This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016D2238
Council Decision (CFSP) 2016/2238 of 12 December 2016 amending Decision 2010/452/CFSP on the European Union Monitoring Mission in Georgia, EUMM Georgia
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2238 tat-12 ta' Diċembru 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2010/452/PESK dwar il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2238 tat-12 ta' Diċembru 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2010/452/PESK dwar il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia
ĠU L 337, 13.12.2016, p. 15–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
13.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 337/15 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/2238
tat-12 ta' Diċembru 2016
li temenda d-Deċiżjoni 2010/452/PESK dwar il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-12 ta' Awwissu 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/452/PESK (1), li estendiet il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja (“EUMM Georgia” jew il-“Missjoni”) stabbilita bl-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/736/PESK (2). Id-Deċiżjoni 2010/452/PESK tiskadi fl-14 ta' Diċembru 2016. |
|
(2) |
B'segwitu għar-Rieżami Strateġiku tal-2016, il-EUMM Georgia jenħtieġ li tiġi estiża għal perijodu ulterjuri ta' sentejn. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni 2010/452/PESK jenħtieġ li tiġi emendata skont dan. |
|
(4) |
Il-Missjoni ser titmexxa fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' xxekkel il-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2010/452/PESK hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 14(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej: “L-ammont finanzjarju ta' referenza maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta mal-Missjoni bejn il-15 ta' Diċembru 2016 u l-14 ta' Diċembru 2017 għandu jkun ta' EUR 18 000 000.”; |
|
(2) |
fl-Artikolu 18, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej: “Hija għandha tiskadi fl-14 ta' Diċembru 2018.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Hija għandha tapplika mill-15 ta' Diċembru 2016.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Diċembru 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/452/PESK tat-12 ta' Awwissu 2010 dwar il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia (ĠU L 213, 13.8.2010, p. 43).
(2) Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/736/PESK tal-15 ta' Settembru 2008 dwar il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia (ĠU L 248, 17.9.2008, p. 26).