Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R0114

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/114 tat-28 ta' Jannar 2016 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jirrigwarda l-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kondizzjonijiet tal-għixien (EU-SILC) fir-rigward tal-lista tal-2017 tal-fatturi varjabbli sekondarji fil-mira li jikkonċernaw is-saħħa u s-saħħa tat-tfal (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 23, 29.1.2016, p. 40–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/114/oj

    29.1.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 23/40


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/114

    tat-28 ta' Jannar 2016

    li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jirrigwarda l-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kondizzjonijiet tal-għixien (EU-SILC) fir-rigward tal-lista tal-2017 tal-fatturi varjabbli sekondarji fil-mira li jikkonċernaw is-saħħa u s-saħħa tat-tfal

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2003 li jirrigwarda l-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kondizzjonijiet tal-għixien (EU-SILC), (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 15(2)(f), flimkien mal-Artikolu 15(1), tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 stabbilixxa qafas komuni għall-produzzjoni sistematika tal-istatistika Ewropea dwar l-introjtu u l-kondizzjonijiet tal-għixien, sabiex jiġi żgurat li, fil-livell nazzjonali u f'dak tal-Unjoni, ikun hemm disponibbli dejta komparabbli u aġġornata, kemm trasversali u lonġitudinali, dwar l-introjtu u dwar il-livell u l-kompożizzjoni tal-faqar u l-esklużjoni soċjali.

    (2)

    Skont l-Artikolu 15(2)(f) tar-Regolament (KE) Nru 1177/2003, kull sena għandhom jiġu adottati miżuri ta' implimentazzjoni biex jispeċifikaw l-oqsma u l-fatturi varjabbli sekondarji fil-mira li għandhom jiġu inklużi f'dik is-sena fil-komponent trasversali tal-EU-SILC. Għaldaqstant għandhom jiġu adottati miżuri ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw il-fatturi varjabbli sekondarji fil-mira u l-identifikaturi tagħhom għall-modulu tal-2017 li jikkonċerna s-saħħa u s-saħħa tat-tfal.

    (3)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-lista tal-fatturi varjabbli sekondarji fil-mira u tal-identifikaturi għall-modulu tal-2017 li jikkonċernaw is-saħħa u s-saħħa tat-tfal, li hija parti mill-komponent trasversali tal-EU-SILC, għandha tiġi stipulata fl-Anness.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Jannar 2016.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 165, 3.7.2003, p. 1.


    ANNESS

    Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, huma applikabbli l-unitajiet, il-metodi ta' ġbir tad-dejta, il-perjodi ta' referenza u t-trażmissjoni tad-dejta li ġejjin:

    1.   Unitajiet

    Il-fatturi varjabbli fil-mira jikkonċernaw tipi differenti ta' unitajiet:

     

    L-informazzjoni dwar il-piż finanzjarju tapplika fil-livell tal-unità domestika u tirreferi għall-unità domestika kollha kemm hi;

     

    L-informazzjoni dwar is-saħħa għandha tingħata għal kull membru attwali li jgħix fl-unità domestika, jew, jekk ikun applikabbli, għall-membri kollha tal-unità domestika magħżula biex iwieġbu ta' 16-il sena jew akbar;

     

    L-informazzjoni dwar is-saħħa ġenerali u l-limitazzjoni ta' parteċipazzjoni f'attivitajiet minħabba problemi ta' saħħa għandha tingħata għat-tfal kollha ta' bejn 0 u 15-il sena;

     

    L-informazzjoni fir-rigward ta' eżamijiet jew trattamenti mediċi jew dentali li kienu meħtieġa għat-tfal u li iżda ma sarux tapplika fil-livell tal-unità domestika u tirreferi għat-tfal kollha ta' bejn 0 u 15-il sena li jgħixu fl-unità domestika kollha kemm hi;

     

    L-età tirreferi għall-età fiż-żmien tal-intervista.

    2.   Metodi ta' ġbir tad-dejta

    Għall-fatturi varjabbli li japplikaw fil-livell tal-unità domestika, il-metodu tal-ġbir tad-dejta huwa intervista personali mal-persuna magħżula biex twieġeb.

    Għall-fatturi varjabbli li japplikaw fil-livell individwali, il-metodu tal-ġbir tad-dejta huwa intervista personali mal-membri attwali kollha tal-unità domestika li għandhom 16-il sena u aktar jew, jekk applikabbli, ma' kull persuna magħżula biex twieġeb.

    Għall-fatturi varjabbli tat-tfal, il-metodu tal-ġbir tad-dejta huwa intervista personali mal-persuna mill-unità domestika magħżula biex twieġeb.

    Fid-dawl tat-tip tal-informazzjoni li trid tinġabar, huma permessi intervisti personali biss (intervisti bi prokura huma eċċezzjoni għall-persuni li jkunu temporanjament assenti jew li ma jistgħux iwieġbu).

    L-Indiċi tal-Massa tal-Ġisem (BMI) jista' jiġi kkalkulat mill-valuri tal-għoli u l-piż miġbura waqt l-intervista jew miġbura direttament mill-persuna intervistata li turi xi dokumenti. Il-valur tal-BMI biss għandu jiġi trażmess lill-Eurostat.

