Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R0214

Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/214 tal-15 ta' Frar 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 314/2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe

ĠU L 40, 17.2.2016, pp. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/214/oj

17.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 40/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2016/214

tal-15 ta' Frar 2016

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 314/2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fil-15 ta' Frar 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/220 (1) li permezz tagħha tħallew seba' persuni u entità waħda fl-Anness I u ħames persuni fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2011/101/PESK (2).

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 (3) jimplimenta diversi miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK, inkluż l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi ta' ċerti persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi.

(3)

Fil-16 ta' Frar 2016, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/218 ħalla seba' persuni u entità waħda fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 314/2004 (4).

(4)

L-Anness IV għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 għandu jiġi emendat skont dan.

(5)

Biex jiġi żgurat li l-miżuri stipulati minn dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament irid jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 314/2004 huwa sostitwit bit-test li jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Frar 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/220 tal-15 ta' Frar 2016 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe (ara l-paġna 11 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK tal-15 ta' Frar 2011 dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe (ĠU L 42, 16.2.2011, p. 6).

(3)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 tad-19 ta' Frar 2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe (ĠU L 55, 24.2.2004, p. 1).

(4)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/218 tal-16 ta' Frar 2016 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe (ara l-paġna 7 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


ANNESS

“ANNESS IV

Lista ta' persuni msemmijin fl-Artikolu 6(4)

Persuni

Isem (u psewdonomi possibbli)

1.

Bonyongwe, Happyton Mabhuya

2.

Chihuri, Augustine

3.

Chiwenga, Constantine

4.

Shiri, Perence (magħruf ukoll bħala Bigboy) Samson Chikerema

5.

Sibanda, Phillip Valerio (magħruf ukoll bħala Valentine)”


Top