Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R0200

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/200 tal-15 ta' Frar 2016 li jistipula standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tad-divulgazzjoni tal-proporzjon ta' ingranaġġ għall-istituzzjonijiet, skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2016/744

    ĠU L 39, 16.2.2016, p. 5–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 27/06/2021; Imħassar b' 32021R0637

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/200/oj

    16.2.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 39/5


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/200

    tal-15 ta' Frar 2016

    li jistipula standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tad-divulgazzjoni tal-proporzjon ta' ingranaġġ għall-istituzzjonijiet, skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b'mod partikolari t-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 451(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-objettiv tal-formoli għad-divulgazzjoni uniformi huwa li tingħata għajnuna sabiex tittejjeb it-trasparenza u l-komparabilità taċ-ċifri tal-proporzjon ta' ingranaġġ. Għaldaqstant, ir-regoli għad-divulgazzjoni tal-proporzjon ta' ingranaġġ mill-istituzzjonijiet li ssirilhom superviżjoni skont id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandhom ikunu konsistenti mal-istandards internazzjonali kif rifless fil-qafas rivedut ta' Basel III tal-proporzjon ta' ingranaġġ u fir-rekwiżiti ta' divulgazzjoni tal-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja (BCBS, Basel Committee on Banking Supervision) adattati sabiex jikkunsidraw il-qafas regolatorju tal-Unjoni u l-ispeċifiċitajiet tiegħu, kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    (2)

    Għall-istess raġunijiet ta' titjib tat-trasparenza u ta' komparabilità taċ-ċifri tal-proporzjon ta' ingranaġġ, huwa xieraq li waħda mill-formoli għad-divulgazzjoni tal-proporzjon ta' ingranaġġ tipprovdi rendikont tal-kejl tal-iskopertura totali tal-proporzjon ta' ingranaġġ, imqassam b'mod biżżejjed dettaljat biex jidentifika l-kompożizzjoni prinċipali tal-proporzjon ta' ingranaġġ, kif ukoll l-iskopertura fil-karta tal-bilanċ, li normalment tkun l-akbar parti tal-kejl tal-iskopertura totali tal-proporzjon ta' ingranaġġ.

    (3)

    L-Artikolu 429(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif emendat mir-Regolament (UE) 2015/62 (3), ma jirrikjedix aktar l-ikkalkolar tal-proporzjon ta' ingranaġġ bħala l-medja aritmetika sempliċi tal-proporzjonijiet ta' ingranaġġ ta' kull xahar fuq trimestru iżda jirrikjedi biss kalkolu fi tmiem it-trimestru. Minħabba f'hekk, ma għandux għalfejn ikun hemm aktar il-bżonn li l-awtoritajiet kompetenti jagħtu l-permess għall-ikkalkolar tal-proporzjon ta' ingranaġġ fi tmiem it-trimestru, imsemmi fl-Artikolu 499(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Għaldaqstant, ma hemmx għalfejn li l-formoli għad-divulgazzjoni uniformi għad-divulgazzjoni tal-proporzjon ta' ingranaġġ jibqgħu jinkludu xi speċifikazzjoni dwar kif l-istituzzjoni tapplika l-Artikolu 499(3).

    (4)

    Meta, f'konformità mat-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet jkollhom l-obbligu li jiddivulgaw kull informazzjoni dwar il-proporzjon ta' ingranaġġ fil-livell sottokonsolidat u sabiex il-piż amministrattiv jibqa' proporzjonat mal-objettivi tar-regoli dwar id-divulgazzjoni tal-proporzjon ta' ingranaġġ, ir-regoli dwar id-divulgazzjoni tal-proporzjon ta' ingranaġġ ma għandhomx jobbligaw lil dawk l-istituzzjonijiet jimlew u jippubblikaw il-formola bit-titolu “LRSpl” fil-livell sottokonsolidat. Din il-formula għad-divulgazzjoni timtela u tiġi ppubblikata b'mod obbligatorju fil-livell konsolidat u l-pubblikazzjoni tagħha fil-livell sottokonsolidat ma tipprovdi ebda valur miżjud konsiderevoli, billi diġà jingħata rendikont imqassam ulterjuri tal-kejl totali tal-iskopertura għal-livell sottokonsolidat permezz tal-mili tal-formola bit-titolu “LRCom”. Barra minn hekk, il-pubblikazzjoni tal-formola LRSpl tista' żżid piż konsiderevoli fuq l-istituzzjonijiet billi formola bħal din ma jistgħux jisiltuha faċilment mill-qafas rispettiv ta' rapportar superviżorju, li mhuwiex applikabbli fil-livell sottokonsolidat.

    (5)

    Il-kamp ta' applikazzjoni tal-konsolidazzjoni u l-metodi ta' valwazzjoni għal raġunijiet ta' kontabilità u għal finijiet regolatorji jistgħu jkunu differenti, u dan jirriżulta f'differenzi bejn l-informazzjoni użata fil-kalkolu tal-proporzjon ta' ingranaġġ u l-informazzjoni użata fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji ppubblikati. Sabiex din id-diskrepanza tkun riflessa, huwa wkoll meħtieġ li tiġi ddivulgata d-differenza bejn il-valuri fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji u l-valuri skont il-kamp ta' applikazzjoni regolatorju tal-konsolidazzjoni ta' elementi fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji li jintużaw sabiex jiġi kkalkolat il-proporzjon ta' ingranaġġ. Għaldaqstant, rikonċiljazzjoni bejn dawn it-tnejn għandha tiġi ppreżentata wkoll f'formola.

    (6)

    Sabiex tiġi ffaċilitata l-komparabilità tal-informazzjoni divulgata, formola uniformi u istruzzjonijiet dettaljati għandhom ukoll jiġu provduti għad-deskrizzjoni u għad-divulgazzjoni tal-proċessi li jintużaw għall-ġestjoni tar-riskju ta' ingranaġġ eċċessiv, u tal-fatturi li kellhom impatt fuq il-proporzjon ta' ingranaġġ matul il-perjodu li għalih jirreferi l-proporzjon ta' ingranaġġ divulgat.

    (7)

    L-Artikolu 451(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 beda japplika mill-1 ta' Jannar 2015. Sabiex jiġi żgurat li l-obbligu ta' divulgazzjoni tal-informazzjoni relatata mal-proporzjon ta' ingranaġġ jitwettaq mill-istituzzjonijiet b'mod effettiv u armonizzat madwar l-Unjoni mill-aktar fis, huwa meħtieġ li l-istituzzjonijiet ikunu obbligati li jibdew jużaw il-formoli għad-divulgazzjoni ta' informazzjoni bħal din mill-aktar data kmieni possibbli.

    (8)

    Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni sottomess mill-Awtorità Bankarja Ewropea lill-Kummissjoni Ewropea.

    (9)

    L-Awtorità Bankarja Ewropea wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implementazzjoni li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Konċernati stabbilit f'konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4),

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Divulgazzjoni tal-proporzjon ta' ingranaġġ u l-applikazzjoni tal-Artikolu 499(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

    L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni rilevanti rigward il-proporzjon ta' ingranaġġ u l-applikazzjoni tal-Artikolu 499(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 451(1) ta' dak ir-Regolament, billi jimlew u jippubblikaw ir-ringieli 22 u EU-23 tal-formola bit-titolu “LRCom” stabbilita fl-Anness I f'konformità mal-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness II.

    Artikolu 2

    Bidla fid-deċiżjoni dwar liema proporzjon ta' ingranaġġ għandu jiġi ddivulgat

    1.   Meta, f'konformità mal-Artikolu 499(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet jibdlu l-għażla ta' proporzjon ta' ingranaġġ li għandu jiġi ddivulgat, huma għandhom jiddivulgaw ir-rikonċiljazzjoni tal-informazzjoni dwar il-proporzjonijiet kollha ta' ingranaġġ iddivulgati sal-waqt ta' dik il-bidla billi jimlew u jippubblikaw il-formoli bit-titolu “LRSum”, “LRCom”, “LRSpl” u “LRQua” stabbiliti fl-Anness I għal kull waħda mid-dati ta' referenza li tikkorrispondi għall-proporzjonijiet ta' ingranaġġ iddivulgati sal-waqt tal-bidla.

    2.   L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-elementi msemmija fil-paragrafu 1 fl-ewwel divulgazzjoni li ssir wara l-bidla fl-għażla tal-proporzjon ta' ingranaġġ.

