Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R0277

Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/277 tal-25 ta' Frar 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja

ĠU L 52, 27.2.2016, pp. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/277/oj

27.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 52/22


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2016/277

tal-25 ta' Frar 2016

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK tal-15 ta' Ottubru 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 (2) jipprevedi l-iffriżar ta' assi tal-President Lukashenko u ta' ċerti uffiċjali tal-Belarussja, kif ukoll ta' assi ta' persuni responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem jew għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika, u ta' persuni u entitajiet li jibbenefikaw minn, jew li jappoġġaw, ir-reġim ta' Lukashenko, inklużi, b'mod partikolari, persuni u entitajiet li jipprovdu appoġġ finanzjarju jew materjali lil dak ir-reġim.

(2)

L-applikazzjoni tal-iffriżar tal-assi għandha tinżamm fir-rigward ta' erba' persuni elenkati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 765/2006.

(3)

Il-persuni u l-entitajiet kollha elenkati fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 li fir-rigward tagħhom ġiet sospiża l-applikazzjoni tal-iffriżar tal-assi għandhom jitħassru, u s-sospensjoni tal-applikazzjoni tal-projbizzjoni għandha tintemm.

(4)

Din il-miżura taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat u għalhekk hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex din issir effettiva, partikolarment bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħha mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 765/2006 għalhekk għandu jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 765/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 2, jitħassar il-paragrafu 6;

(2)

l-Artikolu 8b jitħassar;

(3)

l-Anness IV jitħassar.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Frar 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

K.H.D.M. DIJKHOFF


(1)   ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1.

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 tat-18 ta' Mejju 2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja (ĠU L 134, 20.5.2006, p. 1).


Top