EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016R0056
Commission Regulation (EU) 2016/56 of 19 January 2016 amending Annex II to Regulation (EC) No 1333/2008 of the European Parliament and of the Council as regards the use of extracts of rosemary (E 392) in spreadable fats (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/56 tad-19 ta' Jannar 2016 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu ta' estratti tal-klin (E 392) f'xaħmijiet li jistgħu jiddellku (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/56 tad-19 ta' Jannar 2016 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu ta' estratti tal-klin (E 392) f'xaħmijiet li jistgħu jiddellku (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 13, 20.1.2016, p. 46–48
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
20.1.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 13/46 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/56
tad-19 ta' Jannar 2016
li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu ta' estratti tal-klin (E 392) f'xaħmijiet li jistgħu jiddellku
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom. |
(2) |
Dik il-lista tista' tiġi aġġornata skont il-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), jew bl-inizjattiva tal-Kummissjoni jew inkella wara talba. |
(3) |
Fit-18 ta' April 2013 tressqet talba għall-awtorizzazzjoni tal-użu tal-estratti tal-klin (E 392) bħala sustanza antiossidanti f'xaħmijiet li jistgħu jiddellku, jiġifieri ikel fil-kategorija tal-ikel 02.2.2 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008. Sussegwentement l-applikazzjoni kienet disponibbli għall-Istati Membri skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008. |
(4) |
Skont l-applikazzjoni, l-użu ta' estratti tal-klin (E 392) huwa meħtieġ biex iżomm il-kwalità u l-istabbiltà ta' xaħmijiet li jistgħu jiddellku b'kontenut ta' grass ta' inqas minn 80 % fejn il-kontenut ta' aċidi grassi poliinsaturati huwa ogħla minn 15 % w/w tal-aċidu grass totali u/jew fejn il-kontenut ta' żejt tal-ħuta jew żejt tal-alga huwa ogħla minn 2 % w/w tal-aċidu grass totali billi jipproteġuh kontra d-deterjorazzjoni kkawżata mill-ossidazzjoni. |
(5) |
Fis-7 ta' Marzu 2008, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) adottat opinjoni (3) dwar l-użu tal-estratti tal-klin bħala addittiv tal-ikel. Skont il-marġni tas-sikurezza identifikati bl-użu tan-NOAELs (4) minn studji differenti, li fihom ġeneralment in-NOAELs kienu l-ogħla livelli ta'dożi ttestjati, u bl-użu ta' stimi ta' espożizzjoni djetetika konservattivi, ġie konkluż li l-użu ta' estratti tal-klin deskritt f'dik l-opinjoni xjentifika fl-użi u fil-livelli tal-użu proposti ma jkunx ta' tħassib għas-sikurezza. L-użu ta' estratti tal-klin (E 392) f'xaħmijiet li jistgħu jiddellku ma kienx inkluż fl-opinjoni. |
(6) |
Fis-7 ta' Mejju 2015, l-Awtorità ħarġet opinjoni (5) dwar l-estensjoni tal-użu ta' estratti tal-klin (E 392) f'xaħmijiet li jistgħu jiddellku. Il-valutazzjoni kkunsidrat il-konsum tal-emulsjonijiet tax-xaħam b'kontenut ta' xaħam ta' inqas minn 80 %. L-Awtorità kkonkludiet li l-estensjoni proposta tal-użu ma tbiddilx l-espożizzjoni stmata għall-addittiv tal-ikel, meta mqabbla ma' użi permessi li diġà ġew approvati, u li l-konklużjonijiet tal-opinjoni tas-7 ta' Marzu 2008 jibqgħu validi. |
(7) |
Għal dik ir-raġuni, huwa xieraq li jiġi awtorizzat l-użu ta' estratti tal-klin (E 392) bħala antiossidant f'xaħmijiet li jistgħu jiddellku b'kontenut ta' grass ta' inqas minn 80 %, il-kategorija tal-ikel 02.2.2 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008. |
(8) |
Għaldaqstant, l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 għandu jiġi emendat skont dan. |
(9) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Jannar 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1).
(3) EFSA Journal 2008; 721, 1-29.
(4) NOAEL (livell bla effett ħażin osservat) — doża jew konċentrazzjoni ta' sustanza ttestjata li ma nstab l-ebda effett negattiv fiha.
(5) EFSA Journal 2015;13(5):4090.
ANNESS
Il-Parti E tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, il-kategorija tal-ikel 02.2.2 “Emulsjonijiet oħra tax-xaħam u ż-żejt inklużi pejsts kif definiti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 u emulsjonijiet likwidi” hija emendata kif ġej:
(a) |
l-annotazzjoni li ġejja tiddaħħal wara l-entrata għall-addittiv tal-ikel E 385:
|
(b) |
in-noti ta' qiegħ il-paġna li ġejjin jiżdiedu wara n-nota ta' qiegħ il-paġna (4):
|