    Artikolu 3

    Rendikont imqassam tal-kejl totali tal-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ

    1.   L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw ir-rendikont imqassam tal-kejl totali tal-iskopertura tal-proporzjon tal-ingranaġġ, kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 451(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, billi jimlew u jippubblikaw dawn it-tnejn li ġejjin:

    (a)

    ir-ringieli minn 1 sa EU-19b tal-formola bit-titolu “LRCom” stabbiliti fl-Anness I f'konformità mal-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness II;

    (b)

    ir-ringieli minn EU-1 sa EU-12 tal-formola bit-titolu “LRSpl” stabbiliti fl-Anness I f'konformità mal-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness II.

    2.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1(b), meta l-istituzzjonijiet ikunu obbligati, skont it-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li jiddivulgaw informazzjoni fuq bażi sottokonsolidata, ma għandhomx ikunu obbligati li jimlew u jippubblikaw il-formola bit-titolu “LRSpl” tal-Anness I fuq bażi sottokonsolidata.

    Artikolu 4

    Rikonċiljazzjoni tal-proporzjon ta' ingranaġġ mad-dikjarazzjonijiet finanzjarji ppubblikati

    1.   L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw ir-rikonċiljazzjoni tal-kejl tal-iskopertura totali tal-proporzjon ta' ingranaġġ mal-informazzjoni rilevanti fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji ppubblikati, kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 451(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, billi jimlew u jippubblikaw il-formola bit-titolu “LRSum” stabbilita fl-Anness I f'konformità mal-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness II.

    2.   Fil-każijiet li fihom l-istituzzjonijiet ma jippubblikawx id-dikjarazzjonijiet finanzjarji fil-livell tal-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 6 tal-Parti 1 tal-Anness II, huma ma għandhomx ikunu obbligati li jimlew u jippubblikaw il-formola bit-titolu “LRSum” stabbilita fl-Anness I.

    Artikolu 5

    Divulgazzjoni tal-ammont ta' elementi fiduċjarji dekontabilizzati

    L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw, meta applikabbli, l-ammont ta' elementi fiduċjarji dekontabilizzati, kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 451(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, billi jimlew u jippubblikaw ir-ringiela EU-24 tal-formola bit-titolu “LRCom” stabbilita fl-Anness I, f'konformità mal-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness II.

    Artikolu 6

    Divulgazzjoni tal-informazzjoni kwalitattiva dwar riskju ta' ingranaġġ eċċessiv u l-fatturi li jħallu impatt fuq il-proporzjon ta' ingranaġġ

    L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw id-deskrizzjoni tal-proċessi li jintużaw fil-ġestjoni tar-riskju ta' ingranaġġ eċċessiv u tal-fatturi li kellhom impatt fuq il-proporzjon ta' ingranaġġ matul il-perjodu li għalih jirreferi l-proporzjon ta' ingranaġġ divulgat, kif imsemmi fil-punti (d) u (e) tal-Artikolu 451(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, billi jimlew u jippubblikaw il-formola bit-titolu “LRQua” stabbilita fl-Anness I f'konformità mal-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness II.

    Artikolu 7

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Frar 2016

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.

    (2)  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

    (3)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/62 tal-10 ta' Ottubru 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-proporzjon ta' ingranaġġ (ĠU L 11, 17.1.2015, p. 37).

    (4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).


    ANNESS I

    Proporzjon ta' ingranaġġ tas-CRR — Formola għad-Divulgazzjoni

    Data ta' referenza

     

    Isem tal-entità

     

    Livell ta' applikazzjoni

     


    It-tabella LRSum: Sommarju tar-rikonċiljazzjoni tal-assi tal-kontabilità u l-iskoperturi tal-proporzjon ta' ingranaġġ

     

     

    Ammont applikabbli

    1

    Assi totali skont ir-rapporti finanzjarji ppubblikati

     

    2

    Aġġustament għall-entitajiet li huma kkonsolidati għall-finijiet ta' kontabilità iżda jaqgħu barra l-kamp ta' applikazzjoni tal-konsolidazzjoni regolatorja

     

    3

    (Aġġustament għall-assi fiduċjarji rikonoxxuti fil-karta tal-bilanċ skont il-qafas ta' kontabilità applikabbli iżda esklużi mill-kejl tal-iskopertura totali tal-proporzjon ta' ingranaġġ f'konformità mal-Artikolu 429(13) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013)

     

    4

    Aġġustamenti għall-istrumenti finanzjarji derivattivi

     

    5

    Aġġustament għat-tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli (SFTs)

     

    6

    Aġġustament għall-elementi barra l-karta tal-bilanċ (jiġifieri l-konverżjoni għal ammonti ekwivalenti għal kreditu ta' skoperturi barra l-karta tal-bilanċ)

     

    EU-6a

    (Aġġustament għal skoperturi intragrupp esklużi mill-kejl tal-iskopertura totali tal-proporzjon ta' ingranaġġ f'konformità mal-Artikolu 429(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013)

     

    EU-6b

    (Aġġustament għal skoperturi esklużi mill-kejl tal-iskopertura totali tal-proporzjon ta' ingranaġġ f'konformità mal-Artikolu 429(14) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013)

     

    7

    Aġġustamenti oħra

     

    8

    Il-kejl tal-iskopertura totali tal-proporzjon ta' ingranaġġ

     


    It-tabella LRCom: Divulgazzjoni komuni tal-proporzjon ta' ingranaġġ

     

     

    Skoperturi tal-proporzjon ta' ingranaġġ tas-CRR

    L-iskoperturi fil-karta tal-bilanċ (esklużi d-derivattivi u l-SFTs)

    1

    Elementi fil-karta tal-bilanċ (esklużi d-derivattivi, l-SFTs u l-assi fiduċjarji, iżda bl-inklużjoni tal-kollateral)

     

    2

    (Ammonti tal-assi mnaqqsa għad-determinazzjoni tal-kapital tal-Grad 1)

     

    3

    It-total tal-iskoperturi fil-karta tal-bilanċ (esklużi d-derivattivi, l-SFTs u l-assi fiduċjarji) (l-ammont totali tal-linji 1 u 2)

     

    L-iskoperturi tad-derivattivi

    4

    Kost tas-sostituzzjoni assoċjat mat-tranżazzjonijiet tad-derivattivi kollha (jiġifieri nett mill-marġni eliġibbli ta' varjazzjoni fi flus)

     

    5

    Ammonti miżjuda għal PFE assoċjati mat-tranżazzjonijiet tad-derivattivi (il-metodu ta' valwazzjoni skont is-suq) kollha

     

    EU-5a

    Skopertura determinata skont il-Metodu ta' Skopertura Oriġinali

     

    6

    L-ingrossar għall-kollateral tad-derivattivi pprovdut meta mnaqqas mill-assi tal-karta tal-bilanċ skont il-qafas ta' kontabilità applikabbli

     

    7

    (Tnaqqis ta' assi riċevibbli għall-marġni ta' varjazzjoni fi flus provduti fit-tranżazzjonijiet tad-derivattivi)

     

    8

    (Komponent eżentat tas-CCP tal-iskoperturi ta' negozju kklirjati għall-klijenti)

     

    9

    Ammont nozzjonali effettiv aġġustat ta' derivattivi sottoskritti ta' kreditu

     

    10

    (Kumpensi nozzjonali effettivi aġġustati u tnaqqis għall-ammonti miżjuda għad-derivattivi sottoskritti ta' kreditu)

     

    11

    L-iskoperturi totali tad-derivattivi (it-total tal-linji minn 4 sa 10)

     

    L-iskoperturi SFT

    12

    Assi grossi f'SFTs (mingħajr rikonoxximent tal-innettjar), wara l-aġġustamenti għat-tranżazzjonijiet kontabilizzati bħala bejgħ

     

    13

    (Ammonti nnettjati ta' pagabbli fi flus u ta' riċevibbli fi flus ta' assi grossi f'SFTs)

     

    14

    Skopertura tar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti għall-assi SFT

     

    EU-14a

    Deroga għall-SFTs L-iskopertura tar-riskju ta' kreditu f'konformità mal-Artikoli 429b(4) u 222 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

     

    15

    Skoperturi ta' tranżazzjonijiet minn aġenti

     

    EU-15a

    (Komponent eżentat tas-CCP tal-iskopertura tal-SFT kklirjata għall-klijenti)

     

    16

    It-total tal-iskoperturi ta' tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli (l-ammont totali tal-linji minn 12 sa 15a)

     

    Skoperturi oħra barra l-karta tal-bilanċ

    17

    Skoperturi barra l-karta tal-bilanċ f'ammont nozzjonali gross

     

    18

    (Aġġustamenti għall-konverżjoni għal ammonti ekwivalenti għal kreditu)

