Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D1900

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1900 tas-26 ta' Ottubru 2016 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri, fir-rigward tal-entrati għall-Estonja, għall-Latvja u għall-Polonja (notifikata bid-dokument C(2016) 6793) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

C/2016/6793

ĠU L 293, 28.10.2016, p. 46–57 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 21/04/2021

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2016/1900/oj

28.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 293/46


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1900

tas-26 ta' Ottubru 2016

li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri, fir-rigward tal-entrati għall-Estonja, għall-Latvja u għall-Polonja

(notifikata bid-dokument C(2016) 6793)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE (4) tistabbilixxi miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri. L-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni jiddemarka u jelenka ċertu żoni ta' dawk l-Istati Membri fil-Partijiet I, II, III u IV tiegħu, differenzjati permezz tal-livell tar-riskju abbażi tas-sitwazzjoni epidemjoloġika. Dik il-lista tinkludi ċerti żoni tal-Estonja, tal-Latvja, u tal-Polonja.

(2)

F'Awwissu tal-2016, seħħet tifqigħa waħda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fi ħnieżer domestiċi fil-powiat moniecki fil-Polonja, f'żona li hija attwalment elenkata fil-Parti I tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE; F'Settembru 2016 każ wieħed ieħor tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fiċ-ċingjal seħħ f'dik l-istess żona. F'Settembru 2016, kien hemm għadd żgħir ta' tifqigħat tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer domestiċi fil-powiat losicki u fil-powiat siemiatycki fil-Polonja f'żona attwalment elenkata fil-Parti III tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE, qrib ħafna taż-żoni elenkati fil-Parti I u fil-Parti II ta' dak l-Anness. It-tifqigħa ta' din il-marda f'dawn iż-żoni flimkien mal-bidla reċenti fis-sitwazzjoni epidemjoloġika tikkostitwixxi żieda fil-livell tar-riskju li jeħtieġ li jitqies. Għaldaqstant, ċerti żoni tal-Polonja elenkati fil-Parti I tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE għandhom issa jiġu elenkati fil-Parti III ta' dak l-Anness.

(3)

Minn Ottubru 2015, ma ġiet innotifikata l-ebda tifqigħa tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fi ħnieżer domestiċi f'dawk iż-żoni tal-Estonja li huma elenkati fil-Parti III tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE li tinsab fin-Nofsinhar tat-triq numru 92. Barra minn hekk, f'dawk iż-żoni ġiet implimentata s-sorveljanza tal-miżuri ta' bijosigurtà, abbażi tal-programm nazzjonali għall-bijosigurtà mmirat għall-prevenzjoni tat-tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer. Dawn il-fatti jindikaw titjib fis-sitwazzjoni epidemjoloġika. Għaldaqstant, dawk iż-żoni ta' dak l-Istat Membru issa għandhom jitniżżlu fil-Parti II, minflok fil-Parti III, tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE.

(4)

F'Settembru tal-2016, seħħet tifqigħa waħda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fi ħnieżer domestiċi fin-novads ta' Gulbenes fil-Latvja, f'żona li hija attwalment elenkata fil-Parti II tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. Din it-tifqigħa flimkien mal-bidla reċenti fis-sitwazzjoni epidemjoloġika tikkostitwixxi żieda fil-livell tar-riskju li jeħtieġ li jitqies. Għaldaqstant, ċerti żoni fil-Latvja għandhom issa jiġu elenkati fil-Parti III, minflok fil-Parti II ta' dak l-Anness.

(5)

L-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-popolazzjonijiet tal-ħnieżer domestiċi u selvaġġi affettwati fl-Unjoni għandha titqies fil-valutazzjoni tar-riskju tas-saħħa tal-annimali rrappreżentat fis-sitwazzjoni fir-rigward ta' dik il-marda fl-Estonja, fil-Latvja u fil-Polonja. Biex jiġu ffukati l-miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali previsti fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE u biex jiġi evitat aktar tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, kif ukoll biex jiġi evitat kull xkiel mhux meħtieġ għall-kummerċ fl-Unjoni u jiġu evitati ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ minn pajjiżi terzi, il-lista tal-Unjoni taż-żoni soġġetti għall-miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali stabbilita fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni għandha tiġi emendata biex jitqiesu l-bidliet fis-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fir-rigward ta' dik il-marda fl-Estonja, fil-Latvja u fil-Polonja.

