Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D2314R(01)

    Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2314 tad-19 ta' Diċembru 2016 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/778 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA) (ĠU L 345, 20.12.2016)

    ĠU L 19, 25.1.2017, p. 96–97 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/2314/corrigendum/2017-01-25/oj

    25.1.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 19/96


    Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2314 tad-19 ta' Diċembru 2016 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/778 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA)

    ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 345 tad-20 ta' Diċembru 2016 )

    F'paġna 62, premessa 3,

    minflok:

    “(3)

    …kif ukoll mal-Istati Membri, mal-Missjoni ta' Appoġġ tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Libja (UNSMIL), mal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (EUROPOL) u mal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta (Frontex).”,

    aqra:

    “(3)

    …kif ukoll mal-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri, ma' korpi kompetenti tal-Unjoni, b'mod partikolari mal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta (Frontex) u mal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (EUROPOL) u mal-Missjoni ta' Appoġġ tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Libja (UNSMIL).”.

    F'paġna 62, premessa 6,

    minflok:

    “(6)

    …biex tiskambja l-informazzjoni ma' Stati terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti kif meħtieġ biex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet operazzjonali tal-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA.”,

    aqra:

    “(6)

    …biex tiskambja l-informazzjoni ma' Stati terzi nominati u l-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja fejn dan jitqies meħtieġ biex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet operazzjonali tal-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA.”.

    F'paġna 63, l-Artikolu 1, punt 2 (li jikkonċerna l-Artikolu 2a(5) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/778), l-ewwel sentenza,

    minflok:

    “5.   …l-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA tista' tiġbor, taħżen u tiskambja ma' Stati Membri, korpi kompetenti tal-Unjoni, l-UNSMIL, l-EUROPOL, l-INTERPOL, il-Frontex, il-Qorti Kriminali Internazzjonali u l-Istati Uniti tal-Amerika …”,

    aqra:

    “5   …l-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA tista' tiġbor, taħżen u tiskambja mal-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri, korpi kompetenti tal-Unjoni, l-UNSMIL, l-INTERPOL, il-Qorti Kriminali Internazzjonali u l-Istati Uniti tal-Amerika …”.

    F'paġna 63, l-Artikolu 1, punt 3 (li jikkonċerna l-Artikolu 2b(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/778), l-ewwel sentenza,

    minflok:

    “1.   Bħala parti mill-kompitu ta' sostenn tagħha biex tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-embargo tal-armi tan-NU fl-ibħra miftuħa 'l barra mill-kosta tal-Libja, l-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA għandha tiġbor u tiskambja informazzjoni …”,

    aqra:

    “1.   Sa fejn ikun meħtieġ mill-kompitu ta' sostenn tagħha biex timplimenta l-embargo tal-armi tan-NU fl-ibħra miftuħa 'l barra mill-kosta tal-Libja, l-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA għandha tiġbor u tiskambja informazzjoni …”.

    F'paġna 63, l-Artikolu 1, punt 5 (li jikkonċerna l-Artikolu 12(1) u (2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/778),

    minflok:

    “1.   Ir-RGħ hija awtorizzata tirrilaxxa lil Stati terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali u aġenziji internazzjonali nominati, kif ikun meħtieġ u f'konformità mal-ħtiġijiet tal-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA, kwalunkwe dokument mhux klassifikat tal-UE marbut mad-deliberazzjonijiet tal-Kunsill dwar l-operazzjoni u li jkun kopert mill- obbligu ta' segretezza professjonali skont l-Artikolu 6(1) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill (*). Il-KPS għandu jinnomina skont il-każ l-Istati terzi, l-organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji internazzjonali kkonċernati.

    2.   Ir-RGħ hija awtorizzata tirrilaxxa lil Stati terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali u aġenziji internazzjonali nominati, kif ikun meħtieġ u f'konformità mal-ħtiġijiet tal-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA…

    Il-KPS għandu jinnomina skont il-każ l-Istati terzi, l-organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji internazzjonali kkonċernati.”,

    aqra:

    “1.   Ir-RGħ hija awtorizzata tirrilaxxa lil Stati terzi nominati u lill-Qorti Kriminali Internazzjonali, kif ikun meħtieġ u f'konformità mal-ħtiġijiet operazzjonali tal-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA u b'rispett sħiħ tal-prinċipji tar-reċiproċità u l-inklużività, kwalunkwe dokument mhux klassifikat tal-UE marbut mad-deliberazzjonijiet tal-Kunsill dwar l-operazzjoni u li jkun kopert mill-obbligu ta' segretezza professjonali …. Il-KPS, sakemm jiġu sodisfatti dawn il-kondizzjonijiet, għandu jinnomina skont il-każ lill-Istati terzi kkonċernati.

    2.   Ir-RGħ hija awtorizzata tirrilaxxa lil Stati terzi nominati u lill-Qorti Kriminali Internazzjonali, kif ikun meħtieġ u f'konformità mal-ħtiġijiet operazzjonali tal-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA….

    Il-KPS, sakemm jiġu sodisfatti dawn il-kondizzjonijiet, għandu jinnomina skont il-każ lill-Istati terzi kkonċernati.”.


    Top