     

    19

    Skoperturi oħra barra l-karta tal-bilanċ (it-total tal-linji 17 u 18)

     

    L-iskoperturi eżentati f'konformità mal-Artikolu 429(7) u (14) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (fil-karta tal-bilanċ u barra minnha)

    EU-19a

    (Skoperturi intragrupp (fuq bażi individwali) eżentati f'konformità mal-Artikolu 429(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (fil-karta tal-bilanċ u barra minnha))

     

    EU-19b

    (Skoperturi eżentati f'konformità mal-Artikolu 429(14) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (fil-karta tal-bilanċ u barra minnha))

     

    Il-kapital u l-kejl tal-iskopertura totali

    20

    Kapital tal-Grad 1

     

    21

    Il-kejl tal-iskopertura totali tal-proporzjon ta' ingranaġġ (it-total tal-linji 3, 11, 16, 19, EU-19a u EU-19b)

     

    Il-proporzjon ta' ingranaġġ

    22

    Proporzjon ta' ingranaġġ

     

    Għażla dwar l-arranġamenti tranżizzjonali u l-ammont ta' elementi fiduċjarji dekontabilizzati

    EU-23

    Għażla dwar l-arranġamenti tranżizzjonali għad-definizzjoni tal-kejl tal-kapital

     

    EU-24

    Ammont ta' elementi fiduċjarji dekontabilizzati f'konformità mal-Artikolu 429(11) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

     


    It-tabella LRSpl: It-tqassim tal-iskoperturi fil-karta tal-bilanċ (esklużi d-derivattivi, l-SFTs u l-iskoperturi eżentati)

     

     

    Skoperturi tal-proporzjon ta' ingranaġġ tas-CRR

    EU-1

    L-iskoperturi totali fil-karta tal-bilanċ (esklużi d-derivattivi, l-SFTs, u l-iskoperturi eżentati), li minnhom:

     

    EU-2

    L-iskoperturi tal-portafoll tan-negozjar

     

    EU-3

    L-iskoperturi tal-portafoll bankarju, li minnhom:

     

    EU-4

    Il-Bonds koperti

     

    EU-5

    L-iskoperturi trattati bħala sovrani

     

    EU-6

    L-iskoperturi għall-gvernijiet reġjonali, MDB, organizzazzjonijiet internazzjonali u PSE mhux trattati bħala sovrani

     

    EU-7

    Istituzzjonijiet

     

    EU-8

    Iggarantiti b'ipoteki fuq proprjetà immobbli

     

    EU-9

    L-iskoperturi fil-livell tal-konsumatur

     

    EU-10

    Korporattivi

     

    EU-11

    L-iskoperturi f'inadempjenza

     

    EU-12

    Skoperturi oħra (pereż. ekwità, titolizzazzjoni, u assi oħra b'obbligi mhux ta' kreditu)

     

    Proporzjon ta' ingranaġġ tas-CRR — Formola għad-Divulgazzjoni

    It-tabella LRQua: Kaxxi tat-test b'format liberu għad-divulgazzjoni tal-elementi kwalitattivi

     

    Kolonna

     

    Format liberu

    Ringiela

     

    1

    Deskrizzjoni tal-proċessi użati għall-ġestjoni tar-riskju ta' ingranaġġ eċċessiv

     

    2

    Deskrizzjoni tal-fatturi li kellhom impatt fuq il-proporzjon ta' ingranaġġ matul il-perjodu li għalih jirreferi l-proporzjon ta' ingranaġġ divulgat

     


    ANNESS II

    STRUZZJONIJIET SABIEX JIMTLEW IL-FORMOLI FL-ANNESS I

    PARTI 1: STRUZZJONIJIET ĠENERALI

    1.   Konvenzjonijiet u dejta ta' referenza

    1.1.   Konvenzjonijiet

    1.

    In-notazzjoni ġenerali segwenti hija segwita fl-istruzzjonijiet: {Formola;Ringiela}.

    2.

    In-notazzjoni segwenti hija segwita meta l-istruzzjonijiet jirreferu b'mod trażversali għal ċellola/i fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014: {Anness XI SupRep;Formola;Ringiela;Kolonna}.

    3.

    Għall-iskop tad-divulgazzjoni tal-proporzjon ta' ingranaġġ, “li minnhom” tirreferi għal element li huwa parti mill-ġabra ta' kategorija ta' skoperturi ta' livell ogħla.

    4.

    Bħalma huwa l-każ għat-titoli kollha kemm huma ta' dawn ir-ringieli, l-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw il-valuri fir-ringieli {LRCom;2}, {LRCom;7}, {LRCom;8}, {LRCom;10}, {LRCom;13}, {LRCom;EU-15a}, {LRCom;18}, {LRCom;EU-19a}, u {LRCom;EU-19b} bejn il-parentesi billi l-valuri ddivulgati f'dawn ir-ringieli jnaqqsu l-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ. L-istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li dawn il-valuri jikkontribwixxu negattivament għall-ammonti totali li għandhom jiġu ddivulgati f'{LRCom;3}, {LRCom;11}, {LRCom;16}, {LRCom;19}, u {LRCom;21}.

    1.2.   Dejta ta' referenza

    5.

    Fiċ-ċellola “Dejta ta' referenza” l-istituzzjonijiet għandhom idaħħlu d-data li tirreferi għaliha l-informazzjoni kollha li huma jiddivulgaw fil-formoli LRSum, LRCom u LRSpl. Din id-data tkun l-aħħar jum tal-kalendarju tat-tielet xahar tat-trimestru rispettiv.

    6.

    Fiċ-ċellola “Isem l-entità” l-istituzzjonijiet għandhom idaħħlu l-isem tal-entità li tirreferi għaliha d-dejta pprovduta fil-formoli LRSum, LRCom, LRSpl, u LRQua.

    7.

    Fiċ-ċellola “Livell ta' applikazzjoni” l-istituzzjonijiet għandhom jindikaw il-livell ta' applikazzjoni li jifforma l-bażi għad-dejta provduta fil-formoli. Meta jimlew din iċ-ċellola, l-istituzzjonijiet għandhom jagħżlu waħda mis-segwenti:

    Konsolidat

    Individwali

    Sottokonsolidat

    1.3.   Dejta ta' referenza

    8.

    Għall-iskopijiet ta' dan l-Anness u ta' formoli relatati, jintużaw it-taqsiriet segwenti:

    CRR, li hija taqsira ta' Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta' Kapital (Capital Requirements Regulation) u tfisser ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    SFT, li hija taqsira ta' Tranżazzjoni ta' Finanzjament tat-Titoli (Securities Financing Transaction) u tfisser “tranżazzjonijiet ta' xiri mill-ġdid, għoti jew teħid b'self ta' titoli jew ta' prodotti, tranżazzjonijiet ta' saldu fit-tul u tranżazzjonijiet ta' self b'marġni” tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    PARTI 2: STRUZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦALL-FORMOLI

    2.   Il-formola LRSum: Sommarju tar-rikonċiljazzjoni tal-assi tal-kontabilità u l-iskoperturi tal-proporzjon ta' ingranaġġ

    9.

    L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw l-istruzzjonijiet provduti f'din it-Taqsima sabiex jimlew il-formola LRSum tal-Anness I.

     

    Ir-referenzi ġuridiċi u l-istruzzjonijiet

    Ringiela

     

    {1}

    Assi totali skont ir-rapporti finanzjarji ppubblikati

    L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-assi totali kif ippubblikati fir-rapporti finanzjarji skont il-qafas ta' kontabilità applikabbli kif definit fl-Artikolu 4(1)(77) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    {2}

    Aġġustament għall-entitajiet li huma kkonsolidati għall-finijiet ta' kontabilità iżda jaqgħu barra l-kamp ta' applikazzjoni tal-konsolidazzjoni regolatorja

    L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw id-differenza fil-valur bejn l-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ kif iddivulgat f'{LRSum;8} u l-assi totali tal-kontabilità kif iddivulgati f'{LRSum;1} li tirriżulta mid-differenzi bejn il-kamp ta' applikazzjoni tal-konsolidazzjoni tal-kontabilità u l-kamp ta' applikazzjoni tal-konsolidazzjoni regolatorja.

    Jekk dan l-aġġustament iwassal għal żieda fl-iskopertura, l-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw dan bħala ammont pożittiv. Jekk dan l-aġġustament iwassal għal tnaqqis fl-iskopertura, l-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw dan bħala ammont negattiv.

