet kompetenti, l-emittenti, il-parteċipanti fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet, il-pjattaformi tal-irkanti, l-irkantaturi jew is-sorveljatur tal-irkanti u dawk li jaġixxu f'isimhom jew għall-kont tagħhom. Il-formati elettroniċi għandhom jippermettu li l-informazzjoni inkluża fil-lista ta' persuni b'informazzjoni privileġġata tinżamm kunfidenzjali u li r-regoli stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-ipproċessar tad-dejta personali u t-trasferiment ta' tali dejta jiġu rispettati. |
(9) |
Billi l-emittenti f'suq ta' tkabbir tal-SMEs huma eżentati madankollu mit-tfassil ta' listi ta' persuni b'informazzjoni privileġġata u milli jżommu tali listi aġġornati u, għalhekk, jistgħu jipproduċi u jżommu dik l-informazzjoni f'format ieħor għajr dak elettroniku kif meħtieġ minn dan ir-Regolament għall-bqija tal-emittenti, huwa neċessarju li ma jiġix impost fuq l-emittenti f'suq ta' tkabbir tal-SMEs ir-rekwiżit li jintuża format elettroniku għall-preżentazzjoni tal-listi tal-persuni b'informazzjoni privileġġata lill-awtoritajiet kompetenti. Bl-istess mod, huwa wkoll xieraq li ma tintalabx il-preżentazzjoni ta' ċerta dejta personali fejn din id-dejta ma tkunx disponibbli għal dawk l-emittenti fil-mument li tintalab il-lista ta' persuni b'informazzjoni privileġġata. Listi ta' persuni b'informazzjoni privileġġata għandhom f'kull każ jiġu ppreżentati b'mod li jiżgura l-kompletezza, il-kunfidenzjalità u l-integrità tal-informazzjoni. |
(10) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni sottomess mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq lill-Kummissjoni. |
(11) |
L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implementazzjoni li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Konċernati stabbilit mill-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). |
(12) |
Sabiex ikun żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-swieq finanzjarji, huwa meħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b'urġenza u li d-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament japplikaw mill-istess data bħal dawk stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 596/2014, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, tapplika d-definizzjoni li ġejja:
|
“mezzi elettroniċi” huma mezzi ta' tagħmir elettroniku għall-ipproċessar (inkluża l-kompressjoni diġitali), il-ħżin u t-trażmissjoni ta' dejta, li jkunu jużaw wajers, radju, teknoloġiji ottiċi, jew kull mezz elettromanjetiku ieħor. |
Artikolu 2
Format għat-tfassil u l-aġġornament tal-lista tal-persuni b'informazzjoni privileġġata
1. L-emittenti u l-parteċipanti fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet, il-pjattaformi tal-irkanti, l-irkantaturi u s-sorveljatur tal-irkanti, jew kull persuna li taġixxi f'isimhom jew għall-kont tagħhom, għandhom jiżguraw li l-lista ta' persuni b'informazzjoni privileġġata tagħhom tkun maqsuma f'taqsimiet differenti relatati ma' informazzjoni privileġġata differenti. Taqsimiet ġodda għandhom jiġu miżjuda mal-lista ta' persuni b'informazzjoni privileġġata malli tiġi identifikata informazzjoni privileġġata ġdida, kif definita fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 596/2014.
Kull taqsima tal-lista ta' persuni b'informazzjoni privileġġata għandha tinkludi biss dettalji ta' individwi li għandhom aċċess għall-informazzjoni privileġġata rilevanti għal dik it-taqsima.
2. Il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jdaħħlu taqsima supplimentari fil-lista ta' persuni b'informazzjoni privileġġata tagħhom bid-dettalji ta' individwi li jkollhom aċċess, f'kull ħin, għal kull informazzjoni privileġġata (“persuni b'informazzjoni privileġġata permanenti”).
Id-dettalji ta' persuni b'informazzjoni privileġġata permanenti inklużi fit-taqsima supplimentari msemmija fl-ewwel subparagrafu ma għandhomx ikunu inklużi fit-taqsimiet l-oħra tal-lista ta' persuni b'informazzjoni privileġġata msemmija fil-paragrafu 1.
3. Il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ifasslu l-lista ta' persuni b'informazzjoni privileġġata f'format elettroniku u jżommuha aġġornata skont il-Mudell 1 tal-Anness I.
Fejn il-lista ta' persuni b'informazzjoni privileġġata jkun fiha t-taqsima supplimentari msemmija fil-paragrafu 2, il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ifasslu dik it-taqsima f'format elettroniku u jżommuha aġġornata skont il-Mudell 2 tal-Anness I.
