Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D2063

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2063 tal-24 ta' Novembru 2016 li tikkonferma l-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament (UE) 2015/2219 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL)

C/2016/7691

ĠU L 319, 25.11.2016, p. 46–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/2063/oj

25.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 319/46


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2063

tal-24 ta' Novembru 2016

li tikkonferma l-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament (UE) 2015/2219 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat il-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz ta' ittra lill-President tal-Kunsill tas-26 ta' Lulju 2016, l-Irlanda nnotifikat ix-xewqa tagħha li tipparteċipa fir-Regolament (UE) 2015/2219 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

(2)

Ma hemm l-ebda kundizzjonijiet speċifiċi marbuta mal-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament imsemmi hawn fuq u l-ebda ħtieġa għal miżuri tranżizzjonali. Il-Kummissjoni tinnota li l-Irlanda stabbiliet unità nazzjonali tas-CEPOL, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2015/2219.

(3)

Jeħtieġ li l-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament (UE) 2015/2219 għalhekk tiġi kkonfermata.

(4)

Sabiex tippermetti lill-Irlanda li tipparteċipa f'attivitajiet tas-CEPOL kemm jista' jkun malajr, jeħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament (UE) 2015/2219 hija kkonfermata.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Novembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  Ir-Regolament (UE) 2015/2219 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI (ĠU L 319, 4.12.2015, p. 1).


Top