    {3}

    (Aġġustament għall-assi fiduċjarji rikonoxxuti fil-karta tal-bilanċ skont il-qafas ta' kontabilità applikabbli iżda esklużi mill-kejl tal-iskopertura totali tal-proporzjon ta' ingranaġġ f'konformità mal-Artikolu 429(13) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013)

    L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-ammont ta' elementi fiduċjarji dekontabilizzati f'konformità mal-Artikolu 429(13) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    Billi dan l-aġġustament inaqqas il-kejl tat-total tal-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ totali, l-istituzzjonijiet għandhom iqiegħdu l-valur ddivulgat f'din ir-ringiela bejn il-parentesi (li jfisser ammont negattiv).

    {4}

    Aġġustament għall-istrumenti finanzjarji derivattivi

    Għad-derivattivi ta' kreditu u kuntratti elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw id-differenza fil-valur bejn il-valur ta' kontabilità tad-derivattivi rikonoxxuti bħala assi u l-valur tal-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ kif iddeterminat permezz tal-applikazzjoni tal-Artikolu 429(4)(b), l-Artikolu 429(9) flimkien mal-Artikolu 429a, 429(11)(a) u (b) u 429(12) u mar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    Jekk dan l-aġġustament iwassal għal żieda fl-iskopertura, l-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw dan bħala ammont pożittiv. Jekk dan l-aġġustament iwassal għal tnaqqis fl-iskopertura, l-istituzzjonijiet għandhom iqiegħdu dan l-ammont bejn il-parentesi (li jfisser ammont negattiv).

    {5}

    Aġġustament għat-tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli (SFTs)

    Għall-SFTs, l-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw id-differenza fil-valur bejn il-valur ta' kontabilità tal-SFTs rikonoxxuti bħala assi u l-valur tal-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ kif iddeterminat permezz tal-applikazzjoni tal-Artikolu 429(4)(a) u (c) flimkien mal-Artikolu 429b, l-Artikoli 429(5)(c) u (d), 429(8), 429(11)(c) — (f) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    Jekk dan l-aġġustament iwassal għal żieda fl-iskopertura, l-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw dan bħala ammont pożittiv. Jekk dan l-aġġustament iwassal għal tnaqqis fl-iskopertura, l-istituzzjonijiet għandhom iqiegħdu dan l-ammont bejn il-parentesi (li jfisser ammont negattiv).

    {6}

    Aġġustament għall-elementi barra l-karta tal-bilanċ (jiġifieri l-konverżjoni għal ammonti ekwivalenti għal kreditu ta' skoperturi barra l-karta tal-bilanċ)

    L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw id-differenza fil-valur bejn l-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ kif iddivulgat f'{LRSum;8} u l-assi totali tal-kontabilità kif iddivulgati f'{LRSum;1} li tirriżulta mill-inklużjoni ta' elementi barra l-karta tal-bilanċ fil-kejl tal-iskopertura totali tal-proporzjon ta' ingranaġġ.

    Billi dan l-aġġustament iżid il-kejl tal-iskopertura totali tal-proporzjon ta' ingranaġġ, għandu jiġi ddivulgat bħala ammont pożittiv.

    {EU-6a}

    (Aġġustament għal skoperturi intragrupp eżentati esklużi mill-kejl tal-iskopertura totali tal-proporzjon ta' ingranaġġ f'konformità mal-Artikolu 429(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013)

    L-Artikoli 429(7), 113(6) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

    L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw il-parti fil-karta tal-bilanċ tal-iskoperturi esklużi mill-kejl tal-iskopertura totali tal-proporzjon ta' ingranaġġ f'konformità mal-Artikolu 429(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, dment li l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fil-punti minn (a) sa (e) tal-Artikolu 113(6) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ikunu ssodisfati u fil-każijiet li fihom l-awtoritajiet kompetenti jkunu taw l-approvazzjoni tagħhom.

    Billi dan l-aġġustament inaqqas il-kejl tal-iskopertura totali tal-proporzjon ta' ingranaġġ, l-istituzzjonijiet għandhom iqiegħdu l-valur ddivulgat f'din ir-ringiela bejn il-parentesi (li jfisser ammont negattiv).

    {EU-6b}

    (Aġġustament għal skoperturi esklużi mill-kejl tal-iskopertura totali tal-proporzjon ta' ingranaġġ f'konformità mal-Artikolu 429(14) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013)

    L-Artikolu 429(14) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

    L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw il-parti fil-karta tal-bilanċ tal-iskoperturi esklużi mill-kejl tal-iskopertura totali tal-proporzjon ta' ingranaġġ f'konformità mal-Artikolu 429(14) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 dment li l-kundizzjonijiet kollha stipulati fih ikunu ssodisfati u fil-każijiet li fihom l-awtoritajiet kompetenti jkunu taw l-approvazzjoni tagħhom.

    Billi dan l-aġġustament inaqqas il-kejl tal-iskopertura totali tal-proporzjon ta' ingranaġġ, l-istituzzjonijiet għandhom iqiegħdu l-valuri ddivulgati f'din ir-ringiela bejn il-parentesi (li jfisser ammont negattiv).

    {7}

    Aġġustamenti oħra

    L-istituzzjonijiet għandhom jinkludu kwalunkwe differenza li jifdal fil-valur bejn l-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ kif iddivulgat f'{LRSum;8} u l-assi totali tal-kontabilità kif iddivulgati f'{LRSum;1} li mhijiex inkluża f'{LRSum;2}, {LRSum;3}, {LRSum;4}, {LRSum;5}, {LRSum;6}, {LRSum;EU-6a}, jew {LRSum;EU-6b}. Din tista' tinkludi, pereżempju, l-ammonti tal-assi li jitnaqqsu mill-kapital tal-Grad 1 u li għaldaqstant jitnaqqsu mill-kejl tal-iskopertura totali tal-proporzjon ta' ingranaġġ skont {LRCom;2}

    Jekk dawn l-aġġustamenti jwasslu għal żieda fl-iskopertura, l-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw dan bħala ammont pożittiv. Jekk dawn l-aġġustamenti jwasslu għal tnaqqis fl-iskopertura, l-istituzzjonijiet għandhom iqiegħdu dan l-ammont bejn il-parentesi (li jfisser ammont negattiv).

    {8}

    Il-kejl tal-iskopertura totali tal-proporzjon ta' ingranaġġ

    L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-ammont iddivulgat f'{LRCom;21}.

    3.   Il-formola LRCom: Divulgazzjoni komuni tal-proporzjon ta' ingranaġġ

    10.

    L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw l-istruzzjonijiet provduti f'din it-Taqsima sabiex jimlew il-formola LRCom tal-Anness I.

    Ringiela

    Ir-referenzi ġuridiċi u l-istruzzjonijiet

    {1}

    Elementi fil-karta tal-bilanċ (esklużi d-derivattivi, l-SFTs u l-assi fiduċjarji, iżda bl-inklużjoni tal-kollateral)

    L-Artikolu 429 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

    L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-assi kollha għajr il-kuntratti elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, id-derivattivi ta' kreditu, l-SFTs u l-assi fiduċjarji f'konformità mal-Artikolu 429(13) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. L-istituzzjonijiet għandhom jibbażaw il-valwazzjoni ta' dawn l-assi fuq il-prinċipji stipulati fl-Artikolu 429(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    L-istituzzjonijiet għandhom jinkludu f'din iċ-ċellola, flus riċevuti jew xi titolu li huwa pprovdut lil kontroparti permezz tal-SFTs u li jinżamm fuq il-karta tal-bilanċ (jiġifieri li l-kriterji tal-kontabilità għad-dekontabilizzar skont il-qafas ta' kontabilità applikabbli ma jintlaħqux).

    {2}

    (Ammonti tal-assi mnaqqsa għad-determinazzjoni tal-kapital tal-Grad 1)

    L-Artikolu 429(4)(a) u l-Artikolu 499(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

    L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-ammont ta' aġġustamenti tal-valur regolatorju li jsiru għall-ammonti tal-Grad I f'konformità mal-għażla magħmula skont l-Artikolu 499(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif iddivulgat f'{LRCom;EU-23}.

    B'mod aktar speċifiku, l-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw il-valur tat-total tal-aġġustamenti kollha li għandhom fil-mira l-valur ta' ass u li huma meħtieġa minn:

    l-Artikoli 32 sa 35 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jew

    l-Artikoli 36 sa 47 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jew

    l-Artikoli 56 sa 60 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013,

    kif applikabbli.

