This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016D2353
Council Decision (EU, Euratom) 2016/2353 of 8 December 2016 amending the Council's Rules of Procedure
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2016/2353 tat-8 ta' Diċembru 2016 li temenda r-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2016/2353 tat-8 ta' Diċembru 2016 li temenda r-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill
ĠU L 348, 21.12.2016, p. 27–29
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
21.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 348/27 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE, Euratom) 2016/2353
tat-8 ta' Diċembru 2016
li temenda r-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
Wara li kkunsidra l-Artikolu 11(6) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill (1),
Billi:
(1) |
Mill-1 ta' Novembru 2014, meta jkun meħtieġ li att jiġi adottat mill-Kunsill li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, għandu jiġi verifikat li l-Istati Membri li jikkostitwixxu l-maġġoranza kwalifikata jirrappreżentaw mill-inqas 65 % tal-popolazzjoni tal-Unjoni. |
(2) |
Sal-31 ta' Marzu 2017, meta jkun meħtieġ li att jiġi adottat mill-Kunsill li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, membru tal-Kunsill jista' jitlob li dan jiġi adottat f'konformità mal-maġġoranza kwalifikata kif definita fl-Artikolu 3(3) tal-Protokoll Nru 36 dwar id-dispożizzjonijiet transitorji, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika. F'dak il-każ, membru tal-Kunsill jista' jitlob li ssir verifika biex jiġi żgurat li l-Istati Membri li jikkostitwixxu l-maġġoranza kwalifikata jirrappreżentaw mill-inqas 62 % tat-total tal-popolazzjoni tal-Unjoni. |
(3) |
Dawk il-perċentwali jiġu kkalkolati skont iċ-ċifri tal-popolazzjoni stipulati fl-Anness III mar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill (“ir-Regoli ta' Proċedura”). |
(4) |
L-Artikolu 11(6) tar-Regoli ta' Proċedura jipprevedi li, b'effett mill-1 ta' Jannar ta' kull sena, il-Kunsill għandu jemenda ċ-ċifri stipulati f'dak l-Anness, f'konformità mad-data disponibbli għall-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea fit-30 ta' Settembru tas-sena ta' qabel. |
(5) |
Għaldaqstant, ir-Regoli ta' Proċedura għandhom jiġu emendati kif meħtieġ għas-sena 2017, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness III tar-Regoli ta' Proċedura huwa sostitwit b'dan li ġej:
“ANNESS III
Ċifri li jirrigwardaw il-popolazzjoni tal-Unjoni u l-popolazzjoni ta' kull Stat Membru għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata fil-Kunsill
Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 16(4) tat-TUE u tal-Artikolu 238(2) u (3) tat-TFUE, kif ukoll, sal-31 ta' Marzu 2017, tal-Artikolu 3(2) tal-Protokoll Nru 36, il-popolazzjoni tal-Unjoni u l-popolazzjoni ta' kull Stat Membru, kif ukoll il-perċentwal tal-popolazzjoni ta' kull Stat Membru relattivament għall-popolazzjoni tal-Unjoni, għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta' Diċembru 2017, għandhom ikunu kif ġej:
Stat Membru |
Popolazzjoni |
Perċentwal tal-popolazzjoni tal-Unjoni |
Ġermanja |
82 064 489 |
16,06 % |
Franza |
66 661 621 |
13,05 % |
Renju Unit |
65 341 183 |
12,79 % |
Italja |
61 302 519 |
12,00 % |
Spanja |
46 438 422 |
9,09 % |
Polonja |
37 967 209 |
7,43 % |
Rumanija |
19 759 968 |
3,87 % |
Netherlands |
17 235 349 |
3,37 % |
Belġju |
11 289 853 |
2,21 % |
Greċja |
10 793 526 |
2,11 % |
Repubblika Ċeka |
10 445 783 |
2,04 % |
Portugall |
10 341 330 |
2,02 % |
Ungerija |
9 998 000 |
1,96 % |
Żvezja |
9 830 485 |
1,92 % |
Awstrija |
8 711 500 |
1,71 % |
Bulgarija |
7 153 784 |
1,40 % |
Danimarka |
5 700 917 |
1,12 % |
Finlandja |
5 465 408 |
1,07 % |
Slovakkja |
5 407 910 |
1,06 % |
Irlanda |
4 664 156 |
0,91 % |
Kroazja |
4 190 669 |
0,82 % |
Litwanja |
2 888 558 |
0,57 % |
Slovenja |
2 064 188 |
0,40 % |
Latvja |
1 968 957 |
0,39 % |
Estonja |
1 315 944 |
0,26 % |
Ċipru |
848 319 |
0,17 % |
Lussemburgu |
576 249 |
0,11 % |
Malta |
434 403 |
0,09 % |
UE(28) |
510 860 699 |
|
Livell limitu (62 %) |
316 733 634 |
|
Livell limitu (65 %) |
332 059 455 ” |
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Hija għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2017.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Diċembru 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
L. ŽITŇANSKÁ
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta' Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).