This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016D2111
Council Decision (EU) 2016/2111 of 28 November 2016 appointing a member of the Advisory Committee on Freedom of Movement for Workers for Belgium
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/2111 tat-28 ta' Novembru 2016 li taħtar membru tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema għall-Belġju
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/2111 tat-28 ta' Novembru 2016 li taħtar membru tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema għall-Belġju
ĠU L 327, 2.12.2016, p. 77–77
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 24/09/2018
2.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 327/77 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/2111
tat-28 ta' Novembru 2016
li taħtar membru tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema għall-Belġju
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 23 u 24 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-listi ta' kandidati ppreżentati lill-Kunsill mill-Gvernijiet tal-Istati Membri,
Billi:
(1) |
Il-Kunsill, bid-Deċiżjoni tiegħu tal-20 ta' Settembru 2016 (2), ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema għall-perijodu mill-25 ta' Settembru 2016 sal-24 ta' Settembru 2018. |
(2) |
Il-gvern tal-Belġju ppreżenta nomina waħda għal kariga li għandha timtela, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dan li ġej huwa b'dan maħtur membru tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema għall-perijodu mill-25 ta' Settembru 2016 sal-24 ta' Settembru 2018:
I. RAPPREŻENTANTI TAT-TRADE UNIONS
Pajjiż |
Membri |
Membri supplenti |
Belġju |
Is-Sur Joeri HENS |
|
Artikolu 2
Il-Kunsill għandu jaħtar il-membri u l-membri supplenti li għadhom ma ġewx nominati.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Novembru 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
P. ŽIGA
(1) ĠU L 141, 27.5.2011, p. 1.
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Settembru 2016 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema (ĠU C 348, 23.9.2016, p. 3.)