    Meta l-għażla li jkun iddivulgat il-kapital tal-Grad 1 issir f'konformità mal-Artikolu 499(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet għandhom iqisu l-eżenzjonijiet, l-alternattivi u r-rinunzji għal tali tnaqqis stipulati fl-Artikoli 48, 49 u 79 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, mingħajr ma jqisu d-deroga stipulata fil-Kapitoli 1 u 2 tat-Titlu I tal-Parti 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Kuntrarjament, meta l-għażla li jkun iddivulgat il-kapital tal-Grad 1 issir f'konformità mal-Artikolu 499(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet għandhom iqisu l-eżenzjonijiet, l-alternattivi u r-rinunzji għal tali tnaqqis stipulati fl-Artikoli 48, 49 u 79 tar-REGOLAMENT (UE) 575/2013, barra li jqisu d-derogi stipulati fil-Kapitoli 1 u 2 tat-Titlu I tal-Parti 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

    Sabiex il-kalkoli doppji jiġu evitati, l-istituzzjonijiet ma għandhomx jirrapportaw l-aġġustamenti li diġà jkunu ġew applikati skont l-Artikolu 111 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 meta jikkalkolaw l-valur tal-iskopertura fir-ringieli 1, 4 u, 12 u lanqas ma għandhom jirrapportaw kull aġġustament li ma jnaqqasx il-valur ta' ass speċifiku.

    Billi dan inaqqas il-kejl tal-iskopertura totali tal-proporzjon ta' ingranaġġ, l-istituzzjonijiet għandhom iqiegħdu l-valur f'din iċ-ċellola bejn il-parentesi (li jfisser li dan se jikkontribwixxi negattivament għat-total li għandu jiġi ddivulgat f'{LRCom;3}).

    {3}

    L-iskoperturi totali fil-karta tal-bilanċ (esklużi d-derivattivi, l-SFTs, u l-assi fiduċjarji) (it-total tal-linji 1 u 2)

    It-total ta' {LRCom;1} u {LRCom;2}. L-istituzzjonijiet għandhom iqisu li {LRCom;2} tikkontribwixxi negattivament għal dan it-total.

    {4}

    Kost tas-sostituzzjoni assoċjat mat-tranżazzjonijiet tad-derivattivi kollha (jiġifieri nett mill-marġni eliġibbli ta' varjazzjoni fi flus)

    L-Artikoli 274, 295, 296, 297, 298, 429a u 429a(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw il-kost attwali tas-sostituzzjoni kif speċifikat fl-Artikolu 274(1) tal-kuntratti elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-derivattivi ta' kreditu inklużi dawk li jinsabu barra l-karta tal-bilanċ. Dawn il-kostijiet tas-sostituzzjoni jkunu netti mill-marġni eliġibbli ta' varjazzjoni fi flus f'konformità mal-Artikolu 429a(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 billi kull marġni ta' varjazzjoni fi flus li jiġi riċevut fuq komponent eżentat tas-CCP f'konformità mal-Artikolu 429(11) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ma għandux jiġi inkluż.

    Kif iddeterminat mill-Artikolu 429a(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet jistgħu jqisu l-effetti ta' kuntratti ta' novazzjoni u ftehimiet oħrajn ta' nnettjar f'konformità mal-Artikolu 295 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. L-innettjar bejn il-prodotti ma japplikax. Madankollu, l-istituzzjonijiet jistgħu jikkumpensaw il-kategorija tal-prodotti msemmija fil-punt (25)(c) tal-Artikolu 272 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-derivattivi ta' kreditu meta jkunu soġġetti għall-ftehim kontrattwali ta' nnettjar bejn il-prodotti msemmi fl-Artikolu 295(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    L-istituzzjonijiet għandhom jinkludu d-derivattivi ta' kreditu kollha, mhux biss dawk fil-portafoll tan-negozjar.

    F'din iċ-ċellola, l-istituzzjonijiet ma għandhomx jinkludu kuntratti mkejla permezz tal-applikazzjoni tal-Metodu ta' Skopertura Oriġinali f'konformità mal-Artikoli 429a(8) u 275 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    {5}

    Ammont miżjud għal PFE assoċjat mat-tranżazzjonijiet tad-derivattivi kollha (il-metodu ta' valwazzjoni skont is-suq)

    L-Artikoli 274, 295, 296, 297, 298, 299(2) u 429a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

    L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-ammont miżjud għall-iskoperturi futuri potenzjali tal-kuntratti elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u tad-derivattivi ta' kreditu inklużi dawk li jinsabu barra l-karta tal-bilanċ ikkalkolati f'konformità mal-Metodu ta' Valwazzjoni skont is-suq (l-Artikolu 274 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għall-kuntratti elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikolu 299(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għad-derivattivi ta' kreditu) u li japplikaw ir-regoli ta' nnettjar f'konformità mal-Artikolu 429a(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Meta jiddeterminaw il-valur tal-iskopertura ta' dawk il-kuntratti, l-istituzzjonijiet jistgħu jqisu l-effetti ta' kuntratti ta' novazzjoni u ftehimiet oħrajn ta' nnettjar f'konformità mal-Artikolu 295 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. L-innettjar bejn il-prodotti ma japplikax. Madankollu, l-istituzzjonijiet jistgħu jikkumpensaw il-kategorija tal-prodotti msemmija fil-punt (25)(c) tal-Artikolu 272 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-derivattivi ta' kreditu meta jkunu soġġetti għall-ftehim kontrattwali ta' nnettjar bejn il-prodotti msemmi fl-Artikolu 295(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    F'konformità mal-Artikolu 429a(1), is-sottoparagrafu 2 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, meta jiddeterminaw l-iskopertura ta' kreditu futuri potenzjali tad-derivattivi ta' kreditu, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-prinċipji stipulati fl-Artikolu 299(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għad-derivattivi ta' kreditu kollha tagħhom, u mhux biss għal dawk assenjati għall-portafoll tan-negozjar.

    F'din iċ-ċellola, l-istituzzjonijiet ma għandhomx jinkludu kuntratti mkejla permezz tal-applikazzjoni tal-Metodu ta' Skopertura Oriġinali f'konformità mal-Artikoli 429a(8) u 275 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    {EU-5a}

    Skopertura ddeterminata skont il-Metodu ta' Skopertura Oriġinali

    L-Artikoli 429a(8) u 275 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw il-kejl tal-iskopertura tal-kuntratti elenkati fil-punti 1 u 2 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ikkalkulat f'konformità mal-Metodu ta' Skopertura Oriġinali stabbilit fl-Artikolu 275 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    L-istituzzjonijiet li japplikaw il-Metodu ta' Skopertura Oriġinali ma għandhomx inaqqsu l-kejl tal-iskopertura bl-ammont ta' marġni ta' varjazzjoni riċevut fi flus f'konformità mal-Artikolu 429a(8) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    L-istituzzjonijiet li ma jużawx il-Metodu ta' Skopertura Oriġinali ma għandhomx jirrapportawx din iċ-ċellola.

    F'din iċ-ċellola, l-istituzzjonijiet ma għandhomx jinkludu kuntratti mkejla permezz tal-applikazzjoni tal-Metodu ta' Skopertura Oriġinali f'konformità mal-Artikoli 429(1) u 274 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    {6}

    L-ingrossar għall-kollateral tad-derivattivi pprovdut meta mnaqqas mill-assi tal-karta tal-bilanċ skont il-qafas ta' kontabilità applikabbli

    L-Artikolu 429(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

    L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-ammont ta' kull kollateral tad-derivattivi pprovdut meta l-allokazzjoni ta' dak il-kollateral tnaqqas l-ammont ta' assi skont il-qafas ta' kontabilità applikabbli, kif stabbilit fl-Artikolu 429a(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    F'din iċ-ċellola, l-istituzzjonijiet ma għandhomx jinkludu l-marġni inizjali għat-tranżazzjoni tad-derivattivi kklirjati għall-klijenti b'CCP li jikkwalifika (QCCP) jew marġni eliġibbli ta' varjazzjoni fi flus, kif definit fl-Artikolu 429a(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    {7}

    (Tnaqqis ta' assi riċevibbli għall-marġni ta' varjazzjoni fi flus provduti fit-tranżazzjonijiet tad-derivattivi)

    L-Artikolu 429a(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

    L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-assi riċevibbli għall-marġni ta' varjazzjoni mħallas fi flus lill-kontroparti fi tranżazzjonijiet ta' derivattivi jekk l-istituzzjoni tkun meħtieġa, skont il-qafas ta' kontabilità applikabbli, li tirrikonoxxi dawn l-assi riċevibbli bħala ass, dment li l-kundizzjonijiet fil-punti minn (a) sa (e) tal-Artikolu 429a(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ikunu ssodisfati.