    3.   Perijodu ta' referenza

    Il-fatturi varjabbli fil-mira huma relatati ma' tipi differenti ta' perjodi ta' referenza:

     

    Il-perjodu ta' referenza attwali għall-fattur varjabbli BMI, is-saħħa ġenerali tat-tfal u l-limitazzjoni ta' parteċipazzjoni f'attivitajiet minħabba problemi tas-saħħa tat-tfal;

     

    Ġimgħa tipika għall-fatturi varjabbli relatati mal-attività fiżika;

     

    Ġimgħa tipika fi staġun partikolari għall-frekwenza tal-konsum ta' frott u ħaxix;

     

    L-aħħar 12-il xahar għall-varjabbli l-oħra kollha.

    4.   Trażmissjoni tad-dejta

    Il-fatturi varjabbli sekondarji fil-mira għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni (l-Eurostat) fil-Fajl tad-Dejta dwar l-Unità Domestika (il-fajl H), fil-Fajl tar-Reġistru Personali (il-fajl R) u fil-Fajl tad-Dejta Personali (il- P), wara l-fatturi varjabbli primarji fil-mira.

    Identifikatur tal-fattur varjabbli

    Fattur varjabbli fil-mira

    Is-saħħa

    HS200

    Il-piż finanzjarju tal-kura medika

    Piż Kbir

    Piż medju

    Ta' ebda piż

    HS200_F

    Mimlija

    Nieqsa

    Mhux applikabbli (l-ebda persuna fl-unità domestika ma kellha l-ħtieġa ta' kura medika)

    Mhux applikabbli (RB010≠ 2017)

    HS210

    Il-piż finanzjarju tal-kura dentali

    Piż Kbir

    Piż medju

    Ta' ebda piż

    HS210_F

    Mimlija

    Nieqsa

    Mhux applikabbli (l-ebda persuna fl-unità domestika ma kellha l-ħtieġa ta' kura dentali)

    Mhux applikabbli (RB010≠ 2017)

    HS220

    Il-piż finanzjarju tal-mediċini

    Piż Kbir

    Piż medju

    Ta' ebda piż

    HS220_F

    Mimlija

    Nieqsa

    Mhux applikabbli (l-ebda persuna fl-unità domestika ma kellha l-ħtieġa ta' mediċini)

    Mhux applikabbli (RB010≠ 2017)

    PH080

    In-numru ta' żjarat għand dentist jew għand ortodontista

     

    L-ebda

     

    1-2 drabi

     

    3-5 drabi

     

    6-9 drabi

     

    10 darbiet jew aktar

    PH080_F

    Mimlija

    Nieqsa

    Persuna differenti minn dik magħżula biex twieġeb

    Mhux applikabbli (RB010≠ 2017)

    PH090

    In-numru ta' konsultazzjonijiet ma' tabib ġenerali jew mat-tabib tal-familja

     

    L-ebda

     

    1-2 drabi

     

    3-5 drabi

     

    6-9 drabi

     

    10 darbiet jew aktar

    PH090_F

    Mimlija

    Nieqsa

    Persuna differenti minn dik magħżula biex twieġeb

    Mhux applikabbli (RB010≠ 2017)

    PH100

    In-numru ta' konsultazzjonijiet ma' speċjalista mediku jew speċjalista kirurgu

     

    L-ebda

     

    1-2 drabi

     

    3-5 drabi

     

    6-9 drabi

     

    10 darbiet jew aktar

    PH100_F

    Mimlija

    Nieqsa

    Persuna differenti minn dik magħżula biex twieġeb

    Mhux applikabbli (RB010≠ 2017)

    PH110

    L-Indiċi tal-Massa tal-Ġisem (BMI)

    In-numru tal-BMI

    PH110_F

    Mimlija

    Nieqsa

    Persuna differenti minn dik magħżula biex twieġeb

    Mhux applikabbli (RB010≠ 2017)

    PH120

    It-tip ta' attività fiżika waqt ix-xogħol

    L-aktar bilqiegħda

    L-aktar bilwieqfa

    L-aktar bil-mixi jew kompiti ta' sforz fiżiku moderat

    L-aktar xogħol tqil jew li jeħtieġ sforz fiżiku kbir

    PH120_F

    Mimlija

    Nieqsa

    Mhux applikabbli (ma titwettaq l-ebda ħidma)

    Persuna differenti minn dik magħżula biex twieġeb

    Mhux applikabbli (RB010≠ 2017)

    PH130

    Il-ħin mgħoddi f'attivitajiet fiżiċi (minbarra x-xogħol) f'ġimgħa tipika

    SS/MM (sigħat/minuti) fil-ġimgħa

    PH130_F

    Mimlija

    Nieqsa

    Persuna differenti minn dik magħżula biex twieġeb

    Mhux applikabbli (RB010≠ 2017)

    PH140

    Il-frekwenza tal-konsum ta' frott

     

