Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D1973

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1973 tat-8 ta' Novembru 2016 li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016

    ĠU L 304, 11.11.2016, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/1973/oj

    11.11.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 304/6


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1973

    tat-8 ta' Novembru 2016

    li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

    Billi:

    il-baġit tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2016 ġie adottat definittivament fil-25 ta' Novembru 2015 (2),

    fis-7 ta' Ottubru 2016, il-Kummissjoni ppreżentat proposta bl-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5 għall-baġit ġenerali għas-sena finanzjarja 2016,

    għall-ħtiġijiet relatati mal-amministrazzjoni tat-Teżorerija nazzjonali, jeħtieġ li jiġi adottat mingħajr dewmien l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5 għall-baġit ġenerali għall-2016. Għaldaqstant, huwa ġġustifikat li jitqassar il-perijodu ta' tmien ġimgħat għall-informazzjoni tal-Parlamenti nazzjonali kif stipulat fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1, f'konformità mal-Artikolu 3(3) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill.

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu Uniku

    Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016 ġiet adottata fit-8 ta' Novembru 2016.

    Jista' jinkiseb aċċess għat-test sħiħ għall-konsultazzjoni jew għat-tniżżil mis-sit web tal-Kunsill: http://www.consilium.europa.eu/

    Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Novembru 2016.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    P. KAŽIMÍR


    (1)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

    (2)  ĠU L 48, 24.2.2016, p. 1.


    Top