    L-ammont iddivulgat għandu wkoll ikun inkluż f'{LRCom;1}.

    Billi dan inaqqas il-kejl tal-iskopertura totali tal-proporzjon ta' ingranaġġ, l-istituzzjonijiet għandhom iqiegħdu l-valur f'din iċ-ċellola bejn il-parentesi (li jfisser li dan se jikkontribwixxi negattivament għat-total li għandu jiġi ddivulgat f'{LRCom;11}).

    {8}

    (Il-komponent eżentat tas-CCP tal-iskoperturi ta' negozju kklirjati għall-klijenti)

    L-Artikolu 429(11) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

    L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-iskoperturi ta' negozju lejn QCCP eżentati minn tranżazzjonijiet ta' derivattivi kklirjati għall-klijenti, dment li dawk l-elementi jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 306(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    Il-parti tal-ammont imsemmi hawn fuq li hija assoċjata mal-kost tas-sostituzzjoni għandha tiġi ddivulgata grossa mill-marġni ta' varjazzjoni fi flus.

    L-ammont iddivulgat għandu wkoll ikun inkluż, b'mod korrispondenti, fi: {LRCom;1}, {LRCom;4}, {LRCom;5}, u {LRCom;EU-5a}.

    Billi dan inaqqas il-kejl tal-iskopertura totali tal-proporzjon ta' ingranaġġ, l-istituzzjonijiet għandhom iqiegħdu l-valur f'din iċ-ċellola bejn il-parentesi (li jfisser li dan se jikkontribwixxi negattivament għat-total li għandu jiġi ddivulgat f'{LRCom;11}).

    {9}

    Ammont nozzjonali effettiv aġġustat ta' derivattivi sottoskritti ta' kreditu

    L-Artikoli 429a minn (5) sa (7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

    L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw il-valur nozzjonali limitat ta' derivattivi sottoskritti ta' kreditu (jiġifieri meta l-istituzzjoni tkun il-fornitriċi ta' protezzjoni kreditizja lil kontroparti) kif stabbilit fl-Artikolu 429a minn (5) sa (7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    {10}

    (Kumpensi nozzjonali effettivi aġġustati u tnaqqis għall-ammonti miżjuda għad-derivattivi sottoskritti ta' kreditu)

    L-Artikoli 429a minn (5) sa (7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

    L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw il-valur nozzjonali limitat ta' derivattivi akkwistati ta' kreditu (jiġifieri meta l-istituzzjoni tkun ix-xerrejja ta' protezzjoni kreditizja mingħand kontroparti) taħt l-istess ismijiet ta' referenza bħal dawk id-derivattivi ta' kreditu sottoskritti mill-istituzzjoni, f'dawk il-każijiet li fihom il-maturità li jifdal tal-protezzjoni akkwistata tkun daqs il-maturità li jifdal tal-protezzjoni mibjugħa jew tkun akbar minnha. Għaldaqstant, il-valur ma jkunx akbar mill-valur li jkun iddaħħal f'{LRCom;9} għal kull isem ta' referenza.

    Billi dan inaqqas il-kejl tal-iskopertura totali tal-proporzjon ta' ingranaġġ, l-istituzzjonijiet għandhom iqiegħdu l-valur f'din iċ-ċellola bejn il-parentesi (li jfisser li dan se jikkontribwixxi negattivament għat-total li għandu jiġi ddivulgat f'{LRCom;11}).

    {11}

    L-iskoperturi totali tad-derivattivi (it-total tal-linji minn 4 sa 10)

    It-total ta' {LRCom;4}, {LRCom;5}, {LRCom;EU-5a}, {LRCom;6}, {LRCom;7}, {LRCom;8}, {LRCom;9} u {LRCom;10}. L-istituzzjonijiet għandhom iqisu li {LRCom;7}, {LRCom;8}, u {LRCom;10} jikkontribwixxu negattivament għal dan it-total.

    {12}

    Assi grossi f'SFTs (mingħajr rikonoxximent tal-innettjar), wara l-aġġustamenti għat-tranżazzjonijiet kontabilizzati bħala bejgħ

    L-Artikoli 4(1)(77), 206 u 429b(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

    L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw il-valur kontabilistiku tal-karta tal-bilanċ skont il-qafas ta' kontabilità applikabbli tal-SFTs li huma kemm koperti kif ukoll mhux koperti minn ftehim prinċipali ta' nnettjar eliġibbli skont l-Artikolu 206 tar-Regolament 575/2013 fil-każijiet li fihom il-kuntratti huma rikonoxxuti bħala assi fil-karta tal-bilanċ li ma jassumu l-ebda nnettjar prudenzjali jew kontabilistiku jew effetti ta' mitigazzjoni tar-riskju (jiġifieri l-valur kontabilistiku tal-karta tal-bilanċ aġġustat għall-effetti ta' nnettjar kontabilistiku jew mitigazzjoni tar-riskju).

    Barra minn hekk, meta SFT tiġi kontabilizzata bħala bejgħ skont il-qafas ta' kontabilità applikabbli, l-istituzzjonijiet għandhom ireġġgħu lura kull entrata ta' kontabilità relatata ma' bejgħ f'konformità mal-Artikolu 429b(5) tar-Regolament Nru 575/2013.

    F'din iċ-ċellola, l-istituzzjonijiet ma għandhomx jinkludu flus riċevuti jew xi titolu li huwa pprovdut lil kontroparti permezz tat-tranżazzjonijiet imsemmijin iktar 'il fuq u li jinżamm fuq il-karta tal-bilanċ (jiġifieri l-kriterji ta' kontabilità għad-dekontabilizzar ma jiġux issodisfati).

    {13}

    (Ammonti nnettjati ta' pagabbli fi flus u ta' riċevibbli fi flus ta' assi grossi f'SFTs)

    L-Artikoli 4(1)(77), 206, 429(5)(d), 429(8) u 429b(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

    L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-ammont ta' pagabbli fi flus ta' assi grossi f'SFTs li ġew innettjati f'konformità mal-Artikolu 429(8) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

    Billi dan inaqqas il-kejl tal-iskopertura totali tal-proporzjon ta' ingranaġġ, l-istituzzjonijiet għandhom iqiegħdu l-valur f'din iċ-ċellola bejn il-parentesi (li jfisser li dan se jikkontribwixxi negattivament għat-total li għandu jiġi ddivulgat f'{LRCom;16}).

    {14}

    Skopertura tar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti għall-assi SFT

    L-Artikolu 429b(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

    L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-ammont miżjud għar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti tal-SFTs inklużi dawk li ma jinsabux fil-karta tal-bilanċ iddeterminat f'konformità mal-Artikolu 429b(2) jew (3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif applikabbli.

    F'din iċ-ċellola, l-istituzzjonijiet għandhom jinkludu tranżazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 429b(6)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    F'din iċ-ċellola, l-istituzzjonijiet ma għandhomx jinkludu SFTs minn aġenti li fihom l-istituzzjoni tipprovdi indennizz jew garanzija lil klijent jew kontroparti limitat(a) għal kull differenza bejn il-valur tat-titolu jew tal-flus li l-klijent ikun silef u l-valur tal-kollateral li l-mutwatarju jkun ipprovda f'konformità mal-Artikolu 429b(6)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. L-istituzzjonijiet għandhom minflok jinkludu dawk l-elementi f'{LRCom;15}.

    {EU-14a}

    Deroga għall-SFTs: L-iskopertura tar-riskju ta' kreditu f'konformità mal-Artikoli 429b(4) u 222 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

    L-Artikoli 429b(4) u 222 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

    L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-ammont miżjud għall-SFTs inklużi dawk li ma jinsabux fil-karta tal-bilanċ iddeterminat f'konformità mal-Artikolu 222 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, soġġett għal-limitu minimu ta' 20 % għall-ponderazzjoni applikabbli tar-riskju.

    F'din iċ-ċellola, l-istituzzjonijiet għandhom jinkludu tranżazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 429b(6)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    F'din iċ-ċellola, l-istituzzjonijiet ma għandhomx jinkludu tranżazzjonijiet li għalihom il-parti miżjuda tal-valur tal-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ hija ddeterminat f'konformità mal-metodu definit fl-Artikolu 429b(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    {15}

    Skoperturi ta' tranżazzjonijiet minn aġenti

    L-Artikoli 429b, (2), (3) u (6)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

    L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw il-valur tal-iskopertura għall-SFTs minn aġenti li fihom l-istituzzjoni tipprovdi indennizz jew garanzija lil klijent jew kontroparti limitat(a) għal kull differenza bejn il-valur tat-titolu jew tal-flus li l-klijent ikun silef u l-valur tal-kollateral li l-mutwatarju jkun ipprovda f'konformità mal-Artikolu 429b(6)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li jikkonsisti biss mill-ammont miżjud ddeterminat f'konformità mal-Artikolu 429b(2) jew (3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif applikabbli.

