This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016R0218
Commission Implementing Regulation (EU) 2016/218 of 16 February 2016 amending Council Regulation (EC) No 314/2004 concerning certain restrictive measures in respect of Zimbabwe
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/218 tas-16 ta' Frar 2016 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/218 tas-16 ta' Frar 2016 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe
C/2016/1078
ĠU L 40, 17.2.2016, p. 7–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
17.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 40/7 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/218
tas-16 ta' Frar 2016
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 tad-19 ta' Frar 2004 dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(b) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 jelenka l-persuni u l-entitatjiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament. |
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK (2) tidentifika l-persuni fiżiċi u ġuridiċi li għalihom japplikaw ir-restrizzjonijiet kif ipprovdut fl-Artikolu 5 ta' dik id-Deċiżjoni, u r-Regolament (KE) Nru 314/2004 idaħħal fis-seħħ dik id-Deċiżjoni sal-punt li l-azzjoni fil-livell tal-Unjoni tkun meħtieġa. |
(3) |
Fil-15 ta' Frar 2016, il-Kunsill iddeċieda li jżomm seba' persuni u entità waħda fl-Anness għad-Deċiżjoni 2011/101/PESK u elenka l-persuni u l-entitajiet li għalihom għandhom japplikaw ir-restrizzjonijiet. |
(4) |
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 għandu jiġi emendat sabiex tiġi żgurata l-konsistenza ma' dik id-deċiżjoni tal-Kunsill. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 jinbidel bl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Frar 2016.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK tal-15 ta' Frar 2011 dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe (ĠU L 42, 16.2.2011, p. 6).
ANNESS
“ANNESS III
Lista ta' persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 6
I. Persuni
Isem (u psewdonomi possibbli) |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet għall-indikazzjoni |
||
|
President, imwieled fil-21.2.1924; Passaport AD001095 |
Kap tal-Gvern u responsabbli għal attivitajiet li jimminaw serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt. |
||
|
Imwielda fit-23.7.1965; Passaport AD001159. ID 63-646650Q70 |
Assoċjata mal-fazzjoni tal-Gvern taż-ZANU-PF. Ħadet taħt idejha l-Iron Mask Estate fl-2002; allegata li tikseb profitti kbar mit-tħaffir għad-djamanti. |
||
|
Direttur Ġenerali tal-Organizzazzjoni Ċentrali tas-Servizzi Sigrieti, imwieled fis-6.11.1960; Passaport: AD002214; ID: 63-374707A13 |
Membru anzjan tas-sigurtà assoċjat mill-qrib mal-fazzjoni tal-gvern taż-ZANU-PF (Zimbabwe African National Union — Patriotic Front) u kompliċi fil-formazzjoni jew it-tmexxija tal-politika ripressiva tal-istat. Akkużat li huwa responsabbli għall-ħtif, it-tortura u l-qtil ta' attivisti tal-MDC (Moviment għall-Bidla Demokratika) f'Ġunju 2008. |
||
|
Kummissarju tal-Pulizija, imwieled fl-10.3.1953. Passaport AD000206. ID 68-034196M68 |
Uffiċjal anzjan tal-pulizija u membru tal-Kmand Operattiv Konġunt, assoċjat mill-qrib mal-politiki ripressivi taż-ZANU-PF. Stqarr pubblikament li jappoġġa liż-ZANU-PF f'kontravenzjoni tal-Att tal-Pulizija. F'Ġunju 2009 ordna lill-pulizija biex iwaqqgħu l-każijiet kollha relatati mal-qtil li twettaq fiż-żmien ta' qabel l-elezzjoni Presidenzjali ta' Ġunju 2008. |
||
|
Kmandant tal-Forzi ta' Difiża taż-Żimbabwe, Ġeneral (ex Kmandant tal-Armata, Logutenent Ġenerali), imwieled fil-25.8.1956 Passaport AD000263. ID 63-327568M80 |
Membru tal-Kmand Operattiv Konġunt u kompliċi fil-formazzjoni jew id-direzzjoni tal-politika ripressiva tal-istat. Uża l-armata għall-ħtif ta' azjendi agrikoli. Matul l-elezzjonijiet tal-2008 kien arkitett prim tal-vjolenza assoċjata mal-proċess taż-żmien ta' qabel l-elezzjoni Presidenzjali. |
||
|
Marixxall tal-Ajru (Forza tal-Ajru), imwieled fl-1.11.1955 ID 29-098876M18 |
Uffiċjal militari anzjan u membru tal-Kmand Operattiv Konġunt taż-ZANU-PF u kompliċi fil-formazzjoni jew id-direzzjoni tal-politika oppressiva tal-istat. Involut fi vjolenza politika, inkluż waqt l-elezzjonijiet tal-2008 f'Mashonaland West f'Chiadzwa. |
||
|
Kmandant tal-Armata Nazzjonali taż-Żimbabwe, Logutenent Ġeneral, imwieled fil-25.8.1956 jew fl-24.12.1954. ID 63-357671H26 |
Figura anzjana tal-armata b'rabtiet mal-Gvern u kompliċi fit-tiswir jew l-attwazzjoni ta' politika statali ripressiva. |
II. Entitajiet
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet għall-indikazzjoni |
Zimbabwe Defence Industries |
10th floor, Trustee House, 55 Samora Machel Avenue, PO Box 6597, Harare, Zimbabwe |
Assoċjata mal-Ministeru tad-Difiża u mal-fazzjoni tal-Gvern taż-ZANU-PF.” |