(6)

Għaldaqstant, l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE għandu jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implementazzjoni 2014/709/UE jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Ottubru 2016.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE tad-9 ta' Ottubru 2014 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/178/UE (ĠU L 295, 11.10.2014, p. 63).


ANNESS

L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS

PARTI I

1.   L-Estonja

Dawn iż-żoni fl-Estonja:

il-maakond ta' Hiiumaa.

2.   Il-Latvja

Dawn iż-żoni fil-Latvja:

fin-novads ta' Bauskas, il-pagasti ta' Īslīces, Gailīšu, Brunavas u Ceraukstes,

fin-novads ta' Dobeles, il-pagasti ta' Bikstu, Zebrenes, Annenieku, Naudītes, Penkules, Auru u Krimūnu, Dobeles, Berzes, il-parti tal-pagasts ta' Jaunbērzes li tinsab fil-Punent tat-triq P98, u l-pilsēta ta' Dobele,

fin-novads of Jelgavas, il-pagasti ta' Glūdas, Svētes, Platones, Vircavas, Jaunsvirlaukas, Zaļenieku, Vilces, Lielplatones, Elejas u Sesavas,

fin-novads ta' Kandavas, il-pagasti ta' Vānes u Matkules,

fin-novads ta' Talsu, il-pagasti ta' Lubes, Īves, Valdgales, Ģibuļu, Lībagu, Laidzes, Ārlavas, Abavas, il-pilsētas ta' Sabile, Talsi, Stende u Valdemārpils,

in-novads ta' Brocēnu,

in-novads ta' Dundagas,

in-novads ta' Jaunpils,

in-novads ta' Rojas,

in-novads ta' Rundāles,

in-novads ta' Stopiņu,

in-novads ta' Tērvetes,

il-pilsēta ta' Bauska,

ir-republikas pilsēta ta' Jelgava,

ir-republikas pilsēta ta' Jūrmala.

3.   Il-Litwanja

Iż-żoni li ġejjin fil-Litwanja:

fir-rajono savivaldybė ta' Jurbarkas, is-seniūnijos ta' Raudonės, Veliuonos, Seredžiaus u Juodaičių,

fir-rajono savivaldybė ta' Pakruojis, is-seniūnijos ta' Klovainių, Rozalimo u Pakruojo,

fir-rajono savivaldybė ta' Panevežys, il-parti tal-Krekenavos seniūnija li tinsab fil-Punent tax-xmara Nevėžis,

fir-rajono savivaldybė ta' Raseiniai, is-seniūnijos ta' Ariogalos, il-miestas ta' Ariogalos, Betygalos, Pagojukų u Šiluvos,

fir-rajono savivaldybė ta' Šakiai, is-seniūnijos ta' Plokščių, Kriūkų, Lekėčių, Lukšių, Griškabūdžio, Barzdų, Žvirgždaičių, Sintautų, Kudirkos Naumiesčio, Slavikų, Šakių,

ir-rajono savivaldybė ta' Pasvalys,

ir-rajono savivaldybė ta' Vilkaviškis,

ir-rajono savivaldybė ta' Radviliškis,

is-savivaldybė ta' Kalvarija,

is-savivaldybė ta' Kazlų Rūda,

is-savivaldybė ta' Marijampolė.

4.   Il-Polonja

Dawn iż-żoni fil-Polonja:

 

Fil-województwo warmińsko-mazurskie:

il-gminy ta' Kalinowo u Prostki fil-powiat ełcki,

il-gmina ta' Biała Piska fil-powiat piski.