    F'din iċ-ċellola, l-istituzzjonijiet ma għandhomx jinkludu tranżazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 429b(6)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    {EU-15a}

    (Il-komponent eżentat tas-CCP tal-iskopertura tal-SFT ikklirjata għall-klijenti)

    L-Artikoli 429(11) u 306(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

    L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw il-komponent eżentat tas-CCP tal-iskoperturi ta' negozju tal-SFT kklirjati għall-klijenti, dment li dawk l-elementi jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 306(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    Fil-każijiet li fihom il-komponent eżentat tas-CCP ikun titolu, dan ma għandux ikun inkluż f'din iċ-ċellola sakemm ma jkunx titolu mirħun li skont il-qafas ta' kontabilità applikabbli (jiġifieri f'konformità mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 111(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013) ikun inkluż bil-valur sħiħ tiegħu.

    Billi dan inaqqas il-kejl tal-iskopertura totali tal-proporzjon ta' ingranaġġ, l-istituzzjonijiet għandhom iqiegħdu l-valur f'din iċ-ċellola bejn il-parentesi (li jfisser li dan se jikkontribwixxi negattivament għat-total li għandu jiġi ddivulgat f'{LRCom;16}).

    {16}

    L-iskoperturi totali tal-SFTs (it-total tal-linji minn 12 sa 15a)

    L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw it-total ta' {LRCom; 12}, {LRCom;EU-12a}, {LRCom;13}, {LRCom;14}, {LRCom;15} u {LRCom;EU-15a}.

    L-istituzzjonijiet għandhom iqisu li {LRCom;13} u {LRCom;EU-15a} jikkontribwixxu negattivament għal dan it-total.

    {17}

    L-iskoperturi barra l-karta tal-bilanċ f'ammont nozzjonali gross

    L-Artikolu 429(10) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

    L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-valur nominali ta' entrati barra l-karta tal-bilanċ kif definiti fl-Artikolu 429(10) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, qabel ma jsir kwalunkwe aġġustament minħabba fatturi ta' konverżjoni.

    {18}

    (Aġġustamenti għall-konverżjoni għal ammonti ekwivalenti għal kreditu)

    L-Artikolu 429(10) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

    L-istituzzjonijiet għandhom jinkludu d-differenza fil-valur bejn il-valur nominali tal-elementi barra l-karta tal-bilanċ kif iddivulgati f'{LRCom;17} u l-valur tal-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ tal-elementi barra l-karta tal-bilanċ kif inkluż f'{LRCom;19}.

    Billi dan inaqqas il-kejl tal-iskopertura totali tal-proporzjon ta' ingranaġġ, il-valur iddivulgat f'din iċ-ċellola jikkontribwixxi negattivament għat-total li għandu jiġi ddivulgat f'{LRCom;19}.

    {19}

    Skoperturi oħra barra l-karta tal-bilanċ (it-total tal-linji 17 u 18)

    L-Artikoli 429(10), 111(1) u 166(9) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

    L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw il-valuri tal-iskopertura tal-proporzjon tal-ingranaġġ għall-elementi barra mill-karta tal-bilanċ iddeterminati f'konformità mal-Artikolu 429(10) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 filwaqt li jqisu l-fatturi ta' konverżjoni rilevanti.

    L-istituzzjonijiet għandhom iqisu li {LRCom;18} tikkontribwixxi negattivament għal dan it-total.

    {EU-19a}

    (Skoperturi intragrupp (fuq bażi individwali) eżentati f'konformità mal-Artikolu 429(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (fil-karta tal-bilanċ u barra minnha))

    L-Artikoli 429(7) u 113(6)tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

    L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-iskoperturi li ma jkunux ġew ikkonsolidati fil-livell applikabbli ta' konsolidazzjoni, li jistgħu jibbenefikaw mit-trattament stipulat fl-Artikolu 113(6) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, dment li l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fil-punti minn (a) sa (e) tal-Artiklu 113(6) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ikunu ssodisfati u fil-każijiet li fihom l-awtoritajiet kompetenti jkunu taw l-approvazzjoni tagħhom.

    L-ammont iddivulgat irid ukoll jiġi inkluż fiċ-ċelloli applikabbli aktar 'il fuq bħallikieku l-ebda eżenzjoni ma kienet tapplika.

    Billi dan inaqqas il-kejl tal-iskopertura totali tal-proporzjon ta' ingranaġġ, l-istituzzjonijiet għandhom iqiegħdu l-valur f'din iċ-ċellola bejn il-parentesi (li jfisser li dan se jikkontribwixxi negattivament għat-total li għandu jiġi ddivulgat f'{LRCom;21}).

    {EU-19b}

    (Skoperturi eżentati f'konformità mal-Artikolu 429(14) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (fil-karta tal-bilanċ u barra minnha))

    L-Artikolu 429(14) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

    L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-iskoperturi esklużi f'konformità mal-Artikolu 429(14) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 dment li l-kundizzjonijiet kollha stipulati fih ikunu ssodisfati u fil-każijiet li fihom l-awtoritajiet kompetenti jkunu taw l-approvazzjoni tagħhom.

    L-ammont iddivulgat irid ukoll jiġi inkluż fiċ-ċelloli applikabbli aktar 'il fuq bħallikieku l-ebda eżenzjoni ma kienet tapplika.

    Billi dan inaqqas il-kejl tal-iskopertura totali tal-proporzjon ta' ingranaġġ, l-istituzzjonijiet għandhom iqiegħdu l-valur f'din iċ-ċellola bejn il-parentesi (li jfisser li dan se jikkontribwixxi negattivament għat-total li għandu jiġi ddivulgat f'{LRCom;21}).

    {20}

    Il-kapital tal-Grad 1

    L-Artikoli 429(3) u 499(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 575/2013

    L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-ammont ta' kapital tal-Grad I ikkalkulat f'konformità mal-għażla magħmula mill-istituzzjoni skont l-Artikolu 499(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif iddivulgat f'{LRCom;EU-23}.

    B'mod aktar speċifiku, meta l-istituzzjoni tkun għażlet li tiddivulga l-kapital tal-Grad 1 issir f'konformità mal-Artikolu 499(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, din għandha tiddivulga l-ammont ta' kapital tal-Grad I kif ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, mingħajr ma titqies id-deroga stipulata fil-Kapitoli 1 u 2 tat-Titlu I tal-Parti 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    Kuntrarjament, meta l-istituzzjoni tkun għażlet li tiddivulga l-kapital tal-Grad 1 f'konformità mal-Artikolu 499(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, din għandha tiddivulga l-ammont ta' kapital tal-Grad I kif ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, wara li jitqiesu d-derogi stipulati fil-Kapitoli 1 u 2 tat-Titlu I tal-Parti 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    {21}

    Il-kejl tal-iskopertura totali tal-proporzjon ta' ingranaġġ (it-total tal-linji 3, 11, 16, 19, EU-19a u EU-19b)

    L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw it-total ta' {LRCom;3}, {LRCom;11}, {LRCom;16}, {LRCom;19}, {LRCom;EU-19a} u {LRCom;EU-19b}.

    L-istituzzjonijiet għandhom iqisu li {LRCom;EU-19a} u {LRCom;EU-19b} jikkontribwixxu negattivament għal dan it-total.

    {22}

    Proporzjon ta' ingranaġġ

    L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw {LRCom;20} diviża b'{LRCom;21} mogħtija bħala perċentwali.

    {EU-23}

    Għażla dwar l-arranġamenti tranżizzjonali għad-definizzjoni tal-kejl tal-kapital

    L-Artikolu 499(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

    L-istituzzjonijiet għandhom jispeċifikaw l-għażla tagħhom rigward l-arranġamenti tranżizzjonali għall-kapital għall-fini tar-rekwiżit ta' divulgazzjoni billi jiddivulgaw waħda miż-żewġ indikazzjonijiet segwenti:

    “Introdott b'mod gradwali kompletament” jekk l-istituzzjoni tagħżel li tiddivulga l-proporzjon ta' ingranaġġ f'konformità mal-Artikolu 499(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    “Tranżizzjonali” jekk l-istituzzjoni tagħżel li tiddivulga l-proporzjon ta' ingranaġġ f'konformità mal-Artikolu 499(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    {EU-24}

    Ammont ta' elementi fiduċjarji dekontabilizzati f'konformità mal-Artikolu 429(13) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

    L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-ammont ta' elementi fiduċjarji dekontabilizzati f'konformità mal-Artikolu 429(13) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    4.   Il-formola LRSpl: It-tqassim tal-iskoperturi fil-karta tal-bilanċ (esklużi d-derivattivi u l-SFTs)

    11.