    Darbtejn jew aktar kuljum

     

    Darba kuljum

     

    Bejn 4 u 6 darbiet fil-ġimgħa

     

    Bejn 1 u 3 darbiet fil-ġimgħa

     

    Inqas minn darba fil-ġimgħa

     

    Qatt

    PH140_F

    Mimlija

    Nieqsa

    Persuna differenti minn dik magħżula biex twieġeb

    Mhux applikabbli (RB010≠ 2017)

    PH150

    Il-frekwenza tal-konsum ta' ħaxix jew insalata

     

    Darbtejn jew aktar kuljum

     

    Darba kuljum

     

    Bejn 4 u 6 darbiet fil-ġimgħa

     

    Bejn 1 u 3 darbiet fil-ġimgħa

     

    Inqas minn darba fil-ġimgħa

     

    Qatt

    PH150_F

    Mimlija

    Nieqsa

    Persuna differenti minn dik magħżula biex twieġeb

    Mhux applikabbli (RB010≠ 2017)

    Is-saħħa tat-tfal

    RC010

    Is-saħħa ġenerali (tat-tfal)

    Tajba ħafna

    Tajba

    Mhux Ħażin

    Ħażina

    Ħażina ħafna

    RC010_F

    Mimlija

    Nieqsa

    Mhux applikabbli (tfal ta' aktar minn 15-il sena)

    Mhux applikabbli (RB010≠ 2017)

    RC020

    Il-limitazzjoni f'parteċipazzjoni ta' attivitajiet minħabba problemi tas-saħħa (tfal)

    Limitata wisq

    Limitata iżda mhux wisq

    Mhux limitata, bl-ebda mod

    RC020_F

    Mimlija

    Nieqsa

    Mhux applikabbli (tfal ta' aktar minn 15-il sena)

    Mhux applikabbli (RB010≠ 2017)

    HC010

    Eżamijiet jew trattamenti mediċi li kienu meħtieġa u li iżda ma sarux (tfal)

    Iva (kien hemm mill-inqas okkażjoni waħda fejn mill-inqas wieħed mit-tfal ma sarlux eżami jew trattament mediku)

    Le (lit-tifel/tfal sarlu/sarilhom eżami jew trattament mediku kull darba li kien meħtieġ)

    HC010_F

    Mimlija

    Nieqsa

    Mhux applikabbli (ma kien verament meħtieġ l-ebda eżami jew trattament mediku, għal ħadd mit-tfal)

    Mhux applikabbli (fl-unità domestika m'hemmx tfal ta' bejn 0 u 15-il sena)

    Mhux applikabbli (RB010≠ 2017)

    HC020

    Ir-raġuni prinċipali għalfejn ma sarux eżamijiet jew trattamenti mediċi li kienu meħtieġa (tfal)

    Ma kienx hemm biżżejjed flus (għali wisq)

    Fuq lista ta' stennija

    Ma kienx hemm ħin minħabba x-xogħol, il-ħtieġa ta' kura tat-tfal jew ta' persuni oħra

    Kien 'il bogħod wisq jew ma kien hemm l-ebda mezz ta' trasport

    Raġuni oħra

    HC020_F

    Mimlija

    Nieqsa

    Mhux applikabbli (HC010 mhux ugwali għal iva)

    Mhux applikabbli (fl-unità domestika m'hemmx tfal ta' bejn 0 u 15-il sena)

    Mhux applikabbli (RB010≠ 2017)

    HC030

    Eżamijiet jew trattamenti dentali li kienu meħtieġa u li iżda ma sarux (tfal)

    Iva (kien hemm mill-inqas okkażjoni waħda fejn mill-inqas wieħed mit-tfal ma sarlux eżami jew trattament dentali)

    Le (lit-tifel/tfal sarlu/sarilhom eżami jew trattament dentali kull darba li kien meħtieġ)

    HC030_F

    Mimlija

    Nieqsa

    Mhux applikabbli (ma kien verament meħtieġ l-ebda eżami jew trattament dentali, għal ħadd mit-tfal)

    Mhux applikabbli (fl-unità domestika m'hemmx tfal ta' bejn 0 u 15-il sena)

    Mhux applikabbli (RB010≠ 2017)

    HC040

    Ir-raġuni prinċipali għalfejn ma sarux eżamijiet jew trattamenti dentali li kienu meħtieġa (tfal)

    Ma kienx hemm biżżejjed flus (għali wisq)

    Fuq lista ta' stennija

    Ma kienx hemm ħin minħabba x-xogħol, il-ħtieġa ta' kura tat-tfal jew ta' persuni oħra

    Kien 'il bogħod wisq jew ma kien hemm l-ebda mezz ta' trasport

    Raġuni oħra

    HC040_F

    Mimlija

    Nieqsa

    Mhux applikabbli (HC030 mhux ugwali għal iva)

    Mhux applikabbli (fl-unità domestika m'hemmx tfal ta' bejn 0 u 15-il sena)

    Mhux applikabbli (RB010≠ 2017)


    Top