This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016D2143
Council Decision (EU) 2016/2143 of 1 December 2016 on the position to be adopted on behalf of the European Union within the CARIFORUM-EU Trade and Development Committee of the Economic Partnership Agreement between the CARIFORUM States, of the one part, and the European Community and its Member States, of the other part, as regards the establishment of a Special Committee on Agriculture and Fisheries
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/2143 tal-1 ta' Diċembru 2016 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat tal-Kummerċ u tal-Iżvilupp CARIFORUM-UE tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, rigward it-twaqqif ta' Kumitat Speċjali għall-Agrikoltura u s-Sajd
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/2143 tal-1 ta' Diċembru 2016 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat tal-Kummerċ u tal-Iżvilupp CARIFORUM-UE tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, rigward it-twaqqif ta' Kumitat Speċjali għall-Agrikoltura u s-Sajd
ĠU L 332, 7.12.2016, pp. 18–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version:
07/12/2016
|
7.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 332/18 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/2143
tal-1 ta' Diċembru 2016
dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat tal-Kummerċ u tal-Iżvilupp CARIFORUM-UE tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, rigward it-twaqqif ta' Kumitat Speċjali għall-Agrikoltura u s-Sajd
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”), ġie ffirmat fil-15 ta' Ottubru 2008, u ġie applikat provviżjorjament mid-29 ta' Diċembru 2008. |
|
(2) |
Bis-saħħa tal-Artikolu 230(4) tal-Ftehim, il-Kumitat tal-Kummerċ u tal-Iżvilupp CARIFORUM-UE jista' jistabbilixxi u jissorvelja kwalunkwe kumitat speċjali sabiex jitratta kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tiegħu. |
|
(3) |
Sabiex jinkisbu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 37 tal-Ftehim, għandu jitwaqqaf Kumitat Speċjali għall-Agrikoltura u s-Sajd sabiex jitratta b'mod aktar effiċjenti l-kwistjonijiet relatati mal-agrikoltura u s-Sajd, kif ġie miftiehem f'laqgħat preċedenti tal-Kumitat tal-Kummerċ u tal-Iżvilupp CARIFORUM-UE. |
|
(4) |
Huwa xieraq li tkun stabbilita l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni fil-Kumitat tal-Kummerċ u tal-Iżvilupp CARIFORUM-UE rigward it-twaqqif ta' Kumitat Speċjali għall-Agrikoltura u s-Sajd. |
|
(5) |
Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat tal-Kummerċ u tal-Iżvilupp CARIFORUM-UE għandha għalhekk tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-deċiżjoni mehmuż, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni fil-Kumitat tal-Kummerċ u tal-Iżvilupp CARIFORUM-UE tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, rigward it-twaqqif ta' Kumitat Speċjali għall-Agrikoltura u s-Sajd għandha tkun bbażata fuq l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Kummerċ u tal-Iżvilupp CARIFORUM-UE mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Ir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-Kumitat tal-Kummerċ u tal-Iżvilupp CARIFORUM-UE jistgħu jaqblu dwar bidliet tekniċi fl-abbozz tad-deċiżjoni mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Diċembru 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
A. ÉRSEK
ABBOZZ
DEĊIŻJONI Nru …/2016 TAL-KUMITAT TAL-KUMMERĊ U TAL-IŻVILUPP CARIFORUM-UE
ta' …
stabbilit bil-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, rigward it-twaqqif ta' Kumitat Speċjali għall-Agrikoltura u s-Sajd
IL-KUMITAT TAL-KUMMERĊ U TAL-IŻVILUPP CARIFORUM-UE
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, u b'mod partikolari l-Artikolu 230(4)(a) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat tal-Kummerċ u tal-Iżvilupp CARIFORUM-UE, stabbilit mill-Kunsill Konġunt CARIFORUM-UE fis-17 ta' Mejju 2010 permezz tad-Deċiżjoni Nru 1/2010, u b'mod partikolari l-Artikolu 11 tagħha,
Billi huwa xieraq li jiġi stabbilit Kumitat Speċjali għall-Agrikoltura u s-Sajd sabiex jintlaħqu l-objettivi tad-dispożizzjonijiet dwar l-agrikoltura u s-sajd tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (il-“Ftehim”),
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-Kumitat Speċjali għall-Agrikoltura u s-Sajd CARIFORUM-UE huwa b'dan stabbilit biex iwettaq il-funzjonijiet previsti fl-Artikolu 2.
2. Il-Kumitat Speċjali għall-Agrikoltura u s-Sajd CARIFORUM-UE għandu jkun ukoll forum fejn il-Partijiet jistgħu jiskambjaw esperjenzi, informazzjoni u l-aħjar prattiki, u jikkonsultaw dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-objettivi previsti fil-Kapitolu 5 tat-Titolu I tal-Parti II tal-Ftehim u li huma rilevanti għall-kummerċ bejn il-Partijiet.
Artikolu 2
Il-Kumitat Speċjali għall-Agrikoltura u s-Sajd għandu:
|
(a) |
b'mod ġenerali isegwi l-aspetti kollha tal-Kapitolu 5 — Agrikoltura u Sajd — tat-Titolu I tal-Parti II, tal-Ftehim; |
|
(b) |
b'mod ġenerali isegwi l-aspetti l-oħra kollha tal-Ftehim li jirrigwardaw l-agrikoltura u s-sajd, inklużi l-oqsma li ġejjin tat-Titolu I tal-Parti II — Kummerċ ta' merkanzija:
|
|
(c) |
b'mod ġenerali isegwi l-aspetti kollha tat-Titolu IV, il-Kapitolu 2 –Innovazzjoni u Proprjetà Intelletwali, f'dak li għandu x'jaqsam ma' prodotti agrikoli u tas-sajd, inkluż l-Artikolu 145 — Indikazzjonijiet ġeografiċi u l-Artikolu 149 — Varjetajiet tal-pjanti; |
|
(d) |
jidħol fi djalogu dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw l-agrikoltura u mas-sajd, inkluż fl-oqsma li ġejjin:
|
|
(e) |
jassisti lill-Kumitat tal-Kummerċ u tal-Iżvilupp CARIFORUM-UE rigward il-funzjonijiet li ġejjin:
|
|
(f) |
jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kumitat tal-Kummerċ u tal-Iżvilupp CARIFORUM-UE bl-għan li jissaħħu l-implimentazzjoni u l-funzjonament tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim dwar l-agrikoltura u s-sajd. |
Artikolu 3
Il-Kumitat Speċjali għall-Agrikoltura u s-Sajd għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Kummissjoni, minn naħa, u rappreżentanti tad-Direttorat tal-CARIFORUM u tal-Istati Firmatarji tal-CARIFORUM, min-naħa l-oħra.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi …
Magħmul fi ….
għall-Kumitat tal-Kummerċ u tal-Iżvilupp
CARIFORUM-UE