Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D2352

    Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2016/2352 tas-7 ta' Diċembru 2016 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati ta' Mali (EUTM Mali) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2016/939 (EUTM Mali/2/2016)

    ĠU L 348, 21.12.2016, p. 25–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 07/06/2017; Imħassar b' 32017D0971

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/2352/oj

    21.12.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 348/25


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2016/2352

    tas-7 ta' Diċembru 2016

    dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati ta' Mali (EUTM Mali) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2016/939 (EUTM Mali/2/2016)

    IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/34/PESK tas-17 ta' Jannar 2013 dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati ta' Mali (EUTM Mali) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni 2013/34/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS), f'konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti rigward il-kontroll politiku u t-tmexxija strateġika tal-EUTM Mali, inklużi d-deċiżjonijiet li jinħatru l-Kmandanti sussegwenti tal-Missjoni tal-UE.

    (2)

    Fit-8 ta' Ġunju 2016, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/939 (2) biex ħatar lill-Brigadier Ġeneral Eric HARVENT bħala l-Kmandant il-ġdid tal-Missjoni tal-UE għall-EUTM Mali.

    (3)

    Il-Belġju rrakkomanda l-ħatra tal-Brigadier Ġeneral Peter DEVOGELAERE bħala l-Kmandant il-ġdid tal-Missjoni tal-UE għall-EUTM Mali biex jieħu post il-Brigadier Ġeneral Eric HARVENT mid-19 ta' Diċembru 2016.

    (4)

    Fil-31 ta' Ottubru 2016, il-Kumitat Militari tal-UE appoġġa r-rakkomandazzjoni.

    (5)

    Id-Deċiżjoni (PESK) 2016/939 għandha għalhekk titħassar.

    (6)

    F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta' difiża,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Brigadier Ġeneral Peter DEVOGELAERE huwa b'dan maħtur Kmandant tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati ta' Mali (EUTM Mali) mid-19 ta' Diċembru 2016.

    Artikolu 2

    Id-Deċiżjoni (PESK) 2016/939 hija b'dan imħassra.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-19 ta' Diċembru 2016.

    Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Diċembru 2016.

    Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

    Il-President

    W. STEVENS


    (1)  ĠU L 14, 18.1.2013, p. 19.

    (2)  Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2016/939 tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati ta' Mali (EUTM Mali) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2015/2298 (EUTM Mali/1/2016) (ĠU L 155, 14.6.2016, p. 25).


    Top