 

Fil-województwo podlaskie:

il-powiat augustowski,

il-gminy ta' Brańsk bil-belt ta' Brańsk, Boćki, Rudka, Wyszki, il-parti tal-gmina ta' Bielsk Podlaski li tinsab fil-Punent tal-linja maħluqa mit-triq numru 19 (li tmur lejn it-Tramuntana mill-belt ta' Bielsk Podlaski) u mtawla bil-fruntiera tal-Lvant tal-belt ta' Bielsk Podlaski u t-triq numru 66 (fid-direzzjoni tan-Nofsinhar mill-belt ta' Bielsk Podlaski), il-belt ta' Bielsk Podlaski, il-parti tal-gmina ta' Orla li tinsab fil-Punent tat-triq numru 66, fil-powiat bielski,

il-gminy ta' Choroszcz, Juchnowiec Kościelny, Suraż, Turośń Kościelna, Łapy u Poświętne fil-powiat białostocki,

il-gminy ta' Drohiczyn, Dziadkowice, Grodzisk u Perlejewo fil-powiat siemiatycki,

il-gminy ta' Rutka-Tartak, Szypliszki, Suwałki, Raczki fil-powiat suwalski,

il-gminy ta' Grabowo u Stawiski fil-powiat kolneński,

il-powiat łomżyński,

il-powiat M. Białystok,

il-powiat M. Łomża,

il-powiat M. Suwałki,

il-powiat sejneński,

il-powiat wysokomazowiecki,

il-powiat zambrowski.

 

Fil-województwo mazowieckie:

il-gminy ta' Ceranów, Jabłonna Lacka, Sterdyń u Repki fil-powiat sokołowski,

il-gminy ta' Korczew, Przesmyki, Paprotnia, Suchożebry, Mordy, Siedlce u Zbuczyn fil-powiat siedlecki,

il-powiat M. Siedlce,

il-gminy ta' Rzekuń, Troszyn, Czerwin u Goworowo fil-powiat ostrołęcki,

il-gminy ta' Olszanka, Łosice u Platerów fil-powiat łosicki,

il-powiat ostrowski.

 

Fil-województwo lubelskie:

il-gmina ta' Hanna fil-powiat włodawski,

il-gminy ta' Międzyrzec Podlaski bil-belt ta' Międzyrzec Podlaski, Drelów, Lomazy, Rossosz, Piszczac, Kodeń, Tuczna, Sławatycze, Wisznice u Sosnówka fil-powiat bialski.

il-gmina ta' Kąkolewnica Wschodnia u Komarówka Podlaska fil-powiat radzyński.

PARTI II

1.   L-Estonja

Dawn iż-żoni fl-Estonja:

il-linn ta' Elva,

il-linn ta' Võhma,

il-linn ta' Kuressaare,

il-linn ta' Rakvere,

il-linn ta' Tartu,

il-linn ta' Viljandi,

il-maakond ta' Harjumaa (eskluża l-parti tal-vald ta' Kuusalu li tinsab fin-Nofsinhar tat-triq numru 1 (E20), il-vald ta' Aegviidu u l-vald ta' Anija),

il-maakond ta' Ida-Virumaa,

il-maakond ta' Läänemaa,

il-maakond ta' Pärnumaa,

il-maakond ta' Põlvamaa,

il-maakond ta' Võrumaa,

il-maakond ta' Valgamaa,

il-maakond ta' Raplamaa,

il-vald ta' Suure-Jaani,

il-parti tal-vald ta' Tamsalu li tinsab fil-Grigal tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu,

il-vald ta' Tartu,

il-vald ta' Abja,

il-vald ta' Alatskivi,

il-vald ta' Haaslava,

il-vald ta' Haljala,

il-vald ta' Tarvastu,

il-vald ta' Nõo,

il-vald ta' Ülenurme,

il-vald ta' Tähtvere,

il-vald ta' Rõngu,

il-vald ta' Rannu,

il-vald ta' Konguta,

il-vald ta' Puhja,

il-vald ta' Halliste,

il-vald ta' Kambja,

il-vald ta' Karksi,

il-vald ta' Kihelkonna,

il-vald ta' Kõpu,

il-vald ta' Lääne-Saare,

il-vald ta' Laekvere,

il-vald ta' Leisi,

il-vald ta' Luunja,

il-vald ta' Mäksa,

il-vald ta' Meeksi,

il-vald ta' Muhu,

il-vald ta' Mustjala,

il-vald ta' Orissaare,

il-vald ta' Peipsiääre,

il-vald ta' Piirissaare,

il-vald ta' Pöide,

il-vald ta' Rägavere,

il-vald ta' Rakvere,

il-vald ta' Ruhnu,

il-vald ta' Salme,

il-vald ta' Sõmeru,

il-vald ta' Torgu,

il-vald ta' Vara,

il-vald ta' Vihula,

il-vald ta' Viljandi,

il-vald ta' Vinni,

il-vald ta' Viru-Nigula,

il-vald ta' Võnnu.

