This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016D1985
Council Implementing Decision (CFSP) 2016/1985 of 14 November 2016 implementing Decision 2013/255/CFSP concerning restrictive measures against Syria
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1985 tal-14 ta' Novembru 2016 li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1985 tal-14 ta' Novembru 2016 li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja
ĠU L 305I, 14.11.2016, p. 4–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
14.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 305/4 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/1985
tal-14 ta' Novembru 2016
li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK tal-31 ta' Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 30(1) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fil-31 ta' Mejju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK. |
(2) |
Fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja li qed tmur għall-agħar, tmintax-il persuna jenħtieġ li jinżiedu mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK. |
(3) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2013/255/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK huwa emendat kif jidher fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Novembru 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
(1) ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14.
ANNESS
Il-persuni li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi li tinsab fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK:
Lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikoli 27 u 28
A. Persuni
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
“217. |
Atef Naddaf |
Data tat-twelid: 1956 Post tat-twelid: Fil-kampanja ta' Damasku |
Ministru għall-Edukazzjoni Għolja. Maħtur f'Lulju 2016. |
14.11.2016 |
218. |
Hussein Makhlouf (magħruf ukoll bħala Makhluf) |
Data tat-twelid: 1964 Post tat-twelid: Lattakia Eks Gvernatur tal-Provinċja ta' Damasku |
Ministru għall-Amministrazzjoni Lokali. Maħtur f'Lulju 2016. Kuġin ta' Rami Makhlouf. |
14.11.2016 |
219. |
Ali Al-Zafir (magħruf ukoll bħala al-Dafeer) |
Data tat-twelid: 1962. Post tat-twelid: Tartous |
Ministru għall-Komunikazzjoni u t-Teknoloġija. Maħtur f'Lulju 2016. |
14.11.2016 |
220. |
Ali Ghanem |
Data tat-twelid: 1963 Post tat-twelid: Damasku |
Ministru għaż-Żejt u r-Riżorsi Minerali. Maħtur f'Lulju 2016. |
14.11.2016 |
221. |
Mohammed (magħruf ukoll bħala Mohamed, Muhammad, Mohammad) Ramez Tourjman (magħruf ukoll bħala Tourjuman) |
Data tat-twelid: 1966 Post tat-twelid: Damasku |
Ministru għall-Informazzjoni. Maħtur f'Lulju 2016. |
14.11.2016 |
222. |
Mohammed (magħruf ukoll bħala Mohamed, Muhammad, Mohammad) al-Ahmed (magħruf ukoll bħala al-Ahmad) |
Data tat-twelid: 1961 Post tat-twelid: Lattakia |
Ministru għall-Kultura. Maħtur f'Lulju 2016. |
14.11.2016 |
223. |
Ali Hamoud (magħruf ukoll bħala Hammoud) |
Data tat-twelid: 1964 Post tat-twelid: Tartous |
Ministru għat-Trasport. Maħtur f'Lulju 2016. |
14.11.2016 |
224. |
Mohammed Zuhair (magħruf ukoll bħala Zahir) Kharboutli |
Post tat-twelid: Damasku |
Ministru għall-Elettriku. Maħtur f'Lulju 2016. |
14.11.2016 |
225. |
Maamoun Hamdan |
Data tat-twelid: 1958 Post tat-twelid: Damasku |
Ministru għall-Finanzi. Maħtur f'Lulju 2016. |
14.11.2016 |
226. |
Nabil al-Hasan (magħruf ukoll bħala al-Hassan) |
Data tat-twelid: 1963 Post tat-twelid: Aleppo |
Ministru għar-Riżorsi tal-Ilma. Maħtur f'Lulju 2016. |
14.11.2016 |
227. |
Ahmad al-Hamu (magħruf ukoll bħala al-Hamo) |
Data tat-twelid: 1947 |
Ministru għall-Industrija. Maħtur f'Lulju 2016. |
14.11.2016 |
228. |
Abdullah al-Gharbi (magħruf ukoll bħala al-Qirbi) |
Data tat-twelid: 1962 Post tat-twelid: Damasku |
Ministru għan-Negozju Intern u l-Protezzjoni tal-Konsumatur. Maħtur f'Lulju 2016. |
14.11.2016 |
229. |
Abdullah Abdullah |
Data tat-twelid: 1956 |
Ministru tal-Istat. Maħtur f'Lulju 2016. |
14.11.2016 |
230. |
Salwa Abdullah |
Data tat-twelid: 1953 Post tat-twelid: Quneitra |
Ministru tal-Istat. Maħtur f'Lulju 2016. |
14.11.2016 |
231. |
Rafe'a Abu Sa'ad (magħruf ukoll bħala Saad) |
Data tat-twelid: 1954 Post tat-twelid: Raħal Habran (provinċja ta' Sweida) |
Ministru tal-Istat. Maħtur f'Lulju 2016. |
14.11.2016 |
232. |
Wafiqa Hosni |
Data tat-twelid: 1952 Post tat-twelid: Damasku |
Ministru tal-Istat. Maħtur f'Lulju 2016. |
14.11.2016 |
233. |
Rima Al-Qadiri (magħruf ukoll bħala Al-Kadiri) |
Data tat-twelid: 1963 Post tat-twelid: Damasku |
Ministru għall-Affarijiet Soċjali (minn Awwissu 2015). |
14.11.2016 |
234. |
Duraid Durgham |
|
Gvernatur tal-Bank Ċentrali tas-Sirja. Responsabbli għall-għoti ta' appoġġ ekonomiku u finanzjarju lir-reġim Sirjan permezz tal-funzjonijiet tiegħu bħala l-Gvernatur tal-Bank Ċentrali tas-Sirja, li huwa wkoll elenkat. |
14.11.2016”. |