This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016D2000
Council Implementing Decision (CFSP) 2016/2000 of 15 November 2016 implementing Decision 2013/255/CFSP concerning restrictive measures against Syria
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2000 tal-15 ta' Novembru 2016 li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2000 tal-15 ta' Novembru 2016 li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja
ĠU L 308, 16.11.2016, pp. 20–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
16.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 308/20 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/2000
tal-15 ta' Novembru 2016
li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK tal-31 ta' Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 30(1) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-31 ta' Mejju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja. |
|
(2) |
Jenħtieġ li ż-żewġ entitajiet jitneħħew mil-lista ta' entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi kif stipulat fit-Taqsima B tal-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK. |
|
(3) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK huwa emendat kif imniżżel fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Novembru 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
I. KORČOK
ANNESS
I.
L-entitajiet li ġejjin u l-entrati relatati jitħassru mil-lista li tinsab fit-Taqsima B tal-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK:|
55. |
Tri-Ocean Trading |
|
55a. |
Tri-Ocean Energy |