2.   Il-Latvja

Dawn iż-żoni fil-Latvja:

fin-novads ta' Balvu, il-pagsti ta' Vīksnas, Bērzkalnes, Vectilžas, Lazdulejas, Briežuciema, Tilžas, Bērzpils u Krišjāņu,

fin-novads ta' Bauskas, il-pagasti ta' Mežotnes, Codes, Dāviņu u Vecsaules,

fin-novads ta' Dobeles, il-parti tal-pagasts ta' Jaunbērzes li tinsab fil-Lvant tat-triq P98,

fin-novads ta' Gulbenes il-pagasts ta' Līgo,

fin-novads ta' Jelgavas il-pagasti ta' Kalnciema, Līvbērzes u Valgundes,

fin-novads ta' Kandavas, il-pagasti ta' Cēres, Kandavas, Zemītes u Zantes, il-pilsēta ta' Kandava,

fin-novads ta' Limbažu, il-pagasti ta' Skultes, Vidridžu, Limbažu u Umurgas,

fin-novads ta' Rugāju il-pagsts ta' Lazdukalna,

fin-novads ta' Salacgrīvas, il-pagasts ta' Liepupes,

fin-novads ta' Talsu, il-pagasti ta' Ķūļciema, Balgales, Vandzenes, Laucienes, Virbu u Strazdes,

in-novads ta' Ādažu,

in-novads ta' Aizkraukles,

in-novads ta' Aknīstes,

in-novads ta' Alūksnes,

in-novads ta' Amatas,

fin-novads ta' Apes, il-pagasti ta' Trapenes, Gaujienas u Apes u il-pilsēta ta' Ape,

in-novads ta' Babītes,

in-novads ta' Baldones,

in-novads ta' Baltinavas,

in-novads ta' Carnikavas,

in-novads ta' Cēsu,

in-novads ta' Cesvaines,

in-novads ta' Engures,

in-novads ta' Ērgļu,

in-novads ta' Garkalnes,

in-novads ta' Iecavas,

in-novads ta' Ikšķiles,

in-novads ta' Ilūkstes,

in-novads ta' Inčukalna,

in-novads ta' Jaunjelgavas,

in-novads ta' Jēkabpils,

in-novads ta' Ķeguma,

in-novads ta' Ķekavas,

in-novads ta' Kocēnu,

in-novads ta' Kokneses,

in-novads ta' Krimuldas,

in-novads ta' Krustpils,

in-novads ta' Lielvārdes,

in-novads ta' Līgatnes,

in-novads ta' Līvānu,

in-novads ta' Lubānas,

in-novads ta' Madonas,

in-novads ta' Mālpils,

in-novads ta' Mārupes,

in-novads ta' Preiļu,

in-novads ta' Neretas,

in-novads ta' Ogres,

in-novads ta' Olaines,

in-novads ta' Ozolnieki,

in-novads ta' Pārgaujas,

in-novads ta' Pļaviņu,

in-novads ta' Priekuļu,

fin-novads ta' Raunas, il-pagasts ta' Raunas,

in-novads ta' Ropažu,

in-novads ta' Salas,

in-novads ta' Salaspils,

in-novads ta' Saulkrastu,

in-novads ta' Sējas,

in-novads ta' Siguldas,

in-novads ta' Skrīveru,

fin-novads ta' Smiltenes, il-pagasti ta' Brantu, Blomes, Smiltenes, Bilskas u Grundzāles, il-pilsēta ta' Smiltenes,

