Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R0132

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/132 tal-1 ta' Frar 2016 li jiffissa d-data tal-għeluq għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-ħżin privat għal-laħam tal-majjal skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2334

ĠU L 25, 2.2.2016, pp. 56–57 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/132/oj

2.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 25/56


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/132

tal-1 ta' Frar 2016

li jiffissa d-data tal-għeluq għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-ħżin privat għal-laħam tal-majjal skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2334

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 18(2) tiegħu u t-tieni subparagrafu tal-istess Artikolu,

Billi:

(1)

L-għajnuna għall-ħżin privat mogħtija skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2334 (2) kellha effett favorevoli fuq is-suq tal-laħam tal-majjal. Huwa mistenni li l-prezzijiet ikomplu jistabbilizzaw ruħhom.

(2)

Għalhekk, l-għoti tal-għajnuna għall-ħżin privat għal-laħam tal-majjal għandu jintemm u għandha tiġi ffissata data tal-għeluq għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għal din l-għajnuna.

(3)

Għall-finijiet ta'ċertezza legali, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2334 għandu jitħassar.

(4)

Sabiex tiġi evitata l-ispekulazzjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-data tal-għeluq għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-ħżin privat għal-laħam tal-majjal skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2334 għandha tkun it-3 ta' Frar 2016.

Artikolu 2

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2334 jitħassar b'effett mit-3 ta' Frar 2016.

Madankollu, dan għandu jibqa' japplika għall-kuntratti konklużi skont dak ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Frar 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2334 tal-14 ta' Diċembru 2015 li jiftaħ il-ħażna privata għal-laħam tal-majjal u li jiffissa bil-quddiem l-ammont ta' għajnuna (ĠU L 329, 15.12.2015, p. 10).


Top