Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R0148

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/148 tal-4 ta' Frar 2016 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Istati Uniti tal-Amerika fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H7N8 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 30, 5.2.2016, p. 17–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32020R0692

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/148/oj

    5.2.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 30/17


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/148

    tal-4 ta' Frar 2016

    li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Istati Uniti tal-Amerika fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H7N8

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE (1) tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman, u b'mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 8 u l-punt 4 tal-Artikolu 8 tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta' tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 23(1), l-Artikolu 24(2) u l-Artikolu 25(2) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 (3) jistabbilixxi r-rekwiżiti dwar iċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjonijiet fl-Unjoni u t-tranżitu minnha, inkluż il-ħżin waqt it-tranżitu, ta' tjur u prodotti tat-tjur (“il-prodotti”). Dan jistipula li l-prodotti jistgħu jiġu impurtati fl-Unjoni u jgħaddu minnha bi tranżitu biss mill-pajjiżi terzi, mit-territorji, miż-żoni jew mill-kumpartimenti mniżżla fil-kolonni 1 u 3 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tiegħu.

    (2)

    Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 jistabbilixxi wkoll il-kundizzjonijiet biex pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment jitqies bħala ħieles mill-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja (HPAI).

    (3)

    L-Istati Uniti huma elenkati fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 bħala pajjiż terz li għandu l-awtorizzazzjoni għat-territorju kollu tiegħu għall-importazzjoni fl-Unjoni u t-tranżitu minnha tal-prodotti.

    (4)

    Ftehim bejn l-Unjoni u l-Istati Uniti (4) jistipula li għandu jintlaħaq malajr ir-rikonoxximent reċiproku tal-miżuri ta' reġjonalizzazzjoni fil-każ ta' tifqigħat ta' marda fl-Unjoni jew fl-Istati Uniti (“il-Ftehim”).

    (5)

    Fil-15 ta' Jannar 2016, l-Istati Uniti kkonfermaw il-preżenza tal-HPAI tas-sottotip H7N8 f'azjenda agrikola waħda fl-Istat ta' Indiana u għaldaqstant ma jistgħux jibqgħu jitqiesu bħala pajjiż ħieles minn dik il-marda. L-awtoritajiet veterinarji tal-Istati Uniti ssospendew minnufih il-ħruġ taċ-ċertifikati veterinarji għall-kunsinni ta' prodotti maħsuba għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni mill-Istat ta' Indiana. Dawn implimentaw ukoll politika ta' qerda biex jikkontrollaw l-HPAI u jillimitaw it-tixrid tagħha.

    (6)

    L-Istati Uniti ppreżentaw informazzjoni dwar il-qagħda epidemjoloġika fit-territorju tagħhom u dwar il-miżuri meħuda għall-prevenzjoni ta' aktar tixrid tal-HPAI li issa ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Abbażi ta' din l-evalwazzjoni, kif ukoll tal-impenji stabbiliti fil-Ftehim u l-garanziji pprovduti mill-Istati Uniti, huwa xieraq li wieħed jikkonkludi li l-limitazzjoni tar-restrizzjonijiet fuq l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' prodotti miż-żona affettwata mill-HPAI, li l-awtoritajiet veterinarji tal-Istati Uniti poġġew taħt restrizzjonijiet minħabba t-tifqigħa attwali, għandha tkun biżżejjed biex tkopri r-riskji assoċjati mal-introduzzjoni tal-prodotti fl-Unjoni.

    (7)

    Għaldaqstant, l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandu jiġi emendat skont dan.

    (8)

    Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma f'konfomità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 hija emendata skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Frar 2016.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

    (2)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74.

    (3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta' Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta' tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1).

    (4)  Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika dwar miżuri sanitarji li jipproteġu s-saħħa pubblika u dik tal-annimali fil-kummerċ ta' annimali ħajjin u prodotti tal-annimali kif approvat f'isem il-Komunità Ewropea bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/258/KE (ĠU L 118, 21.4.1998, p. 1).


    ANNESS

    Fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, wara l-entrata għall-Istati Uniti fir-rigward tal-Istat ta' Indiana jiżdied dan li ġej:

    Kodiċi ISO u isem il-pajjiż terz jew it-territorju

    Kodiċi tal-pajjiż terz, tat-territorju, taż-żona jew tal-kumpartiment

    Deskrizzjoni tal-pajjiż terz, tat-territorju, taż-żona jew tal-kumpartiment

    Ċertifikat veterinarju

    Kundizzjonijiet speċifiċi

    Kundizzjonijiet speċifiċi

    Status tas-sorveljanza tal-influwenza tat-tjur

    Status tat-tilqim kontra l-influwenza tat-tjur

    Status tal-kontroll tas-salmonella

    Mudell(i)

    Garanziji addizzjonali

    Data ta' għeluq (1)

    Data tal-ftuħ (2)

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    6 A

    6 B

    7

    8

    9

    “US — L-Istati Uniti

    US-2.21.1

    L-Istat ta' Indiana

    WGM

    VIII

    P2

    15.1.2016

     

     

     

     

    POU, RAT

     

    N

    P2

    P2

     

     

     

     

    BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

     

     

    A

     

    S3, ST1”


    (1)  Il-prodotti, inklużi dawk ittrasportati fl-ibħra internazzjonali, manifatturati qabel din id-data, jistgħu jiġu importati fl-Unjoni matul perjodu ta' 90 jum minn din id-data.

    (2)  Dak li hu prodott wara din id-data biss jista' jiġi importat fl-Unjoni.


    Top