in-novads ta' Tukuma,

in-novads ta' Varakļānu,

in-novads ta' Vecpiebalgas,

in-novads ta' Vecumnieku,

in-novads ta' Viesītes,

in-novads ta' Viļakas,

il-pilsēta ta' Limbaži,

ir-republikas pilsēta ta' Jēkabpils,

ir-republikas pilsēta ta' Valmiera,

3.   Il-Litwanja

Iż-żoni li ġejjin fil-Litwanja:

fir-rajono savivaldybė ta' Anykščiai, is-seniūnijos ta' Kavarskas, Kurkliai u l-parti ta' Anykščiai li tinsab fil-Lbiċ tat-triq Nru 121 u Nru 119,

fir-rajono savivaldybė ta' Jonava, is-seniūnijos ta' Šilų, Bukonių u, fis-seniūnija ta' Žeimių, il-kaimai ta' Biliuškiai, Drobiškiai, Normainiai II, Normainėliai, Juškonys, Pauliukai, Mitėniškiai, Zofijauka, Naujokai,

fir-rajono savivaldybė ta' Kaunas, is-seniūnijos ta' Akademijos, Alšėnų, Babtų, Batniavos, Čekiškės, Domeikavos, Ežerėlio, Garliavos, l-apylinkių ta' Garliavos, Kačerginės, Kulautuvos, Linksmakalnio, Raudondvario, Ringaudų, Rokų, Samylų, Taurakiemio, Užliedžių, Vilkijos, l-apylinkių ta' Vilkijos u Zapyškio,

fir-rajono savivaldybė ta' Kėdainiai, is-seniūnijos ta' Josvainių u Pernaravos,

fir-rajono savivaldybė ta' Panevėžys is-seniūnijos ta' Karsakiškio, Naujamiesčio, Paįstrio, Panevėžio, Ramygalos, Smilgių, Upytės, Vadoklių,Velžio u l-parti ta' Krekenavos seniūnija li tinsab fil-Lvant tax-xmara Nevėžis,

fir-rajono savivaldybė ta' Prienai, is-seniūnijos Veiverių, Šilavoto, Naujosios Ūtos, Balbieriškio, Ašmintos, Išlaužo, Pakuonių,

fir-rajono savivaldybė ta' Šalčininkai, is-seniūnijos ta' Jašiūnų, Turgelių, Akmenynės, Šalčininkų, Gerviškių, Butrimonių, Eišiškių, Poškonių, Dieveniškių,

fir-rajono savivaldybė ta' Varėna, is-seniūnijos ta' Kaniavos, Marcinkonių, Merkinės,

fir-rajono savivaldybė ta' Vilnius il-partijiet tas-seniūnija ta' Sudervė u Dūkštai li jinsabu fil-Grigal tat-triq Nru. 171, is-seniūnijos ta' Maišiagala, Zujūnų, Avižienių, Riešės, Paberžės, Nemenčinės, Nemenčinės miesto, Sužionių, Buivydžių, Bezdonių, Lavoriškių, Mickūnų, Šatrininkų, Kalvelių, Nemėžių, Rudaminos, Rūkainių, Medininkų, Marijampolio, Pagirių u Juodšilių,

il-miesto savivaldybė ta' Alytus,

fir-rajono savivaldybė ta' Utena, is-seniūnijos ta' Sudeikių, Utenos, Utenos miesto, Kuktiškių, Daugailių, Tauragnų, Saldutiškio,

fil-miesto savivaldybė ta' Alytus, is-seniūnijos ta' Pivašiūnų, Punios, Daugų, Alovės, Nemunaičio, Raitininkų, Miroslavo, Krokialaukio, Simno, Alytaus,

il-miesto savivaldybė ta' Kaunas,

il-miesto savivaldybė ta' Panevėžys,

il-miesto savivaldybė ta' Prienai,

il-miesto savivaldybė ta' Vilnius,

ir-rajono savivaldybė ta' Biržai,

is-savivaldybė ta' Druskininkai,

ir-rajono savivaldybė ta' Ignalina,

ir-rajono savivaldybė ta' Lazdijai,

ir-rajono savivaldybė ta' Molėtai,

ir-rajono savivaldybė ta' Rokiškis,

ir-rajono savivaldybė ta' Širvintos,

ir-rajono savivaldybė ta' Švenčionys,

ir-rajono savivaldybė ta' Ukmergė,

ir-rajono savivaldybė ta' Zarasai,

is-savivaldybė ta' Birštonas,

is-savivaldybė ta' Visaginas.

