Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R0307

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/307 tat-3 ta' Marzu 2016 li jemenda għall-243 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida

    C/2016/1477

    ĠU L 58, 4.3.2016, p. 45–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/307/oj

    4.3.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 58/45


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/307

    tat-3 ta' Marzu 2016

    li jemenda għall-243 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta' Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament.

    (2)

    Fid-29 ta' Frar 2016, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) iddeċieda li jżid ħdax-il persuna fiżika u entità waħda mal-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi. L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi aġġornat skont dan.

    (3)

    Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Marzu 2016.

    Għall-Kummissjoni,

    F'isem il-President,

    Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


    (1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


    ANNESS

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    L-entrati li ġejjin jiżdiedu mal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi”:

    (a)

    “Abd Al-Baset Azzouz (magħruf ukoll bħala (a) Abdelbassed Azouz, (b) Abdul Baset Azouz, (c) AA (inizjali)). Data tat-twelid: 7.2.1966. Post tat-twelid: Doma, il-Libja. Nazzjonalità: Libjana. Nru tal-passaport: (a) 223611 (Numru tal-passaport Libjan) (b) C00146605 (numru tal-passaport Ingliż). Indirizz: Il-Libja (l-aħħar post magħruf). Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 29.2.2016.”

    (b)

    “Gulmurod Khalimov. Data tat-twelid (a) 14.5.1975, (b) bejn wieħed u ieħor 1975. Post tat-twelid: (a) iz-zona ta' Varzob, it-Taġikistan, (b) Dushanbe, it-Taġikistan. Nazzjonalità: Taġikistana. Indirizz: Ir-Repubblika Għarbija Sirjana (lok f'Settembru 2015). Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 29.2.2016.”

    (c)

    “Nusret Imamovic (magħruf ukoll bħala Nusret Sulejman Imamovic). Data tat-twelid: (a) 26.9.1971, (b) 26.9.1977. Nazzjonalità: Numru tal-passaport tal-Bożnija-Ħerżegovina: (a) 349054 (numru tal-passaport tal-Bożnija-Ħerżegovina), b) 3490054 (numru tal-passaport tal-Bożnija-Ħerżegovina). Indirizz: Ir-Repubblika Għarbija Sirjana (lok f'Settembru 2015). Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 29.2.2016.”

    (d)

    “Muhannad Al-Najdi (magħruf ukoll bħala (a) 'Ali Manahi 'Ali al-Mahaydali al-'Utaybi, (b) Ghassan al-Tajiki. Data tat-twelid: 19.5.1984. Post tat-twelid: al-Duwadmi, l-Arabja Sawdija. Nazzjonalità: Sawdija. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 29.2.2016.”

    (e)

    “Morad Laaboudi (magħruf ukoll bħala (a) Abu Ismail, (b) Abu Ismail al-Maghribi. Data tat-twelid: 26.2.1993. Post tat-twelid: Il-Marokk. Nazzjonalità: Marokkina. Nru tal-passaport: (a) UZ6430184 (numru tal-passaport Marokkin), (b) CD595054 (numru tal-karta tal-identità nazzjonali Marokkina). Indirizz: It-Turkija. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 29.2.2016.”

    (f)

    “Ali Musa Al-Shawakh (magħruf ukoll bħala (a) 'Ali Musa al-Shawagh, (b) 'Ali Musa al-Shawagh, (c) Ali al-Hamoud al-Shawakh, (d) Ibrahim al-Shawwakh, (e) Muhammad 'Ali al-Shawakh, (f) Abu Luqman, (g) Ali Hammud, (h) Abdullah Shuwar al-Aujayd, (i) Ali Awas, (j) 'Ali Derwish, (k) 'Ali al-Hamud, (l) Abu Luqman al- Sahl, (m) Abu Luqman al-Suri, (n) Abu Ayyub. Data tat-twelid: 1973. Post tat-twelid: Villaġġ ta' Sahl, Provinċja ta' Raqqa, ir-Repubblika Għarbija Sirjana. Nazzjonalità: Sirjana. Indirizz: Ir-Repubblika Għarbija Sirjana. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 29.2.2016.”

    (g)

    “Hasan Al-Salahayn Salih Al-Sha'ari (magħruf ukoll bħala (a) Husayn al-Salihin Salih al-Sha'iri, (b) Abu Habib al-Libi, (c) Hasan Abu Habib). Data tat-twelid: 1975. Post tat-twelid: Derna, il-Libja. Nazzjonalità: Libjana. Nru tal-passaport: (a) 542858 (numru tal-passaport Libjan), (b) 55252 (numru ta' indentifikazzjoni nazzjonali Libjan, maħruġ f'Derna, il-Libya). Indirizz: Il-Libja. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 29.2.2016.”

    (h)

    “Mounir Ben Dhaou Ben Brahim Ben Helal (magħruf ukoll bħala (a) Mounir Helel, (b) Mounir Hilel, (c) Abu Rahmah, (d) Abu Maryam al-Tunisi. Data tat-twelid: 10.5.1983. Post tat-twelid: Ben Guerdane, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżina. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 29.2.2016.”

    (i)

    “Mohammed Abdel-Halim Hemaida Saleh (magħruf ukoll bħala (a) Muhammad Hameida Saleh, (b) Muhammad Abd-al-Halim Humaydah, (c) Faris Baluchistan). Data tat-twelid: (a) 22.9.1988, (b) 22.9.1989. Post tat-twelid: Lixandra, l-Eġittu. Nazzjonalità: Eġizzjana. Indirizz: L-Eġittu. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 29.2.2016.”

    (j)

    “Salim Benghalem. Data tat-twelid: 6.7.1980. Post tat-twelid: Bourg la Reine, Franza. Nazzjonalità: Franċiża. Indirizz: Ir-Repubblika Għarbija Sirjana (lok f'Settembru 2015). Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 29.2.2016.”

    (k)

    “Abu Ubaydah Yusuf Al-Anabi (magħruf ukoll bħala (a) Abou ObeJda Youssef AI-Annabi, (b) Abu- Ubaydah Yusuf Al-lnabi, (c) Mebrak Yazid, (d) Youcef Abu Obeida, (e) Mibrak Yazid, (f) Yousif Abu Obayda Yazid, (g) Yazid Mebrak, (h) Yazid Mabrak, (i) Yusuf Abu Ubaydah, (j) Abou Youcef). Data tat-twelid: 7.2.1969. Post tat-twelid: Annaba, l-Alġerija. Nazzjonalità: Alġerina. Indirizz: L-Alġerija. Tagħrif ieħor: Ritratt disponibbli għall-inklużjoni fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 29.2.2016.”

    (2)

    L-entrata li ġejja tiżdied taħt l-intestatura “Persuni, gruppi u entitajiet ġuridiċi”:

    “Harakat Sham Al-Islam (magħruf ukoll bħala (a) Haraket Sham al-Islam, (b) Sham al- Islam, (c) Sham al-Islam Movement. Indirizz: Ir-Repubblika Għarbija Sirjana. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 29.2.2016.”


    Top