4. Il-formati elettroniċi msemmija fil-paragrafu 3 għandhom f'kull ħin jiżguraw:
(a) |
il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni inkluża billi jiżguraw li l-aċċess għal-lista ta' persuni b'informazzjoni privileġġata jkun limitat għal persuni identifikati b'mod ċar fl-emittent, il-parteċipant f'suq ta' kwoti tal-emissjonijiet, il-pjattaforma tal-irkanti, l-irkantatur jew is-sorveljatur tal-irkanti, jew kull persuna li taġixxi f'isimhom jew għall-kont tagħhom, li jeħtieġu l-aċċess minħabba n-natura tal-funzjonijiet jew il-pożizzjoni tagħhom; |
(b) |
l-eżattezza tal-informazzjoni li tinsab fil-lista ta' persuni b'informazzjoni privileġġata; |
(c) |
l-aċċess għal verżjonijiet preċedenti ta' din il-lista ta' persuni b'informazzjoni privileġġata u l-irkupru tagħhom. |
5. Il-lista ta' persuni b'informazzjoni privileġġata msemmija fil-paragrafu 3 għandha tiġi ppreżentata bl-użu ta' mezzi elettroniċi speċifikati mill-awtorità kompetenti. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw fuq is-sit elettroniku tagħhom il-mezzi elettroniċi li għandhom jintużaw. Dawk il-mezzi elettroniċi għandhom jiżguraw li l-kompletezza, l-integrità u l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni jinżammu matul it-trażmissjoni.
Artikolu 3
Emittenti fis-swieq tat-tkabbir tal-SMEs
Għall-finijiet tal-Artikolu 18(6)(b) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014, emittent li l-istrumenti finanzjarji tiegħu jkunu ammessi għan-negozjar f'suq ta' tkabbir tal-SMEs għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti, fuq talba tagħha, b'lista ta' persuni b'informazzjoni privileġġata skont il-mudell fl-Anness II u f'format li jiżgura li l-kompletezza, l-integrità u l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni jinżammu matul it-trażmissjoni.
Artikolu 4
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Jibda japplika mit-3 ta' Lulju 2016.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Marzu 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 173, 12.6.2014, p. 1.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).
ANNESS I
MUDELL 1
Lista ta' persuni b'informazzjoni privileġġata: taqsima relatata ma' [Isem tal-informazzjoni privileġġata speċifika għal tranżazzzjoni jew ibbażata fuq avvenimenti]
Data u ħin (tal-ħolqien ta' din it-taqsima tal-lista ta' persuni b'informazzjoni privileġġata, jiġifieri meta din l-informazzjoni privileġġata kienet identifikata): [ ssss-xx-jj; hh:mm UTC (Ħin Universali Koordinat) ]
Data u ħin (l-aħħar aġġornament): [ ssss-xx-jj, hh:mm UTC (Ħin Universali Koordinat) ]
Data tat-trażmissjoni lill-awtorità kompetenti: [ ssss-xx-jj ]
L-ewwel isem/ismijiet tal-persuna b'informazzjoni privileġġata |
Kunjom(ijiet) tal-persuna b'informazzjoni privileġġata |
Kunjom(ijiet) tat-twelid tal-persuna b'informazzjoni privileġġata (jekk differenti) |
Numru/i tat-telefon professjonali (il-linja tat-telefon diretta tax-xogħol u n-numri tal-mowbajl tax-xogħol) |
Isem u Indirizz tal-kumpanija |
Funzjoni u raġuni għaliex il-persuna għandha informazzjoni privileġġata |
Kisba (id-data u l-ħin li fihom dik il-persuna kisbet l-aċċess għal informazzjoni privileġġata) |
Waqfien (id-data u l-ħin li fihom dik il-persuna ma baqagħliex aċċess għal informazzjoni privileġġata) |
Data tat-twelid |
Numru Nazzjonali ta' Identifikazzjoni (jekk applikabbli) |
In-numri tat-telefon personali (in-numru tat-telefon tad-dar u dak tat-telefon ċellulari personali) |
Indirizz tad-dar sħiħ: isem tat-triq; numru tat-triq; belt; kodiċi postali; pajjiż) |
||||||||
[Test] |
[Test] |
[Test] |
[Numri (ebda spazju)] |
[indirizz tal-emittent/parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet/pjattaforma tal-irkant/irkantatur/sorveljatur tal-irkanti jew parti terza tal-persuna b'informazzjoni privileġġata] |