4.   Il-Polonja

Dawn iż-żoni fil-Polonja:

Fil-województwo podlaskie:

il-gminy ta' Czarna Białostocka, Dobrzyniewo Duże, Gródek, Michałowo, Supraśl, Tykocin,Wasilków, Zabłudów u Zawady fil-powiat białostocki,

il-powiat sokólski;

il-gmina ta' Dubicze Cerkiewne, il-partijiet tal-gminy ta' Kleszczele u Czeremcha li jinsabu fil-Lvant tat-triq numru 66, fil-powiat hajnowski,

il-parti tal-gmina ta' Bielsk Podlaski li tinsab fil-Lvant tal-linja maħluqa mit-triq numru 19 (fid-direzzjoni tat-Tramuntana mill-belt ta' Bielsk Podlaski) u mtawla bil-fruntiera tal-Lvant tal-belt ta' Bielsk Podlaski u t-triq numru 66 (fid-direzzjoni tan-Nofsinhar mill-belt ta' Bielsk Podlaski), il-parti tal-gmina ta' Orla li tinsab fil-Lvant tat-triq numru 66, fil-powiat bielski.

PARTI III

1.   L-Estonja

Dawn iż-żoni fl-Estonja:

il-maakond ta' Jõgevamaa,

il-maakond ta' Järvamaa,

il-parti tal-vald ta' Kuusalu li tinsab fin-Nofsinhar tat-triq numru 1 (E20),

il-parti tal-vald ta' Tamsalu li tinsab fil-Lbiċ tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu,

il-vald ta' Aegviidu,

il-vald ta' Anija,

il-vald ta' Kadrina,

il-vald ta' Kolga-Jaani,

il-vald ta' Kõo,

il-vald ta' Laeva,

il-vald ta' Laimjala,

il-vald ta' Pihtla,

il-vald ta' Rakke,

il-vald ta' Tapa,

il-vald ta' Väike-Maarja,

il-vald ta' Valjala.

2.   Il-Latvja

Dawn iż-żoni fil-Latvja:

fin-novads ta' Balvu, il-pagasti ta' Kubuļu, Balvu u l-pilsēta ta' Balvi,

fin-novads ta' Gulbenes, il-pagasti ta' Beļavas, Galgauskas, Jaungulbenes, Daukstu, Stradu, Litenes, Stāmerienas, Tirzas, Druvienas, Rankas, Lizuma u Lejasciema u l-pilsēta ta' Gulbene,

in-novads ta' Jaunpiebalgas,

fin-novads ta' Raunas, il-pagasts ta' Drustu.

fin-novads ta' Smiltenes, il-pagasti ta' Launkalnes, Variņu u Palsmanes,

fin-novads ta' Apes, il-pagasti ta' Virešu,

fin-novads ta' Limbažu, il-pagasti ta' Viļķenes, Pāles u Katvaru,

fin-novads ta' Rugāju il-pagasts ta' Rugāju,

fin-novads ta' Salacgrīvas, il-pagasti ta' Ainažu u Salacgrīvas,

in-novads ta' Aglonas,

in-novads ta' Alojas,

in-novads ta' Beverīnas,

in-novads ta' Burtnieku,

in-novads ta' Ciblas,

in-novads ta' Dagdas,

in-novads ta' Daugavpils,

in-novads ta' Kārsavas,

in-novads ta' Krāslavas,

in-novads ta' Ludzas,

in-novads ta' Mazsalacas,

in-novads ta' Naukšēnu,

in-novads ta' Preiļu,

in-novads ta' Rēzeknes,

in-novads ta' Riebiņu,

in-novads ta' Rūjienas,

in-novads ta' Strenču,

in-novads ta' Valkas,

in-novads ta' Vārkavas,

in-novads ta' Viļānu,

in-novads ta' Zilupes,

il-pilsēta ta' Ainaži,

il-pilsēta ta' Salacgrīva.

ir-republikas pilsēta ta' Daugavpils,

ir-republikas pilsēta ta' Rēzekne.

