Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D2083

    Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2083 tat-28 ta' Novembru 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2014/486/PESK dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine)

    ĠU L 321, 29.11.2016, p. 55–56 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/2083/oj

    29.11.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 321/55


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/2083

    tat-28 ta' Novembru 2016

    li temenda d-Deċiżjoni 2014/486/PESK dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fit-22 ta' Lulju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/486/PESK (1) dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine).

    (2)

    Id-Deċiżjoni 2014/486/PESK, kif emendata mid-Deċiżjoni (PESK) 2015/2249 (2), ipprovdiet lil EUAM Ukraine ammont ta' referenza finanzjarja sat-30 ta' Novembru 2016 u mandat sat-30 ta' Novembru 2017.

    (3)

    Fit-12 ta' Mejju 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/712 (3) li tadatta l-ammont ta' referenza finanzjarja għall-perijodu sat-30 ta' Novembru 2016.

    (4)

    Għandu jiġi previst ammont ta' referenza finanzjarja għall-perijodu mill-1 ta' Diċembru 2016 sat-30 ta' Novembru 2017, u d-Deċiżjoni 2014/486/PESK għandha b'hekk tiġi emendata skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni 2014/486/PESK hija emendata kif ġej:

    (1)

    fl-Artikolu 14, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “1.   L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata ma' EUAM Ukraine sat-30 ta' Novembru 2014 għandu jkun ta' EUR 2 680 000. L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata ma' EUAM Ukraine għall-perijodu mill-1 ta' Diċembru 2014 sat-30 ta' Novembru 2015 għandu jkun ta' EUR 13 100 000. L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata ma' EUAM Ukraine għall-perijodu mill-1 ta' Diċembru 2015 sat-30 ta' Novembru 2016 għandu jkun ta' EUR 17 670 000. L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata ma' EUAM Ukraine għall-perijodu mill-1 ta' Diċembru 2016 sat-30 ta' Novembru 2017 għandu jkun ta' EUR 20 800 000. L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-perijodi sussegwenti għandu jiġi deċiż mill-Kunsill.”;

    (2)

    fl-Artikolu 17, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

    “1a.   Ir-RGħ għandu jkun awtorizzat li jgħaddi lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (‘Frontex’) informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE ġġenerati għall-finijiet ta' EUAM Ukraine, sal-livell ta' klassifikazzjoni determinat mill-Kunsill f'konformità mad-Deċiżjoni 2013/488/UE. Għandhom jiġu fformulati arranġamenti bejn ir-RGħ u Frontex għal dan l-iskop.”.

    Artikolu 2

    Dħul fis-seħħ

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Novembru 2016.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    P. ŽIGA


    (1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/486/PESK tat-22 ta' Lulju 2014 dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukraina (EUAM Ukraine) (ĠU L 217, 23.7.2014, p. 42).

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/2249 tat-3 ta' Diċembru 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2014/486/PESK dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukraina (EUAM Ukraine) (ĠU L 318, 4.12.2015, p. 38).

    (3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/712 tat-12 ta' Mejju 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2014/486/PESK dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine) (ĠU L 125, 13.5.2016, p. 11).


    Top