[Test li jiddeskrivi r-rwol, il-funzjoni u r-raġuni għall-inklużjoni f'din il-lista] |
[ssss-xx-jj, hh:mm UTC] |
[ssss-xx-jj, hh:mm UTC] |
[ssss-xx-jj] |
[Numru u/jew test] |
[Numri (ebda spazju)] |
[Test: indirizz personali dettaljat tal-persuna b'informazzjoni privileġġata
|
MUDELL 2
Taqsima tal-persuni b'informazzjoni privileġġata permanenti tal-lista ta' persuni b'informazzjoni privileġġata
Data u ħin (tal-ħolqien tat-taqsima tal-persuni b'informazzjoni privileġġata permanenti) [ ssss-xx-jj, hh:mm UTC (Ħin Universali Koordinat) ]
Data u ħin (l-aħħar aġġornament): [ ssss-xx-jj, hh:mm UTC (Ħin Universali Koordinat) ]
Data tat-trażmissjoni lill-awtorità kompetenti: [ ssss-xx-jj ]
L-ewwel isem/ismijiet tal-persuna b'informazzjoni privileġġata |
Kunjom(ijiet) tal-persuna b'informazzjoni privileġġata |
Kunjom(ijiet) tat-twelid tal-persuna b'informazzjoni privileġġata (jekk differenti) |
Numru/i tat-telefon professjonali (il-linja tat-telefon diretta tax-xogħol u n-numri tal-mowbajl tax-xogħol) |
Isem u indirizz tal-kumpanija |
Funzjoni u raġuni għaliex il-persuna għandha informazzjoni privileġġata |
Inkluż (id-data u l-ħin li fihom persuna kienet inkluża fit-taqsima ta' persuni b'informazzjoni privileġġata permanenti) |
Data tat-twelid |
Numru Nazzjonali ta' Identifikazzjoni (jekk applikabbli) |
Numri tat-telefon personali (in-numru tat-telefon tad-dar u dak tat-telefon ċellulari personali) |
Indirizz tad-dar personali sħiħ (isem tat-triq; numru tat-triq; belt; kodiċi postali; pajjiż) |
||||||||
[Test] |
[Test] |
[Test] |
[numri (ebda spazju)] |
[indirizz tal-emittent/parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet/pjattaforma tal-irkant/irkantatur/sorveljatur tal-irkant jew parti terza tal-persuna b'informazzjoni privileġġata] |
[Test li jiddeskrivi r-rwol, il-funzjoni u r-raġuni għall-inklużjoni f'din il-lista] |
[ssss-xx-jj, hh:mm UTC] |
[ssss-xx-jj] |
[Numru u/jew test] |
[Numri (ebda spazju)] |
[Test: indirizz personali dettaljat tal-persuna b'informazzjoni privileġġata
|
ANNESS II
Mudell għal-lista ta' persuni b'informazzjoni privileġġata li għandha tiġi ppreżentata minn emittenti ta' strumenti finanzjarji ammessi għan-negozju fis-swieq ta' tkabbir tal-SMEs
Data u ħin (ħolqien): [ ssss-xx-jj, hh:mm UTC (Ħin Universali Koordinat) ]
Data tat-trażmissjoni lill-awtorità kompetenti: [ ssss-xx-jj ]
L-ewwel isem/ismijiet tal-persuna b'informazzjoni privileġġata |
Kunjom(ijiet) tal-persuna b'informazzjoni privileġġata |
Kunjom(ijiet) tat-twelid tal-persuna b'informazzjoni privileġġata (jekk differenti) |
Numru/i tat-telefon professjonali (il-linja tat-telefon diretta tax-xogħol u n-numri tal-mowbajl tax-xogħol) |
Isem u indirizz tal-kumpanija |
Funzjoni u raġuni għaliex il-persuna għandha informazzjoni privileġġata |
Kisba (id-data u l-ħin li fihom dik il-persuna kisbet l-aċċess għal informazzjoni privileġġata) |
Waqfien (id-data u l-ħin li fihom dik il-persuna ma baqagħliex aċċess għal informazzjoni privileġġata) |
Numru Nazzjonali ta' Identifikazzjoni (jekk applikabbli) Jew inkella data tat-twelid |
Indirizz personali sħiħ tad-dar (l-isem tat-triq; numru tat-triq; belt; kodiċi postali; pajjiż) (Jekk disponibbli fiż-żmien tat-talba mill-awtorità kompetenti) |
Numri tat-telefon personali (in-numru tat-telefon tad-dar u dak tat-telefon ċellulari personali) (Jekk disponibbli fiż-żmien tat-talba mill-awtorità kompetenti) |
||||||||
[Test] |
[Test] |
[Test] |
[Numri (ebda spazju)] |
[Indirizz tal-emittent jew tal-parti terza tal-persuna b'informazzjoni privileġġata] |
[Test li jiddeskrivi r-rwol, il-funzjoni u r-raġuni għall-inklużjoni f'din il-lista] |
[ssss-xx-jj, hh:mm UTC] |
[ssss-xx-jj, hh:mm UTC] |
[Numru u/jew test jew ssss-xx-jj għad-data tat-twelid] |
[Test: indirizz personali dettaljat tal-persuna b'informazzjoni privileġġata
|
[Numri (ebda spazju)] |