3.   Il-Litwanja

Iż-żoni li ġejjin fil-Litwanja:

fir-rajono savivaldybė ta' Anykščiai, is-seniūnijos ta' Debeikių, Skiemonių, Viešintų, Andrioniškio, Svėdasų, Troškūnų, Traupio u l-parti tas-seniūnija ta' Anykščių li tinsab fil-Grigal tat-triq Nru 121 u Nru 119,

fir-rajono savivaldybė ta' Alytus, is-seniūnija ta' Butrimonių,

fir-rajono savivaldybė ta' Jonava, is-seniūnijos ta' Upninkų, Ruklos, Dumsių, Užusalių, Kulvos u, fis-seniūnija ta' Žeimiai, il-kaimai Akliai, Akmeniai, Barsukinė, Blauzdžiai, Gireliai, Jagėlava, Juljanava, Kuigaliai, Liepkalniai, Martyniškiai, Milašiškiai, Mimaliai, Naujasodis, Normainiai I, Paduobiai, Palankesiai, Pamelnytėlė, Pėdžiai, Skrynės, Svalkeniai, Terespolis, Varpėnai, Žeimių gst., Žieveliškiai u l-miestelis ta' Žeimių,

ir-rajono savivaldybė ta' Kaišiadorys,

fir-rajono savivaldybė ta' Kaunas, is-seniūnijos ta' Vandžiogalos, Lapių, Karmėlavos u Neveronių,

fir-rajono savivaldybė ta' Kėdainiai, is-seniūnija ta' Pelėdnagių, Krakių, Dotnuvos, Gudžiūnų, Surviliškio, Vilainių, Truskavos, Šėtos, Kėdainių miesto,

fir-rajono savivaldybė ta' Prienai, is-seniūnijos ta' Jiezno u Stakliškių,

fir-rajono savivaldybė ta' Panevėžys, is-seniūnijos ta' Miežiškių u Raguvos,

fir-rajono savivaldybė ta' Šalčininkai, is-seniūnijos ta' Baltosios Vokės, Pabarės, Dainavos u Kalesninkų,

fir-rajono savivaldybė ta' Varėna, is-seniūnijos ta' Valkininkų, Jakėnų, Matuizų, Varėnos u Vydenių,

fir-rajono savivaldybė ta' Vilnius il-partijiet tas-seniūnija ta' Sudervė u Dūkštai li jinsabu fil-Lbiċ mit-triq Nru 171,

fir-rajono savivaldybė ta' Utena, is-seniūnijos ta' Užpalių, Vyžuonų u Leliūnų,

is-savivaldybė ta' Elektrėnai,

il-miesto savivaldybė ta' Jonava,

il-miesto savivaldybė ta' Kaišiadorys,

ir-rajono savivaldybe ta' Kupiškis,

ir-rajono savivaldybė ta' Trakai.

4.   Il-Polonja

Dawn iż-żoni fil-Polonja:

 

Fil-województwo podlaskie:

il-powiat grajewski,

il-powiat moniecki,

il-gminy ta' Czyże, Białowieża, Hajnówka bil-belt ta' Hajnówka, Narew, Narewka u l-partijiet tal-gminy ta' Czeremcha u Kleszczele li jinsabu fil-Punent tat-triq numru 66 il-powiat hajnowski,

il-gminy ta' Mielnik, Milejczyce, Nurzec-Stacja, Siemiatycze bil-belt ta' Siemiatycze fil-powiat siemiatycki.

 

Fil-województwo mazowieckie:

il-gminy ta' Sarnaki, Stara Kornica u Huszlew fil-powiat łosicki.

 

Fil-województwo lubelskie:

il-gminy ta' Konstantynów, Janów Podlaski, Leśna Podlaska, Rokitno, Biała Podlaska, Zalesie u Terespol bil-belt ta' Terespol fil-powiat bialski,

il-powiat M. Biała Podlaska.

PARTI IV

L-Italja

Dawn iż-żoni fl-Italja:

iż-żoni kollha ta' Sardenja.”


Top