    L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw l-istruzzjonijiet provduti f'din it-Taqsima sabiex jimlew il-formola LRSpl tal-Anness I.

     

    Ir-referenzi ġuridiċi u l-istruzzjonijiet

    Ringiela

     

    {EU-1}

    L-iskoperturi totali fil-karta tal-bilanċ (esklużi d-derivattivi u l-SFTs), li minnhom:

    L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw it-total ta' {LRSpl;EU-2} u {LRSpl;EU-3}.

    {EU-2}

    L-iskoperturi tal-portafoll tan-negozjar

    L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-iskoperturi kif definiti fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 {LR4;070;010}, li huwa l-valur tal-iskopertura totali tal-assi li jappartjenu għall-portafoll tan-negozjar esklużi d-derivattivi u l-SFTs.

    {EU-3}

    L-iskoperturi tal-portafoll bankarju, li minnhom:

    L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw it-total ta' {LRSpl;EU-4}, {LRSpl;EU-5}, {LRSpl;EU-6}, {LRSpl;EU-7}, {LRSpl;EU-8}, {LRSpl;EU-9}, {LRSpl;EU-10}, {LRSpl;EU-11} u {LRSpl;EU-12}.

    {EU-4}

    Il-Bonds koperti

    L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw it-total tal-iskoperturi kif definiti fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 {LR4;080;010} u {LR4;080;020}, li huwa l-valur tal-iskopertura totali tal-assi li jinsabu fl-għamla ta' bonds koperti.

    {EU-5}

    L-iskoperturi trattati bħala sovrani

    L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw it-total tal-iskoperturi kif definiti fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 {LR4;090;010} u {LR4;090;020}, li huwa l-valur tal-iskopertura totali fil-konfront ta' entitajiet li huma trattati bħala sovrani skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    {EU-6}

    L-iskoperturi għall-gvernijiet reġjonali, MDB, organizzazzjonijiet internazzjonali u PSE mhux trattati bħala sovrani

    L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw it-total tal-iskoperturi kif definiti fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 {LR4;140;010} u {LR4;140;020}, li huwa l-valur tal-iskopertura totali għall-gvernijiet reġjonali u awtoritajiet lokali, banek multilaterali tal-iżvilupp, organizzazzjonijiet internazzjonali u entitajiet tas-settur pubbliku li mhumiex trattati bħala sovrani skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    {EU-7}

    Istituzzjonijiet

    L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw it-total tal-iskoperturi kif definiti fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 {LR4;180;010} u {LR4;180;020}, li huwa l-valur tal-iskopertura tal-iskoperturi fil-konfront ta' istituzzjonijiet.

    {EU-8}

    Iggarantiti b'ipoteki fuq proprjetà immobbli

    L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw it-total tal-iskoperturi kif definiti fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 {LR4;190;010} u {LR4;190;020}, li huwa l-valur tal-iskopertura tal-assi li huma skoperturi ggarantiti b'ipoteki fuq proprjetà immobbli.

    {EU-9}

    L-iskoperturi fil-livell tal-konsumatur

    L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw it-total tal-iskoperturi kif definiti fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 {LR4;210;010} u {LR4;210;020}, li huwa l-valur tal-iskopertura totali tal-assi li huma skopertura fil-livell tal-konsumatur.

    {EU-10}

    Korporattivi

    L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw it-total tal-iskoperturi kif definiti fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 {LR4;230;010} u {LR4;230;020}, li huwa l-valur tal-iskopertura totali tal-assi li huma skopertura korporattiva (jiġifieri finanzjarja u mhux finanzjarja).

    {EU-11}

    L-iskoperturi f'inadempjenza

    L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw it-total tal-iskoperturi kif definiti fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 {LR4;280;010} u {LR4;280;020}, li huwa l-valur tal-iskopertura totali tal-assi li jinsabu f'inadempjenza.

    {EU-12}

    Skoperturi oħra (pereż. ekwità, titolizzazzjonijiet, u assi oħra b'obbligi mhux ta' kreditu)

    L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw it-total tal-iskoperturi kif definiti fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 {LR4;290;010} u {LR4;290;020}, li huwa l-valur tal-iskopertura totali ta' skoperturi oħra tal-portafoll mhux tan-negozjar (pereż. ekwità, titolizzazzjonijiet, u assi oħra b'obbligi mhux ta' kreditu) skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013. L-istituzzjonijiet għandhom jinkludu assi li jitnaqqsu fl-iddeterminar tal-kapital tal-Grad 1 u li għalhekk huma ddivulgati f'{LRCom;2} sakemm dawn l-assi ma jkunux inklużi f'{LRSpl;EU-2} sa {LRSpl;EU-12}.

    5.   Il-formola LRQua: Kaxxi tat-test b'format liberu għad-divulgazzjoni tal-elementi kwalitattivi

    12.

    L-istituzzjonijiet għandhom jimlew il-formola LRQua tal-Anness I billi japplikaw is-segwenti.

     

    Ir-referenzi ġuridiċi u l-istruzzjonijiet

    Ringiela

     

    {1}

    Deskrizzjoni tal-proċessi użati għall-ġestjoni tar-riskju ta' ingranaġġ eċċessiv

    L-Artikolu 451(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

    “Deskrizzjoni tal-proċessi użati għall-ġestjoni tar-riskju ta' ingranaġġ eċċessiv” tinkludi kull informazzjoni rilevanti dwar:

    (a)

    il-proċeduri u r-riżorsi użati għall-valutazzjoni tar-riskju ta' ingranaġġ eċċessiv;

    (b)

    l-għodod kwantitattivi, jekk ikun hemm, użati għall-valutazzjoni tar-riskju ta' ingranaġġ eċċessiv inklużi dettalji dwar miri interni potenzjali u dwar jekk hux qegħdin jintużaw indikaturi oħrajn apparti l-proporzjon ta' ingranaġġ tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

    (c)

    il-modi ta' kif id-diskrepanzi fil-maturità u l-aggravar tal-assi jitqiesu fil-ġestjoni tar-riskju ta' ingranaġġ eċċessiv;

    (d)

    il-proċessi għar-reazzjonijiet għal bidliet fil-proporzjon ta' ingranaġġ, inklużi proċessi u skedi ta' żmien għal żieda potenzjali tal-kapital tal-Grad 1 sabiex ir-riskju ta' ingranaġġ eċċessiv ikun ġestit; jew proċessi u skedi ta' żmien għall-aġġustament tad-denominatur tal-proporzjon ta' ingranaġġ (il-kejl tal-iskopertura totali) sabiex ir-riskju ta' ingranaġġ eċċessiv ikun ġestit.

    {2}

    Deskrizzjoni tal-fatturi li kellhom impatt fuq il-proporzjon ta' ingranaġġ matul il-perjodu li għalih jirreferi l-proporzjon ta' ingranaġġ divulgat

    L-Artikolu 451(1)(e) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

    “Deskrizzjoni tal-fatturi li kellhom impatt fuq il-proporzjon ta' ingranaġġ matul il-perjodu li għalih jirreferi l-proporzjon ta' ingranaġġ divulgat” tinkludi kull informazzjoni materjali dwar:

    (a)

    il-kwantifikazzjoni tal-bidla fil-proporzjon ta' ingranaġġ mid-data ta' referenza tad-divulgazzjoni preċedenti

    (b)

    l-aġenti ewlenin tal-proporzjon ta' ingranaġġ mid-data ta' referenza tad-divulgazzjoni preċedenti b'kummenti ta' spjegazzjoni dwar:

    (1)

    in-natura tal-bidla u dwar jekk kinitx bidla fin-numeratur tal-proporzjon, fid-denominatur tal-proporzjon jew fit-tnejn;

    (2)

    jekk irriżultatx minn deċiżjoni strateġika interna u, meta dan ikun il-każ, jekk din id-deċiżjoni strateġika kinitx tirrigwarda direttament il-proporzjon ta' ingranaġġ jew jekk kellhiex impatt indirett biss fuq il-proporzjon ta' ingranaġġ;

    (3)

    l-aktar fatturi esterni sinifikanti relatati mal-ambjenti ekonomiċi u finanzjarji li kellhom impatt fuq il-proporzjon ta' ingranaġġ.


    Top