This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016D2310
Council Decision (EU) 2016/2310 of 17 October 2016 on the position to be taken on behalf of the European Union within the Association Council set up by the Euro-Mediterranean Agreement establishing an Association between the European Communities and their Member States, of the one part, and the Hashemite Kingdom of Jordan, of the other part, as regards the adoption of EU-Jordan Partnership Priorities, including the Compact
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/2310 tas-17 ta' Ottubru 2016 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim Ewro-Meditteranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tal-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Ġordan, inkluż il-Patt
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/2310 tas-17 ta' Ottubru 2016 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim Ewro-Meditteranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tal-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Ġordan, inkluż il-Patt
ĠU L 345, 20.12.2016, p. 50–52
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
20.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 345/50 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/2310
tas-17 ta' Ottubru 2016
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim Ewro-Meditteranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tal-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Ġordan, inkluż il-Patt
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 217, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”) ġie ffirmat fil-24 ta' Novembru 1997 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2002. |
(2) |
Komunikazzjoni Konġunta mir-Rappreżentant Għoli u l-Kummissjoni Ewropea tat-18 ta' Novembru 2015 dwar ir-Rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat intlaqgħet tajjeb mill-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2015, fejn, fost l-oħrajn, il-Kunsill ikkonferma l-intenzjoni li jibda fażi ġdida ta' involviment mas-sħab fl-2016 li tista' twassal biex jiġu stabbiliti prijoritajiet ġodda ta' sħubija, fejn xieraq, iffokati fuq prijoritajiet u interessi miftiehma. |
(3) |
Il-mira kondiviża tal-Unjoni u tal-Ġordan għal żona komuni ta' paċi, prosperità u stabbiltà teħtieġ ħidma flimkien, partikolarment permezz ta' sjieda konġunta u differenzjazzjoni, u li jitqies ir-rwol ċentrali tal-Ġordan fir-reġjun. |
(4) |
Filwaqt li jindirizzaw l-aktar sfidi urġenti, l-Unjoni u l-Ġordan qed ikomplu jsegwu l-objettivi ewlenin tas-sħubija antika tagħhom u jsaħħu l-istabbiltà u r-reżiljenza tal-pajjiż u tar-reġjun kif ukoll it-tkabbir ekonomiku u żvilupp soċjali sostenibbli u bbażati fuq l-għarfien skont l-istat tad-dritt u l-governanza demokratika. |
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim ikun ibbażat fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni mehmuż, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tal-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Ġordan, inkluż il-Patt, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Ġordan mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-17 ta' Ottubru 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
(1) Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra (ĠU L 129, 15.5.2002, p. 3).
ABBOZZ
DEĊIŻJONI Nru 1/2016 TAT-12-il KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI UE-ĠORDAN
ta' …
dwar qbil fuq il-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Ġordan
IL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI UE-ĠORDAN,
Wara li kkunsidra l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) ġie ffirmat fl-24 ta' Novembru 1997 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2002. |
(2) |
L-Artikolu 91 tal-Ftehim jagħti s-setgħa lill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni li jieħu deċiżjonijiet għall-finijiet li jintlaħqu l-objettivi tal-Ftehim u li jagħmel rakkomandazzjonijiet xierqa. |
(3) |
L-Artikolu 101 tal-Ftehim jipprovdi li l-Partijiet jieħdu kwalunkwe miżura ġenerali jew speċifika meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont il-Ftehim u jaraw li jinkisbu l-għanijiet stipulati fil-Ftehim. |
(4) |
Ir-Rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat ipproponiet fażi ġdida ta' involviment mas-sħab, li tippermetti sens akbar ta' sjieda miż-żewġ naħat. |
(5) |
L-UE u l-Ġordan qablu li jikkonsolidaw is-sħubija tagħhom billi jaqblu fuq sett ta' prijoritajiet għall-perijodu 2016-2018, bl-għan li jappoġġjaw u jsaħħu r-reżiljenza u l-istabbiltà tal-Ġordan filwaqt li jfittxu li jindirizzaw l-impatt tal-kunflitt fis-Sirja li issa ilu għaddej żmien twil. |
(6) |
Il-Partijiet għall-Ftehim qablu fuq it-test tal-Prijoritajiet tas-Sħubija UE -Ġordan, inkluż il-Patt, li ser jappoġġja l-implimentazzjoni tal-Ftehim, b'enfasi fuq il-kooperazzjoni fir-rigward ta' interessi identifikati b'mod komuni bejniethom, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jirrakkomanda li l-Partijiet jimplimentaw il-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Ġordan, inkluż il-Patt, li huma stipulati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jiddeċiedi li l-Pjan ta' Azzjoni UE-Ġordan, li daħal fis-seħħ f'Ottubru 2012, jiġi sostitwit mill-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Ġordan, inkluż il-Patt.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi …,
Għall-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Ġordan
Il-President